One News

Notifiki

“Ħassejt ferħ u mħabba” – l-esperjenza ta’ fotografu li vjaġġa l-Ġordan mal-Prim Ministru

‘Li tkun fqir ma jfissirx li ma jkollokx flus, imma li ma jkollokx tama’

Kitba fuq Facebook li laqtitna, akkumpanjata minn ritratt ta’ tfal jilgħabu f’kamp tar-refuġjati l-Ġordan. Kamp fejn jgħixu mat-80,000 ruh, li 60% minnhom huma nisa. Kull tliet sigħat titwieled tarbija.
Ir-ritratt tellgħu Clifton Fenech, fotografu li jaħdem mad-Dipartiment tal-Informazzjoni, u li f’April akkumpanja lil-Prim Ministru u delegazzjoni Maltija fi żjara l-Ġordan u l-Libanu.

Aqra aktar

Liverpool u Sevilla fil-finali tal-Europa League

Liverpool u Sevilla fil-Finali tal-Europa League.

Liverpool u Sevilla irnexxielhom jagħmluha għall-finali tal-Europa League wara li rnexxielhom jegħlbu lil VillaReal u Shaktar Donetsk rispettivament.

Liverpool għamlu rimonta kbira f’darhom wara li kienu megħluba bl-iskor ta’ 1-0 fi Spanja. Sevilla komplew iżidu ma’ dak li kienu ġa bnew barra minn darhom.

Il-finali ser tkun qed tintlagħab F’ St. Jacob Park fl-Isvizzera fit-18 ta’ Mejju.

Atleti Sodisfatti

Iktar investiment fl-isport. Din id-darba fl-atletika hekk kif Sport Malta ħadet ħsieb li tagħmel investiment fil-warm up track tal-Marsa. Dawk li jiffrekwentaw il-post huma xhieda tal-bidla li saret.

Iċ-Chairman ta’ SportMalta, Luciano Busuttil qal li jinsab kuntent li wara l-għaqal li mexxa biħ dan il-Gvern biex ġab fuq saqajh il-qagħda finanzjarja, issa qed jissarraf f’dawn il-proġetti fejn kulħadd jista’ jara l-frott tal-ħidma kontinwa ta’ SportMalta.

Aqra aktar

Aktar stretti dwar l-e-cigarettes

Il-Gvern Amerikan impona regoli ġodda u aktar ħorox għall-e-cigarettes.

Il-Food and Drug Administration (FDA) ħabbret dawn ir-regoli llum. Daqshekk bejgħ ta’ e-cigarettes lil minuri. Barra minn hekk, dawn is-sigaretti ser ikollhom bżonn aktar tabelli ta’ twissija stampati fuqhom.

Waħda mill-aktar miżuri ħorox hija li qabel kull kampanja ta’ marketing li ssir għal dawn is-sigretti, ser ikun hemm bżonn l-approvazzjoni tal-FDA. Dawn ilhom fis-suq mill-2007 u jiġu rikalamati bħala alternattiva għas-sigaretti.

Issa kumpaniji li ma jippreżentawx applikazzjoni li tissodisfa kriterji favur is-saħħa pubblika ser ikollhom il-prodott irtirat mis-suq.

Biex l-anzjani jsuqu aħjar

Matul l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena, saru laqgħat għall-anzjani dwar is-sigurtà fit-toroq.

Skont l-aħħar rapport li sar f’Marzu li għadda, f’dak ix-xahar, tmien xufiera ta’ ‘l fuq minn 65 sena weġgħu f’inċidenti tat-traffiku. Anzjan minnhom indarab serjament.

Is-sezzjoni tat-traffiku tal-Korp tal-Pulizija ngħaqad maċ-ċentri ta’ matul il-jum tal-anzjani u fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena offrew taħriġ dwar is-sigurtà fit-toroq.

Jessica Sultana ltaqgħet mal-Ispettur Sergio Pisani li kien wieħed minn tliet spetturi li għamel dawn is-sessjonijiet lill-anzjani.

Aqra aktar

“Busuttil qed imiss il-qiegħ”

Il-Partit Nazzjonalista qed jaqa’ fl-aktar livelli redikoli li jitlob għall-irċevuti ta’ żjara privata mħallsa personalment mill-Prim Ministru. Dan għamlu fi stqarrija mibgħuta aktar kmieni lill-kmamar tal-aħbarijiet.

Fi stqarrija il-Partit Laburista innota li fl-istess ħin, il-Partit Nazzjonalista qed jipproteġi liż-żewġ deputati Kapijiet li ma ppubblikawx sal-lum irċevuti ta’ xogħolijiet minn kuntratturi qrib tagħhom u li għamlulhom dawn ix-xogħolijiet b’rigal.

Aqra aktar

Il-baħri li għeb għal xahrejn

Wara xahrejn bejn sema u ilma, baħri Kolombjan sab is-salvazzjoni.

Dgħajsa ta’ 23 pied li kien fuqha flimkien ma’ tliet baħħara oħra ntilfet f’parti mill-Oċean Paċifiku li ftit li xejn jara nies. Il-baħri rnexxilu jsalva billi jiekol il-ħut u l-gawwi.

The Guardian jirrapporta li sħabu l-baħħar ma salvawx u ma nstabux fuq id-dgħajsa. Dak li salva, pero’, kellu l-passaporti tagħhom.

Hawn ir-raġel jidher jasal Honolulu wara li salvawh vapuri merkantili.

 

isalva

Jirrifjutaw b’saħħa bini f’Wied Għomor

L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni għal żviliupp ta’ dar għall-anzjani f’barriera f’Wied Għomor, bejn is-Swieqi u San Ġwann. L-iżvilupp, maħsub f’art ODZ kien irrifjutat b’saħħa kbir hekk kif 14 ivvotaw kontra u ħadd ma vvota favur.

Aqra aktar

Send this to a friend