Luigi Di Maio u Matteo Salvini. Jew jekk tippreferi Matteo Salvini u Luigi Di Maio. Ma jaqblu f’xejn.
Salvini favur proġetti kbar infrastrutturali-fosthom it-TAV, il-linja tal-ferrovija li ghandha tgħaqqad lill-belt ta’ Torino mal-belt Franċiza ta’ Lyons . Imma Di Maio kontra.
Di Maio favur is-solidarjeta’ mal-immigranti. Salvini bla dubju kontra. Tant li għalaq il-portijiet Taljani għal kull żbark ta’ immigranti.
Salvini iżur l-Ungerija u jitpaxxa bil-ħajt li bena l-Gvern Ungeriż biex ma jħalli lill-ebda immigrant illegali jidħol fil-pajjiż. Di Maio favur soċjeta’ aktar inklussiva.
Di Maio jifraħ li l-Prim Ministru Giuseppe Conte issospenda lis-sottosegretarju Armando Siri tal-Lega , il-partit ta’ Salvini, mill-eżekuttiv wara akkużi ta’ tixħim. Salvini infurjat għal din id-deċiżjoni.Aqra aktar