One News – Page 9 – One News

One News

L-MFA toffri akkomodazzjoni lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa

F’dan il-perjodu diffiċli l-assoċjazzzjoni tal-futbol Maltija hija kommessa li tgħin mhux biss lil dawk il-persuni li huma involuti fil-futbol imma l-komunità kollha Maltija. Dan billi qed toffri akkomodazzjoni alternattiva lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa u li bħalissa qegħdin jagħmlu minn kollox biex iwaqqfu t-tixrid tal-Coronavirus. Aqra aktar

Iktar minn 2,500 spezzjoni f’10 ijiem

Fl-ewwel 10 ijiem minn meta bdew l-ispezzjonijiet fuq persuni li suppost qegħdin kwarantina kien hemm iktar minn 2,500 spezzjoni. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega kif din hi xhieda tar-rieda tal-awtoritajiet biex f’dan il-mument partikolari kulħadd josserva l-obbligi tiegħu. “Ħarraxna l-multi minn €1,000 għal €3,000 u issa min suppost ikun f’iżolament u ma jkunx, se jkun immultat €10,000. Il-messaġġ ċar ħafna. Mas-saħħa tal-poplu Malti m’għandux ikun hemm riskji”, qal il-Ministru Camilleri. Aqra aktar

Send this to a friend