One News

Notifiki

Mixja b’riżq l-Island Sanctuary

Il-kelb huwa magħruf bħala l-aqwa ħabib li bniedem jista’ ikollu, iżda sfrotunatament ħafna minn dawn jinsabu bla dar. L-Island Sanctuary hija magħrufa għall-għajnuna li tagħti lill-dawn il-klieb, u matul il-jum tal-ħadd bosta individwi setgħu jikkontribwixxu mas-santwarju permezz ta’mixja bil-klieb.

Ta’ kull sena fir-rebbiegħa l-Island Sanctuary torganizza mixja madwar l-inħawi ta’ Xrobb l-Għagin, Marsaxlokk, bħala mezz biex jinġabru fondi b’riżq l-organizzazzjoni biex tkompli bil-ħidma tagħha biex iżżomm klieb li m’għandhomx dar.

Aqra aktar

L-operazzjonijiet se jibdew isiru wkoll fil-Ħdud

Minn dan ix-xahar fl-isptar Mater Dei bdew isiru l-operazzjonijiet kull nhar ta’ Ħadd.

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tkompli tnaqqas il-waiting lists kemm fl-operazzjonijiet ippjanati kif ukoll dawk ta’ emerġenza. S’issa saru medja ta’ tletin operazzjoni kull nhar ta’ Ħadd.

Aqra aktar

It-trasferiment ta’ art lejliet l-elezzjoni rriżulta f’deal “imbażwar”  

It-trasferiment lill-privat ta’ art maħsuba għall-proġett sojċali, lejlet l-aħħar elezzjoni ġenerali, tant sar bl-għaġġla li mkejjen fid-Dipartiment tal-Artijiet u sorsi legali fil-Gvern jgħidu li d-deal huwa wieħed “imbażwar.”

Dan żvelatu l-Kullħadd u ġie rrappurtat li d-Dipartiment tal-Arijiet ma kellux ebda saħħa legali biex jittrasferxxi l-art u dan għal dviseri raġunijiet li se jkunu żvelati fil-jiem li ġejjin.

Aqra aktar

Il-PN seta’ jraħħas il-kontijiet iżda ddeċieda li ma jagħmilx dan – PM

Waqt li kien qed jitkellem waqt il-vot ta’ fiduċja, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal f’idejh kellu proġett li jista’ jaqleb il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn żejt għall-gass u jraħħas il-kontijiet b’25%. Allura, Simon Busuttil mhux biss kien qed jigdeb meta qal li l-kontijiet ma setgħux jorħsu iżda agħar minn hekk huwa seta’ raħħas il-kontijiet u ma raħħashomx.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qiegħed jintervjeni fi programm speċjali fl-okkazjoni ta’ Jum il-Ħaddiem fuq ONE Radio.

Aqra aktar

Fiduċja akbar fil-Prim Ministru

Stħarriġ ippubblikat mill-Maltatoday juri li l-Prim Ministru Jospeh Muscat kabbar il-vantaġġ tiegħu fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

L-istħarriġ juri li l-Prim Ministru Muscat kabbar il-vantaġġ tiegħu fuq Busuttil minn erbgħa (Marzu) għal seba’ perċentwal (April).

Aqra aktar

Korrispondenza turi li tal-Huawei xtaqhom Austin Gatt

Korrispondenza li tmur lura għall-2010 u li ġiet ippubblikata fuq il-Kullħadd turi li l-amministrazzjoni Nazzjonalisa kienet qed tipprova tikkonvinċi lil Huawei tiġi Malta.

Jirriżulta li għal dan il-għan saru wkoll żjarat fiċ-Ċina li kienu segwiti b’korrispondenza tal-eksMinistru Austin Gatt bil-għan li tal-Huawei jiftħu l-uffiċċju reġjonali f’Malta.

Aqra aktar

San Ġiljan fil-quċċata tal-kriminalità

Is-sena li għaddiet, San Ġiljan kien l-iktar lokalità li fih saru offiżi, b’rata ogħla minn ħames darbiet aktar mir-rata nazzjonali ta’ kriminalità.

It-tieni l-iktar lokalità b’rata għolja ta’ kriminalità f’pajjiżna fl-2015 kienet l-Imdina, u warajha l-Belt Valletta, il-Furjana, tas-Sliema, San Pawl il-Baħar u Ta’ Xbiex.  Dan meta wieħed iqabbel in-numru ta’ reati mal-popolazzjoni tal-belt jew raħal.

Aqra aktar

Fl-2015 irrappurtat 2,030 każ ta’ pickpocketing

Fl-2015 kienu rrappurtatai 17,138 offiża. 12% minnhom huma relatati mal-pickpocketing, li ammontaw għal 2,030 każ.

Dan ifisser żieda ta’ kważi 500 każ ta’ pickpocketing mis-sena ta’ qabel, li baqa’ konsistenti huwa li dawk li jikkommettu dan ir-reat huma fil-maġġoranza tagħhom ta’ nazzjonalità barranija.

Aqra aktar

Diskuss il-fenomenu tal-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili

Seminar dwar il-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili segwa l-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra l-MĠF li saret f’Malta fl-2013 .

Dan huwa fenomenu li jolqot b’mod dirett lil nisa u tfajliet fl-Afrika u anke xi pajjiżi mill-Lvant Nofsani u fl-Ażja. Allura il-kwistjoni ngħatat importanza minħabba l-immigrazzjoni u l-globalizzazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend