ONE SPORTS – One News

ONE SPORTS

Notifiki

AC Milan vs Juventus: Dak kollu li għandek bżonn tkun taf

L-ambizzjonijiet ta’ rebħ tat-titlu ta’ AC Milan se jgħaddu minn eżami deċiżiv nhar l-Erbgħa meta r-Rossoneri jilqgħu ġo Stadio Giuseppe Meazza liċ-champions Juventus fil-partita tal-ġurnata mill-programm tradizzjonali tal-Epifanija.

M’hemmx dubbju li AC Milan u Juventus huma fost l-ikbar klabbs fil-futbol Taljan u nistgħu ngħidu li dawn iż-żewġ klabbs kienu protagonisti fl-aħħar 20 sena fis-Serie A.

Juventus kienu t-tim li ddomina x-xena tal-futbol Taljan f’dawn l-aħħar għaxar snin, bil-Bianconeri jistabilixxu ruħhom bħala l-forza dominanti fil-futbol Taljan wara li rnexxielhom iwaqqfu rekord impressjonanti meta rebħu l-aħħar disa’ kampjonati.

Però dan l-istaġun AC Milan jidher li huma fost il-favoriti li jwaqqfu din il-mixja impressjonanti ta’ Juventus għaliex it-tim imexxi minn Stefano Pioli, kontra kull mistenni, jinsab fil-quċċata tal-klassifika.

Fil-fatt ir-rebħa ta’ 2-0 għand Benevento ħalliet l-AC Milan fl-ewwel post b’37 punt, wieħed quddiem il-ġirien tagħhom Inter, filwaqt li Juventus jinsabu fil-ħames post, 10 punti wara l-leaders tal-kampjonat.

Għall-AC Milan il-partita ta’ Juventus tista’ tarahom trasformati bħala il-favoriti għall-kampjonat għaliex rebħa kontra ċ-champions preżenti mhux biss tkompli ittawwal il-mixja impressjonanti tagħhom fil-kampjonat, fejn it-tim ta’ Stefano Pioli ilu mingħajr telfa fil-kampjonat għal dawn l-aħħar 27 partita, però żgur li tagħtihom il-fiduċja li sa fl-aħħar jistgħu jirritornaw fil-quċċata tal-futbol Taljan wara assenza ta’ disa’ snin.

Min-naħa l-oħra, żgur li għall-Juventus il-partita kontra Milan, tieħu svolta kruċjali għaliex telfa kontra r-Rossoneri tista’ tgħid li toqtol kull tama li l-Bianconeri jista’ jkollhom li jżommu x-xettru ta’ champions tal-Italja għax tarahom b’distakk kbir ta’ 13 punt li jkun diffiċli li jirkupraw minkejja li għad fadal kważi nofs kampjonat x’jintlagħab.

Meta wieħed iħares lejn l-istatistika, Juventus żgur li jittamaw li jkomplu jsaħħu s-supremazija fuq AC Milan hekk għaliex it-tim minn Turin irnexxielu jirbaħ disa’ mill-aħħar 11-il konfront bejniethom.

Min-naħa l-oħra, Milan jittamaw li jkomplu jibnu fuq l-aktar riżultati riċenti kontra Juventus, hekk kif ir-Rossoner irnexxielhom jibqgħu mhux megħluba kontra c-champions ta’ l-Italja fl-aħħar tlett konfronti u għelbu lil Juventus 4-2 fl-aħħar partita bejn iż-żewġ klabbs li ntlagħbet f’San Siro f’Lulju li għadda.

Wieħed mill-protagonisti ta’ dik ir-rebħa impressjonanti għall-Milan probabbilment se jitlef il-partita għaliex Zlatan Ibrahimovic, skorer tal-ewwel gowl minn penalty, qed jirkupra minn injury. L-attakkant Żvediz jidher li qed jagħmel ħafna progress fir-rijabilitazzjoni tiegħu però jidher li ħa tkun diffiċli li jirritorna għal dan il-konfront.

Bin-nuqqas ta’ Ibrahimovic, ir-Rossoneri żgur li se jkunu qed jittamaw li l-attakant Brażiljan Leao jkompli fuq il-forma tajba li għaddej minnha, speċjalment wara l-gowl spettakolari li skorja kontra Benevento nhar il-Ħadd.

Milan żgur li ħa jkunu mingħajr il-midfielder żagħżugħ Alessandro Tonali li jrid jiskonta sospensjoni wara li tkeċċa fir-rebħa ta’ nhar il-Ħadd illi għadda kontra Benevento. Fatt kurjuż fuq AC Milan, hi li r-rebħa kontra Benevento kienet is-sbatax-il waħda li ġiet miksuba b’żewġ goals jew aktar, statistika li tirrifletti li t-tim ta’ Stefano Pioli għandu attakk prolifiku dan l-istaġun.

Min-naħa l-oħra Juventus għal darba oħra jkunu qegħdin iserħħu t-tamiet tagħhom fuq l-istilla Portugiża tagħhom Cristiano Ronaldo. Ronaldo kien protagonista għal darb’oħra fir-rebħa ta’ 4-1 kontra Udinese meta rnexxielu jiskorja doppjetta li poġġietu fil-quċċata tal-klassifika tal-iskorers b’14-il gowl.

Żgur li Juventus jittamaw li Ronaldo jkun il-protagonista kontra AC Milan, speċjalment meta huma mingħajr is-servizzi tal-attakkant Spanjol Alvaro Morata li qed jirkupra minn injury. Ronaldo mistenni li jkun qed jilgħab fl-attakk flimkien ma’ Paulo Dybala li wkoll rnexxielu jpoġġi ismu fil-lista tal-iskorers kontra Udinese minkejja l-ispekulazzjoni kontinwa fuq il-futur tiegħu f’Turin.

Żgur li din ħa tkun partita oħra eċċitanti u mill-aktar missielta bir-riżultat tagħha jista’ jagħti żvolta deċisiva għar-rebħ tal-kampjonat Taljan dan l-istaġun.

 

 

 

 

Il-Kampjonat BOV Premier – is-sorpriżi u d-delużjonijiet s’issa

Min kienu s-sorpriżi tal-Kampjonat BOV Premier issa li għadda kwart minnu? Min iddeluda l-iżjed? Bħalma jiġri kull sena, l-Kampjonat BOV Premier offra diversi spunti li forsi ma kinux mistennija s’issa sew fil-pożittiv u sew fin-negattiv li f’ dan l-artiklu qasir aħna t’ ejjaBET.com ser niddiskutuh magħkom.

Min kien qed jistenna lil Sliema Wanderers fil-quċċata tal-Klassifika s’ issa? It-tim tal-President Jeffrey Farrugia, rnexxielu jissorprendi lil kulħadd u attwalment jinsab f’ ras il-klassifika wara diversi wijriet solidi u fuq kollox konsistenti. Jean Paul Farrugia attwalment huwa l-ispirazzjoni tat-tim hekk kif b’ disa’ gowls, saħansitra jinsab qed imexxi l-klassifika tal-Aqwa Skorers. Il-pressjoni issa ser tkun fuq il-Blues hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin ser jiltaqgħu ma’ Ħamrun Spartans, Floriana u Valletta, avversarji li żgur għad iridu jgħidu tagħħom fir-rebħ tal-Kampjonat.

Xi ngħidu fuq il-bidu pożittiv li kellhom Gudja United din is-sena? Il-Gudjani ħasdu lil diversi timijiet bir-riżultati pożittivi li ġabru s’issa. Dawn jinkludu rebħa ta’ 2-1 fuq l-stess Sliema Wanderers u dro’ ta’ mingħajr gowls kontra Valletta. Kapaċi Jesmond Zammit iżomm lill-Gudjani fl-ogħla postijiet u forsi -l quddiem narawhom anke fit-taqtiegħa għal xi post fl-Ewropa bħalma irnexxilhom jagħmlu Sirens s-sena li għaddiet?

L-istess ħaġa nistgħu ngħidu fuq Żejtun Corinthians. Min minnkom stenna li ż-Żwieten ser ikollhom debutt tajjeb tant li jinsabu trankwilli u qrib lejn in-nofs tal-klassiifka? Attwalment it-tim immexxi minn Orosco Anonam għandu disa’ punti u jinsab fil-ħdax -il post. Wirjiet pożittivi kontra Birkirkara u Balzan għenu biex il-Corinthians inqalgħu mill-grupp ta’ qiegħ il-klassifika imma taħsbu li ser ikomplu b’ dan ir-ritmu u jġibu salvazzjoni trankwilla fl-istaġun tad-debutt tagħħom mal-Kbar?

Min stenna li Birkirkara kien ser ikollhom bidu daqshekk ħażin għal dan l-istaġun? Kemm taħsbu li l-pandemija affetwat ħażin lill-iStripes? U taħsbu li ser jirnexxielhom joħorġu mill-ġlieda kontra r-relegazzjoni eventwalment? Il-kowċ Karkariż Andre Paus għandu diversi elementi tajbin fl-iskwadra li żgur jistgħu jgħinuh itella’ t-tim iżjed -il fuq fil-klassifika. Biss, fil-pożizzjoni prekarja li Birkirkara jinsabu fiha bħalissa, ma nistgħu nieħdu xejn bħala dritt dovut. Birkirkara jridu malajr isibu s-soluzzjonijiet biex jevitaw li fl-aħħar tal-istaġun ikunu nvoluti f’xi battalja bla ħsieb kontra r-relegazzjoni.

Li hu żgur, ħbieb tagħna, huwa li s-sorpriżi fil-Kampjonat BOV Premier qed narawhom kull ġimgħa. Aħna t’ ejjaBET.com min-naħa l-oħra qed inwegħdukom li ser nibqgħu noffru l-aqwa kwoti għal dan il-Kampjonat għalhekk inħeġġukom biex tilgħabu magħna b’ mod responsabbli u flimkien insegwu l-andament ta’ BOV Premier League li qed jirriskja li jkun wieħed imprevedibbli iżjed milli forsi ħafna minna konna qed nistennew.

 

 

 

Tintemm l-Ġimgħa Ewropea tal-iSports ġewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop bil-Be Active Night

Ġimgħa iħa ta’ attivitajiet imxerrda ma’ Malta kollha, kif ukoll mat-28 Pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropeja, ser jiġu fi tmiemhom nhar is-Sibt li ġej, bl-hekk imsejjaħ #BeActive Night, attivita’ li tiġi 
organiżżata fl-istess żmien fl-Ewropa kollha bejn il-ħin tas-19:00 u nofs il-lejl. 
L-avveniment li se jittella’ hawn Malta, se jsir fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop u l-iskola ta’ biswitu. SportMalta, l-entita’ nazzjonali li hija nkarigata minn dan l-avveniment, ħejjiet pjan ta’ sport u attivita’ fisika varju mmens, għall-publiku ġenerali biex jiehu sehem u jħoss il-bżonn li jagħmel eżercizzju fisiku. Din hija l-missjoni ewlenija ta’ SportMalta. 

Aqra aktar

Tibda l-Ġimgha Ewropeja tal-iSport

Il-Ġimgħa filgħaxija ingħata bidu għall-ħames edizzjoni tal-ġimgħa ewropeja tal-isport li se tibqa’ għaddejja sat-28 ta’ Settembru.  Matul din il-ġimgħa Malta se tkun qed tingħaqad ma’ bosta pajjiżi oħra ewropej f’inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropeja bil-għan li tippromwovi l-importanza ta’ ħajja  attiva u b’saħħitha. Aktar minn 13-il miljun persuna minn 41 pajjiz ewropew mistennija jieħdu sehem f’din l-attivita’.

Aqra aktar

Grupp ta’ riders Maltin tal-BMX jieħdu sehem fil-logħob tal-Ghetto

Riċentement grupp ta’ riders Maltin tal-BMX ħadu sehem f’sezzjoni oħra ta’ logħob magħruf tal-Ghetto li sar fil-Latvja. Huma ħadu sehem fil-kategorija pro, u din kienet l-ewwel darba li kollha kemm huma ħadu sehem f’kategorija simili għax Mathias Mangion, Nicky Schranz u Karl Naja qabel dejjem ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet tad-dilettanti.Aqra aktar

Send this to a friend