Pearl Agius

Notifiki

Rapport tat-Times Ingliża jġib fix-xejn l-argumenti ta’ Bernard Grech dwar il-lista l-ħadra tar-Renju Unit

Artiklu fuq The Sunday Times Ingliża jgħid li Ministri Ingliżi injoraw pariri xjentifiċi dwar jekk Malta għandhiex titniżżel fuq il-lista l-ħadra filwaqt li waqqfu pjanijiet biex il-Portugall tispiċċa fuq dik imsejħa bħala watch-list.Aqra aktar

Bosta sodisfatti u kuntenti bil-ftuħ mill-ġdid tal-każini

Il-Ħadd reġgħu fetħu l-każini taħt il-kontroll ta’ numru ta’ miżuri biex tipprevjeni t-tixrid tal-Covid-19.

ONE News żar żewġ lokalitajiet biex jara l-andament ta’ dan il-jum wara li l-każini kienu fost dawk li l-aktar intlaqtu mill-miżuri marbuta mal-pandemija.

Fil-fatt, f’Ħal Għaxaq Marvic Abela, il-President tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, stqarr li dan il-jum kien ilu mistenni.

Aqra aktar

12,000 familja f’Għawdex se jirċievu water saving kits biex jikkonservaw l-ilma

Tnax-il elf familja f’Għawdex se jirċievu water saving kits matul Ġunju u Lulju biex jikkonservaw l-ilma bħala parti mill-kampanja nazzjonali, L-Ilma – Ibda Minnek.

Waqt żjara fil-gżira Għawdxija l-Ministru Miriam Dalli, s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Ministru Clint Camilleri ħabbru li ta’ kull ġimgħa, mobile unit se jdur kull lokalità biex jitqassmu dawn il-kits.

Kull dar se tirċievi wkoll voucher u pakkett li se jissarraf f’għodda għall-iffrankar tal-ilma.

Il-Ministru Dalli stqarret li l-ħsieb wara dawn il-kits huma bidliet sempliċi madwar id-dar biex jonqos il-konsum tal-ilma.

“Tnax-il elf dar li permezz ta’ dan il-kit tal-ilma li ser inkunu qegħdin inqassmu jkunu jistgħu wkoll jiffrankaw l-użu tal-ilma. Wara kollox f’pajjiżna l-ilma huwa riżorsa mill-aktar importanti u allura rridu naċċertaw ruħna li din ir-riżorsa nieħdu ħsiebha u fl-istess ħin ikun ta’ benefiċċju għall-familja għaliex il-familji ser ikunu qegħdin jiffrankaw ukoll finanzjarjament għaliex ikunu qegħdin jikkonsmaw inqas ilma.”

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li dan il-proġett qed isir permezz ta’ investiment ta’ iktar minn erbgħa u għoxrin miljun ewro li l-maġġoranza kbira tagħhom ġejjin minn fondi Ewropej.

“Qegħdin ninvestu fondi tal-Unjoni Ewropea f’madwar wieħed u għoxrin miljun ewro sabiex nedukaw u nkomplu noħolqu għarfien kemm hu importanti li nieħdu ħsieb ir-riżorsa tal-ilma.”

Il-Ministru għal Għawdex sostna fuq l-importanza li minn età żgħira nrawmu t-tfal biex jibżgħu għall-ilma u ma jaħlux.

“Illum il-ġurnata sa xahrejn oħra ser inkunu qegħdin induru l-lokalitajiet kollha ġewwa Għawdex sabiex il-pubbliku tagħna jkun jista’ wkoll jibbenefika minn din l-inizzjattiva tant importanti għall-gżira tagħna.”

 

Send this to a friend