One News

Notifiki

Fl-aħħar: se jasal il-grawnd f’Marsascala

Il-Gvern se jkun qiegħed jinvesti miljun ewro u nofs fi grawnd tal-futbol li minnu se tgawdi l-komunità ta’ Wied il-Għajn. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari Chris Agius li fi żjara fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn spjega kif se tkun użata żona mill-park li sal-lum ftit li xejn kellha skop u li kienet issuġerita minn nies ta’ Wied il-Għajn stess.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Imut raġel ta’ 97 sena wara li ntlaqat minn vann

Raġel ta’ 97 sena tilef ħajtu wara li ntlaqat minn vann fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat.

Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 48. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu. It-triq hija frekwentata ħafna minħabba li hemm confectionery.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi serji li sofra u ftit tal-ħin wara kien iċċertifikat mejjet.

Aqra aktar

“Inqas ħitan u iktar fiduċja” – Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hemm bżonn ta’ iktar fiduċja bejn il-pajjiżi Ewropej biex jissolvew problemi kbar li qed jinħolqu fl-ekonomija, fuq kwistjonijiet ta’ sigurtá u anke immigrazzjoni. Il-futur tal-Ewropa għandu jkun mibni fuq inqas ħitan u iktar fiduċja.

Il-Prim Ministru qal dan fl-għeluq tal-konferenza organizzata mal-European University Institute dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea f’diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa. Joseph Muscat għalaq il-konferenza flimkien mal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi.

Aqra aktar

Jaqblu li se jaħdmu kontra Leo Brincat

Simon Busuttil indika li anke fin-nomina ta’ Leo Brincat għall-Qorti tal-Awdituri jistgħu jaħdmu kontra Malta.

Dlonk wieġbu l-partitarji Nazzjonalisti. Fuq ir-radju tal-Partit qalu li jekk ma jerġax jgħamel hekk il-partit ikun bla sinsla.

Isma’ dak li qalu hawn.

Aqra aktar

Kanada: nirien itellfu anke l-evakwazzjoni

In-nirien kbar li ħakmu l-belt Kanadiża Fort McMurray xekklu saħansitra l-ħidma ta’ evakwazzjoni.

Il-fjammi qed jiħdu s-600 pied ogħli. Partijiet mill-belt fil-provinċja Alberta nqerdu wara li n-nirien bdew aktar kmieni din il-ġimgħa. Uffiċjali jemmnu li n-nar se jirdoppja fl-24 siegħa li jmiss.

Aqra aktar

Vann jibqa’ dieħel ġo siġra u billboard fil-Marsa

Sewwieq ta’ vann ta’ kumpanija tat-taxis ħelisha ħafif wara li kellu jinħareġ mill-vettura minn ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.

Il-vann li kien qed isuq baqa’ dieħel ġo siġra u billoard, fi Triq Aldo Moro il-Marsa.

Is-sewwieq huwa ġuvni ta’ 35 sena residenti Marsascala iżda ta’ nisel Skoċċiż. Huwa ma sofriex ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ fis-7:15 ta’ dalgħodu.

Aqra aktar

Funeral kbir fil-Belt

Il-partitarji tar-rebbieħa tal-kampjonat Premier, Valletta, organizzaw il-funeral b’tislima lit-timijiet l-oħra tal-kampjonat Premier. Funeral li jagħmlu kull meta jirbħu l-kampjonat u li jkun festa oħra ta’ kuluri u karattri. Spikkaw dawk lebsin ta’ qassisin, sorijiet u saħansitra kien hemm il-Papa u r-Reġina. Togħma ċkejkna ta’ x’organizzaw il-Beltin fil-filmat.

Aqra aktar

Jitfa’ l-ġebla u jaħbi idu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ għamilha.

Jitfa’ allegazzjonijiet f’diskussjonijiet politiċi u meta jkun mitlub jissostanzjahom mhux talli ma jagħmilx dan, iżda lanqas iwġieġeb lil min jgħidlu li jrid jinvestiga.

L-aħħar każ huwa marbut mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Fil-Mosta Simon Busuttil qal  li ħaddiema li jaħdmu fl-ETC qed isofru minn diskriminazzjoni politika.

Aqra aktar

Send this to a friend