One News

Notifiki

Iniedi ktieb fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni tal-Imħallef Rosario Livatino

Għada jitnieda ktieb fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni tal-Imħallef Rosario Livatino fid-9 ta’ Mejju 2021, miktub minn Robert Aloisio.

It-tnedija se ssir virtwali  fl-4.30pm.

Il-ktieb jista’ jinkiseb online minn sayitmalta.com, minn Librerija Preca fil-Blata u mingħand l-awtur innifsu. Hemm ukoll offerta għal min jakkwista t-tliet kotba tas-sensiela.

Il-qligħ kollu mill-ktieb se jmur għall-Caritas Parish Djakonija Network.

Il-ktieb jitkellem dwar meta nhar il-11 ta’ April 2006, il-pulizija Taljana qabdet lil Bernardo Provenzano, wara 43 sena maħrub, kulħadd baqa’ mistagħġeb kif dan il-kap assolut u vjolenti ta’ Cosa Nostra, il-mafja ta’ Sqallija u waħda mill-ikbar mafji tad-dinja, kien qed jistaħba ġo post fqir, jgħix ħajja mill-aktar sempliċi. Imma kien hemm dettal ieħor li forsi ġie ttraskurat minn ħafna imma li lill-awtur Robert Aloisio laqtu iżjed. F’dak il-post fqir kien qed jgħix bniedem reliġjożissimu, mimli santi u statwi sagri, mimli simboli tal-fidi Kattolika u strumenti ta’ talb.Aqra aktar

Tnedija tal-aħħar fażi finali tal-BOV MFA FIFA ePremier League nazzjonali tal-futbol

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri nieda l-fażi finali tal-ePremier League nazzjonali tal-football li qed jittella’ b’kollaborazzjoni bejn l-MFA, GMR u FIFA. Dan il-premier league diġitali qed jinvolvi lill-klabbs tal-football lokali u jagħti dimensjoni ġdida lill-eSports f’dan is-settur; liema league huwa stmat li se jkun segwit minn aktar minn 40,000 persuna.Aqra aktar

Ħaddiema li jaħdmu mal-anzjani se jingħataw aktar taħriġ dwar vulnerabbilitajiet fost anzjani

Tlieta u sebgħin ħaddiem mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità se jkunu qed jingħataw taħriġ permezz ta’ żewġ programmi speċjalizzati, wieħed  dwar il-vulnerabbiltajiet fost l-anzjani, u ieħor dwar kif wieħed jista’ jgħin lill-anzjani permezz tal-arti, li tinkludi mużika, tpinġija u drama. Dan ħabbru l-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia.Aqra aktar

Send this to a friend