One News

Notifiki

L-OHSA tniedi linji gwida għall-Kunsilli Lokali

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol nediet linji gwida għall-kunsilli lokali biex tiġi mħarsa is-saħħa u s-sigurtà.

Fl-aħħar ġimgħat uffiċjali tal-awtorità żaru l-kunsill lokali u ħassew il-ħtieġa li jiġi imniedi dan id-dokument.
Il-Ministru Helena Dalli faħħret l-impenn tal-OHSA għal dawn il-linji gwida u saħqet li l-Kunsill Lokali li huma gwardjan għaċ-ċittadin għandhom jassiguraw li tinżamm is-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Sena wara li daħlet fis-seħħ il-liġi tal-Kunsill Malti għall-Arti

Sena wara li daħlet fis-seħħ il-liġi tal-Kunsill Malti għall-Arti, qegħdin jibdew jidhru r-riżultati ta’ dan ir-ristrutturar.

Fil-budget li għadda, il-gvern alloka €52.5 miljun għas-setturi kulturali u kreattivi għas-sena 2016. Din kienet 1.4% tas-spiża totali tal-gvern u b’hekk qabżet għall-ewwel darba il-1%.

Din tfisser nefqa ta’ €122 għal kull persuna, żieda ta’ €35 fuq dawk allokati fl-2015 u €48 aktar mill-2014.

Aqra aktar

Aġġornat: Il-Belt bil-fjuri

Hekk kif ingħata bidlu għall-Valletta Green Festival fi Pjazza San Gorġ qed tiddomina infiorata li turi l-pjanta tal-Belt bin-numru 450 fuqha. 450 sena ta’ storja tal-Belt Kapitali ta’ pajjiżna. Storja glorjuża li llum qed napprezzawha iktar minn qatt qabel u għalhekk nistennew li jkunu ħafna li jżuru l-Belt għal dan l-avveniment tal-Fondazzjoni Valletta 2018.

Aqra aktar

Trasferiti lejn Għawdex u kuntenti

F’inqas minn tliet snin kien hemm 214–il ħaddiem Għawdxi li skont ix-xewqa tagħhom kienu trasferiti lejn Għawdex biex jaħdmu fl-istess gżira li jgħixu fiha.

Ikkonferma dan il-Prim Ministru f’tagħrif li ta fil-Parlament. Il-Prim Ministru Muscat qal lil Chris Said li dawn kienu 97 fl-2013, 85 fl-2015, 24 fl-2015 u 8 fl-ewwel erba’ xhur tal-2016.

Aqra aktar

Titjira li telqet minn Malta tinżel fl-Italja bla ħsieb … pilota u passiġġier b’ħass ħażin

Ilbieraħ waranofsinhar, titjira tal-easyJet, li telqet minn Malta lejn Manchester, kellha tinżel fl-Italja wara li wieħed mill-pilota u passiġġier ħasshom ħażin.

l-Air Bus A320 niżel fl-ajruport ta’ Milan-Malpensa. Skont il-passiġġieri, il-vittmi sabu l-paramediċi jistennewhom għall-ewwel għajnuna u ttieħdu l-isptar minnufih.

Kelliem għal easyJet qal lil Mail Online Travel li l-mard taż-żewġ persuni mhumiex relatati.

Aqra aktar

Tarbija li twieldet b’ 31 saba’

Tarbija ta’ 4 xhur bl-isem ta’ Hong Hong li twieldet fiċ-Ċina, hija tarbija b’31 saba’.

It-tobba qalu kif dan it-tifel għandu kundizzjoni msejħa polydactylism. Din il-kundizzjoni twassal sabiex minn ikollu lilha, jitwieled b’ iżjed swaba minn normal. L-istess kundizzjoni ma nsibuhiex biss fost il-bnedmin iżda nsibuha ukoll fost il-klieb u l-qtates. Children’s Healthcare of Atlanta tgħid kif din hija kundizzjoni komuni u li taffetwa wieħed minn kull 1000 persuna.

Aqra aktar

Aġġornat: Mara fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’Putirjal

 

Mara ta’ 35 sena, residenti l-Mosta tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li sfat milquta minn xarabank dalgħodu għall-ħabta tat-8.15a.m f’Putirjal, il-Belt.

Minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt, li qegħdin jinvestigaw l-inċident, jirriżulta li l-mara intlaqtet minn Xarabank, misjuq minn raġel ta’ 30 sena li joqgħod Wied il-Għajn.

Aqra aktar

Send this to a friend