Raymond Muscat – One News

Raymond Muscat

Ray Muscat huwa edukaturi b’esperjenza fl-iskejjel statali Maltin sa mill-1986. Kien għalliem tat-Taljan għal 13-il sena fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli u għal dawn l-aħħar erbatax-il sena huwa amministratur fl-iskola sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu. Ray Muscat huwa wkoll kittieb. Kiteb scripts għar-Radju u r-Televiżjoni tal-istat b’xogħolijiet bħal ‘Fil-Kikkra!’, ‘Tlaqna!’ u ‘Oops!’. Sal-lum ippublika żewġ kotba għat-tfal bl-istejjer ta’ Lippu l-Purtinar u ktieb għall-adulti bit-titlu 'Naħqa ta’ Ħmar’. Jinteressah ħafna l-aspett politiku mhux partiġġjan u t-temi soċjali u edukattivi, b’mod speċjali ma’ dawk li sfortunatament jaqgħu lura fil-mixja tal-ħajja.

Notifiki

Iċ-ċavetta tas-suċċess

Fit-tfulija u sa ċertu punt anke fiż-żgħożija tiegħi. Niftakar li l-Laburisti kienu jiġu kkunsidrati mill-avversarji politiċi bħala nies bla skola u ta’ bla valur.

Niftakar iżda li fis-snin tmenin, il-Gvern Soċjalista mmexxi mill-mibki Dom Mintoff kien introduċa l-iskemi ta’ pupil worker u student worker li kienu jippermettu lit-tfal tal-ħaddiema sabiex ikomplu l-istudji tagħhom fis-Sixth Form u eventwalment l-Università. Kienu skemi li minkejja l-kritika mill-forzi s-suwed taw nifs lill-istudenti ġejjin mill-familji tal-ħaddiema u kull min kien jistudja kien ukoll jingħata ħlas għall-perjodu ta’ sitt xhur studju kif ukoll għall-perjodu ta’ sitt xhur prattika tal-professjoni li jkun għażel. Aqra aktar

Pride and Prejudice

Serrħu raskom. M’inix se nikteb dwar ir-rumanz miktub minn Jane Austen fl-1813 u li jġib l-istess titlu ta’ dan il-blog.

Kull min isegwi l-midja soċjali u anke dik tradizzjonali jista’ jinnota fattur komuni fil-kummenti ta’ dawk li ma jarawx għajn m’għajn mal-Partit Laburista. Iħarsu bi stmerrija lejn kull min differenti. Lejn kull min hu laburist. Lejn kull min ma jaqbilx magħhom.

Taqra l-kummenti u tintebaħ li jħossuhom superjuri.  Anzi infallibbli!

Aqra aktar

Bil-għaqal u d-dixxiplina

Jekk hemm legat li se jħalli Dr Joseph Muscat huwa bla dubju ta’ xejn is-sens ta’ għaqal u dixxiplina li rnexxielu jittrasmetti lill-partitarji ġenwini kollha tal-Partit Laburista. Aqra aktar

Il-monstru b’għajnejn ħodor

Meta ħafna, u nemfasizza il-kelma ħafna, snin ilu kienu jgħallmuna dwar xi tixbihat mitoloġiċi niftakar li kellna għalliem li kien impressjonani meta kellimna dwar il-mostru b’għajnejn ħodor. Spjegalna li huwa mostru perikoluż ħafna għax ma jiflaħx jara l-ġid ta’ dawk ta’ madwaru imma jimtela’ għira negattiva li twasslu sabiex jagħmel minn kollox biex iġib fix-xejn it-tajjeb ta’ madwaru. Aqra aktar

Soċjalista mit-twelid!

Issa li qbiżt is-57 sena sirt nirrifletti ferm aktar minn qatt qabel fuq dak li jkun qed jiġri madwarna. U waħda mill-mistoqsijiet li dejjem iduru fil-kuriduri ta’ moħħi- anke  b’mod partikolari wara l-episodji drammatiċi tal-aħħar jiem- hija din. Aqra aktar

Qabel ma jkun tard wisq!

Tletin sena ilu, sewwa sew fid-9 ta’ Novembru tal-1989, id-Dinja demokratika ċċelebrat il-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin. Ħajt li fired familji sħaħ u ġenerazzjonijiet sħaħ. Ħajt li kien jissimbolizza l-gwerra bierda bejn iż-żewġ superpotenzi ta’ dak iż-żmien, L-Istati Uniti tal-Amerika fuq naħa u l-Unjoni Sovjetika fuq in-naħa l-oħra. Aqra aktar

L-Edukazzjoni f’Qalbna!

Minjiera tad-deheb.

Ryan-żagħzugħ modern u fuq tiegħu mhux ħażin- kien qiegħed għaddej bl-iskejtbord tiegħu meta fis-siegħa u l-waqt jgħajjatlu raġel li inzerta kien is-sid ta’ minjiera tad-deheb.

Ir-raġel staqsieh jekk riedx iqatta’ ġurnata fil-minjiera tiegħu.

Aqra aktar

La coppia piu’ bella del mondo!

Luigi Di Maio u Matteo Salvini. Jew jekk tippreferi Matteo Salvini u Luigi Di Maio. Ma jaqblu f’xejn.

Salvini favur proġetti kbar infrastrutturali-fosthom it-TAV, il-linja tal-ferrovija li ghandha tgħaqqad lill-belt ta’ Torino mal-belt Franċiza ta’ Lyons .  Imma Di Maio kontra.

Di Maio favur is-solidarjeta’ mal-immigranti.  Salvini bla dubju kontra.  Tant li għalaq il-portijiet Taljani għal kull żbark ta’ immigranti.

Salvini iżur l-Ungerija u jitpaxxa bil-ħajt li bena l-Gvern Ungeriż biex ma jħalli lill-ebda immigrant illegali jidħol fil-pajjiż.  Di Maio favur soċjeta’ aktar inklussiva.

Di Maio jifraħ li l-Prim Ministru Giuseppe Conte issospenda lis-sottosegretarju Armando Siri tal-Lega , il-partit ta’ Salvini, mill-eżekuttiv wara akkużi ta’ tixħim.  Salvini infurjat għal din id-deċiżjoni.Aqra aktar

Panettone jew Mince Pies?

F’survey li sar xi snin ilu minn rivista influwenti barranija fil-perjodu tal-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-sena ġew ikkuntattjati diversi ambaxxaturi minn pajjiżi differenti u ġew mistoqsija jesprimu x-xewqa tagħhom għal dan il-perjodu hekk sabiħ fil-kalendarju tas-sena.

L-ambaxxatur Amerikan wieġeb li xtaq jara aktar ftehim bejn il-pajjiżi tad-dinja.  Dak Ingliż xtaq li jkun hemm aktar armonija bejn il-Kontinenti. L-ambaxxatur Ġermaniż stqarr li kien jixtieq jara li tikber il-kuxjenza favur il-klima u l-konsegwenzi tat-tniġġiż fl-arja. L-ambaxxatur Taljan wera x-xewqa li jonqos il-faqar fid-dinja.  L-ambaxxatur Malti min-naħa tiegħu ġie kkwotat jgħid… Lanqas naf eżatt….naqra indeċiż bejn panettone jew mince pies!”Aqra aktar

“Full English Breakfast”…

Għal snin twal kienet saret kważi drawwa li nkun mistieden għal ftit jiem minn familja ta’ xi ħbieb Ingliżi u m’għandniex xi ngħidu kull filgħodu konna nagħmlu festa mill-Full English Breakfast li konna niġu offruti.  Ovvjament il-jiem ta’ wara kien ikun il-miżien li jagħmel festa meta kien jimmarka kemm inkunu żidna fil-piż!

Iżda l-ħajja tgħallimna li xejn mhu għal dejjem u mit-23 ta’ Ġunju 2016 ‘il hawn dawn il-ħbieb Ingliżi ma baqgħux iservuna l-Full English Breakfast tas-soltu.  Kienu jippreferu jżommuh għalihom waqt li lilna bdew iservuna toast u barra bid-daqq!

Riedu donnhom iwasslulna l-messaġġ li issa ladarba fir-Referendum il-poplu Brittaniku kien iddeċieda b’51.9% tal-voti li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, dak kollu li tradizzjonalment huwa marbut ma’ pajjiżhom kienu se jibdew iżommuh għalihom biss.  Issa li kien se jiskatta l-artiklu 50 sabiex r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropeja qishom riedu jagħmluha ċara li kien se jibda ikun hemm distinzjoni bejn l-affarijiet tar-Renju Unit u l-affarijiet Ewropej.Aqra aktar

Send this to a friend