One News

Notifiki

Il-Qorti laqgħet mandat tal-GWU kontra l-Freeport

Il-Qorti Ċivili fil-Prim Awla llum laqghet talba tal-GWU għal mandat kontra l-Management tal-Malta Freeport Terminals biex twaqqfu milli b’xi mod jinnegozja mal-UHM. Dan il-mandat ta’ inibizzjoni huwa marbut mal-kwistjoni eżistenti dwar għarfien trejdunjonistiku fil-Freeport.

Aqra aktar

Akkużat li abbuża lil bintu

Raġel qed jinżamm taħt arrest fuq akkużi li pparteċipa f’attivitajiet sesswali, u kkorrompa lil bintu ta’ tmien snin li tbati bid-Down Syndrome.

Il-Pulizija saħqu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia li l-Aġenzija Appoġġ għaddiet informazzjoni dwar każ t’abbuż ta’ tifla. L-Investigazzjonijiet bdew wara li sar rapport ukoll mill-iskola li tattendi l-istess tifla.

Aqra aktar

Spalla oħra għall-vittmi tal-alkoħol u d-droga

Ftit tal-mumenti ilu ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u Caritas Malta biex jidħlu fis-seħħ numru ta’ servizzi fis-settur tal-kura u rijabilitazzjoni mill-alkoħol u d-droga u dipendenzi oħra.

Dan il-ftehim se jkun qiegħed jiġi ffirmat għat-tliet snin li ġejjin fejn bis-saħħa ta’ dan il-Public Social Partnership se jkun imsaħħaħ ix-xogħol u l-kooperazzjoni bejn il-Caritas u l-Gvern.

Aqra aktar

L-awtorità tal-ippjanar tinforza

Komplew l-azzjonijiet tal-infurzar minn naħa tal-awtorità tal-ippjanar.

Dalgħodu ħadet azzjoni diretta f’barriera f’żona magħrufa bħala x-Xagħra tal-Lunzjata fil-limiti tar-Rabat. Dan wara li sid il-barriera naqas milli joqgħod għall-istruzzjoni tal-awtorità li jieqaf jitfa’ l-materjal u jwettaq attivitajiet oħra bħal skavar mingħajr permess.

Aqra aktar

Magna f’Mater Dei frott il-ħidma ta’ Marigold

Iċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, ippreżentat magna tal-X Ray lill-isptar Mater Dei biex tintuża għat-trattament tal-kanċer.

Il-fondi għal din iI-magna, li tiswa madwar €60,000, inġabru mill-kampanja Pink October li saret f’Ottubru tas-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Mhux talli ma neħħiehx … talli biddlu

Wara l-appelli li saru mill-Fondazzjoni ta’ Valletta 2018 biex jitneħħew il-billboards li hemm fil-foss ta’ San Ġakbu, il-Partit Laburista neħħa immedjetament il-bill board tiegħu. Ma jistax jingħad l-istess għall-Partit Nazzjonalista. Mhux talli ma neħħiex tiegħu, iżda biddel il-wieħed li kellu qabel ma’ wieħed ġdid.

Aqra aktar

Il-Pulizija Belġjana kienet taf mill-2014 dwar il-pjanijiet tal-aħwa Abdeslam

Skont rapporti dwar l-attakki f’Pariġi , Il-pulizija Belġjana kellha informazzjoni min-nofs is-sena 2014 dwar il-ħsieb li kellhom Salah u Brahim Abdeslam li jwettqu attakk fuq il-belt ta’ Pariġi .

Brahim Abdeslam sploda lilu nnifsu matul l-attakki f’ Pariġi f’ Novembru li għadda, attakk li matulu qatel 130 persuna, filwaqt li ħuħ Salah ħarab minn fuq il-post u ġie arrestat fi Brussel fl-aħħar xahar, propju erbat ijiem qabel l-attakki terroristiċi fi Brussell.

Il-konklużjonijiet tar-rapport, li kopja tiegħu kienet miksuba mis-sit POLITIKO,  jgħid kif r- radikalizzazzjoni tal-aħwa, konnessjonijiet bejn l-aħwa u l-moħħ wara l-attakki ta’ Pariġi Abdelhamid Abaaoud, kif ukoll l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu xi tip ta ‘att, kien magħruf mill-forzi tas-sigurta’ Belġjani sew qabel l-attakki.

Is-sezzjoni kontra t-terroriżmu tal-pulizija sostniet li ma setatx tagħmel rapport kriminali dwar l-aħwa, dan wara li ma setax jiġi stabbillit b’ċertezza min mill-aħwa kien involut f’dawn il-pjanijiet.  Iżda ir-rapport li annalizza l-argumenti mressqa mill-pulizija, qal li l-ismijiet taż-żewġ aħwa li kienu jgħixu Molenbeek fi Brussell, kienu diġa mniżla fid-database tal-pulizija.

Il-pulizija kellhom ukoll f’idejhom komputers, USB sticks u informazzjoni dwar it-telefonati tal-aħwa Abdeslam sa minn Frar tal-2015, iżda r-rapport jgħid li din l-informazzjoni ma ntużatx, “L-anqas wara Pariġi, u l-anqas riċentament.”

‘Le Soir’ irrapurtat kif it-talba mill- prosekuturi Belġjani sabiex ikunu jistgħu janallizzaw it-telefonati u l-imejls tal-aħwa Abdeslam ġiet miċħuda mill-pulizija minħabba nuqqas ta ‘riżorsi. Din it-talba saret mis-sezzjoni kontra t-terroriżmu, wara li gew interrogati l-aħwa mill-awtoritajiet, wara suspett li kienu qiegħdin jippjanaw vjaġġ lejn is-Sirja fil-bidu tal-2015. Kien propju fil- 21 ta’ April 2015, li l-pulizija ddeċidiet li l-fajl tal-aħwa Abdeslam ma kellhu l-ebda bżonn li jiġi revedut.

Dan ir-rapport li eżamina n-nuqqasijiet tal-pulizija rigward l-attakki ta’ 13 ta’ Novembru f’Pariġi, ġie abbozzat mill-Comite’ P, li kien magħmul sabiex jinqara minn  Membri Parlamentari li kienu pprojbiti milli jieħdu noti minn dan ir-rapport kif ukoll ma setawx jieħdu koppja tar-rapport mill-kamra.

Tnaqqis ta’ 150% fit-taxxa fuq kontribuzzjonijiet u donazzjonijiet għall-industrija tal-films

L-industrija tal-films lokali tibbenefika minn skema ta’ tnaqqis ta’ 150% fit-taxxa fuq kontribuzzjonijiet u donazzjonijiet (sponsorships).  Dan ħabbru l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis.

Il-Ministru qal li grazzi għal din l-iskema, il-Kummissjoni tal-Films se tkun f’pożizzjoni li jkollha riżorsi akbar biex tgħin lit-talent u ħaddiema lokali għall-films u se tkun qed tkompli toffri aktar taħriġ f’dan il-qasam.

Aqra aktar

“Boom!” – Justin Trudeau

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau tella’ dan il-filmat fuq Facebook, li fih juri l-appoġġ tiegħu lejn it-tim Kanadiż fl-Invictus Games.

F’dawn il-logħob jintuża l-isport biex jispira r-riabilitazzjoni ta’ dawk li ndarbu huma u joffru servizz lill-pajjiż. Din is-sena l-logħob ser isir f’Orlando, Florida, bejn t-tmienja u t-tnax ta’ Mejju.

Aqra aktar

Send this to a friend