One News

Notifiki

Sindki u Viċi Sindki jgħidu tagħhom f’Għawdex

Bħalissa f’Ghawdex għaddeja l-laqgha tas-Sindki u l-Vici Sindki, fejn ir-rappreżentanti tas-68 komunità madwar Malta u Għawdex qed iressqu s-suġġerimenti u l-ilmenti tagħhom.

Fost it-temi diskussa bejn illum u l-bieraħ kien hemm l-iskema tal-ħaddiema fil-komunità tal-ETC, it-Trasport Pubbliku, u r-riforma fil-MEPA. Ilkoll temi kruċjali għall-Kunsilli Lokali hekk kif jolqtu l-operat tagħhom fil-laħam il-ħaj.

Aqra aktar

X’qal Simon lil Demarco?

Ħafna staqsew x’qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil lill-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco wara li Simon Busuttil talbu jkeċċih il-barra. It-tweġiba fil-filmat.

Aqra aktar

Uffiċjali tal-PN jipprotestaw il-Belt

Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, fosthom is-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u numru ta’ deputati inġabru fil-Belt Valletta biex jipprotesta kontra l-koruzzjoni favur it-trasparenza u l-etika. Hija protesta organizzata minn grupp li jgħid li jirrappreżenta s-soċjeta ċivili dik li ġabret lejn Bieb il-Belt numru ta’ ftit mijiet maġġoranza tagħhom persuni li kienu fiż-żewġ protesti li organizza l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur.

Ara r-ritratti tal-‘folla’.

Aqra aktar

Fl-aħħar: se jasal il-grawnd f’Marsascala

Il-Gvern se jkun qiegħed jinvesti miljun ewro u nofs fi grawnd tal-futbol li minnu se tgawdi l-komunità ta’ Wied il-Għajn. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari Chris Agius li fi żjara fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn spjega kif se tkun użata żona mill-park li sal-lum ftit li xejn kellha skop u li kienet issuġerita minn nies ta’ Wied il-Għajn stess.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Imut raġel ta’ 97 sena wara li ntlaqat minn vann

Raġel ta’ 97 sena tilef ħajtu wara li ntlaqat minn vann fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat.

Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 48. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu. It-triq hija frekwentata ħafna minħabba li hemm confectionery.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi serji li sofra u ftit tal-ħin wara kien iċċertifikat mejjet.

Aqra aktar

“Inqas ħitan u iktar fiduċja” – Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hemm bżonn ta’ iktar fiduċja bejn il-pajjiżi Ewropej biex jissolvew problemi kbar li qed jinħolqu fl-ekonomija, fuq kwistjonijiet ta’ sigurtá u anke immigrazzjoni. Il-futur tal-Ewropa għandu jkun mibni fuq inqas ħitan u iktar fiduċja.

Il-Prim Ministru qal dan fl-għeluq tal-konferenza organizzata mal-European University Institute dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea f’diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa. Joseph Muscat għalaq il-konferenza flimkien mal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi.

Aqra aktar

Jaqblu li se jaħdmu kontra Leo Brincat

Simon Busuttil indika li anke fin-nomina ta’ Leo Brincat għall-Qorti tal-Awdituri jistgħu jaħdmu kontra Malta.

Dlonk wieġbu l-partitarji Nazzjonalisti. Fuq ir-radju tal-Partit qalu li jekk ma jerġax jgħamel hekk il-partit ikun bla sinsla.

Isma’ dak li qalu hawn.

Aqra aktar

Kanada: nirien itellfu anke l-evakwazzjoni

In-nirien kbar li ħakmu l-belt Kanadiża Fort McMurray xekklu saħansitra l-ħidma ta’ evakwazzjoni.

Il-fjammi qed jiħdu s-600 pied ogħli. Partijiet mill-belt fil-provinċja Alberta nqerdu wara li n-nirien bdew aktar kmieni din il-ġimgħa. Uffiċjali jemmnu li n-nar se jirdoppja fl-24 siegħa li jmiss.

Aqra aktar

Send this to a friend