One News

Notifiki

Jirrifjutaw b’saħħa bini f’Wied Għomor

L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni għal żviliupp ta’ dar għall-anzjani f’barriera f’Wied Għomor, bejn is-Swieqi u San Ġwann. L-iżvilupp, maħsub f’art ODZ kien irrifjutat b’saħħa kbir hekk kif 14 ivvotaw kontra u ħadd ma vvota favur.

Aqra aktar

‘No news but good news’ – il-Prim Ministru

Fil-jum li ħarġet statistika ġdida li wriet li x-xogħol żdied bl-eluf, il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li l-mira issa hi li l-qgħad jinżel taħt l-4,000.

Hu qal dan għall-mistoqsija dwar il-mod kif reġa’ kien ikkonfermat kemm sejjer tajjeb il-qasam tax-xogħol. “No news but good news,” qal il-Prim Ministru fil-filmat li jidher hawn.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru Tork se jirriżenja

Il-Prim Ministru Tork Ahmet Davutoglu qal li se jirriżenja waqt il-kungress straordinarju tal-Partit tal-Ġustizzja u l-Iżvilupp.

Kungress li se jsir fit-22 ta’ Mejju. Spekulazzjoni dwar ir-riżenja tiegħu nibtet wara li l-istess Davutoglu ltaqa’ mal-President Recep Tayyip Erdogan nhar l-Erbgħa.

Aqra aktar

Il-Knisja b’ħafna abbuż ‘falz’

Minn 27 ilment li rċeviet is-Safeguarding Commission tal-Kurja dwar tfal vulnerabbli bejn Frar u Diċembru 2015, kien hemm każ wieħed fejn l-allegazzjoni ġiet sostanzjata. F’dan il-każ il-Kummissjoni rrakomandat li jittieħdu l-passi meħtieġa.

L-ilmenti l-oħra konklużi jew ma ġewx ipprovati jew l-allegazzjoni kienet falza, inkella saru b’mod malizzjuż jew ma kinux jitrattaw abbuż.

Aqra aktar

Ġlieda bejn tliet Sirjani ħdejn il-LIDL

Tliet irġiel Sirjani kienu involuti fi ġlieda li seħħet fis-13:30 fi Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera.

Tnejn minnhom weġġgħu ħafif. Wieħed minnhom ta’ 32 sena resident Birkirkara ittieħed f’ċentru tas-saħħa fejn irriżulta li kellu feriti ħfief. Ieħor ta’ 36 sena residenti Ħal Tarxien ittieħed l-Isptar Mater Dei u ma sofriex minn feriti gravi.

Aqra aktar

Mara ta’ 54 fil-periklu tal-mewt

Mara ta’ 54 sena mis-Siġġiewi tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-13:20 fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ bejn trakk tar-ready mix misjuq minn Serb ta’ 42 sena u Toyota Vitz li kienet qed issuq il-mara.

Ir-raġel ma sofra ebda ġrieħi.

Ritratti: Gabriel Cassar

 

 

Barack u Michelle Obama jiżfnu Uptown Funk ma’ żewġ Stormtroopers u r-robot R2-D2

Meta wieħed jilgħab bil-frażi ta’ Star Wars may the force be with you, faċilment tinbidel f’ may the fourth be with you. Minħabba f’hekk ir-raba’ jum ta’ Mejju sar magħruf bħala Star Wars Day.

Jum li fih ammiraturi ta’ Star Wars jiċċelebraw is-sensiela Star Wars. Din is-sena ngħaqdu fiċ-ċelebrazzjonijiet il-President Amerikan Barack Obama u martu Michelle, li flimkien ma’ żewġ Stormtroopers u r-robot R2-D2, żifnu mad-diska Uptown Funk.

Aqra aktar

Send this to a friend