One News

Notifiki

Togħma Għawdxija fl-Islovakkja!

Din il-kafetterija taħsibha tinsab f’xi trejqa fil-gżira Għawdxija. Infatti hekk irrimarka resident Slovakk mal-ġurnalist ta’ ONE News Daniel Attard meta bagħatlu dan ir-ritratt:

“I thought I was in Slovakia, but maybe I took the wrong plane?”

Aqra aktar

F’dagħdigħa biex tikkritika, Claudette kritikat lilha nfihsa

Buttigieg kienet mill-aktar negattiva fil-qasam tas-saħħa f’intervent li għamlet il-bieraħ waqt attività politika tal-PN. 

Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa nnota li Buttigieg selmet lil omm għax bintha kienet għal kura f’sala fis-sular minus one ta’ Mater Dei. Din hija waħda mis-swali li nfetħet fl-2011 fi żmien Gvern Nazzjonalista, meta Buttigieg kienet taħdem fid-Dipartiment tas-Saħħa. Għalhekk Buttigieg spiċċat tikkritika lilha nnfisha.

“Ġojjell li wiret dan il-Gvern minn ta’ qablu” – b’dan il-mod ix-shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg iddeskriviet l-Isptar Mater Dei, minkejja l-problemi strutturali kbar li għalih il-poplu ser ikollu jħallas €150 milijun.

Aqra aktar

Il-privat għandu jibqa’ privat – il-Prinċep Harry

Il-Prinċep Harry kritika dak li sejjaħlu ndħil eżaġerat fil-ħajja privata tiegħu. Huwa kien qed jintkellem f’intervista li saritlu mill-BBC, fil-bidu tal-Invictus Games fi Florida.

Ilmenta li l-linja bejn il-ħajja privata tiegħu u dik pubblika m’għadhiex teżisti. Stqarr li kulħadd għandu dritt għall-privatezza u sostna li se jkompli jaħdem biex jiżgura li tinżamm id-distinzjoni.

Aqra aktar

Ħadu gost u irriklamaw lil Malta

Grupp barrani bl-isem ‘The Guestlist’ li jorganizza festi għaż-żgħażagħ għadu kemm gawda erbat ijiem f’pajjiżna, u jidher li ħalla Malta b’togħma tajba ħafna.Tant li fuq is-sit tagħhom jgħidu li kienet esperjenza li mhux ser jinsewha malajr. Huma organizzaw avvenimenti f’aktar minn post wieħed hawn Malta.

Aqra aktar

“Ħudu l-inizjattivi” – Stefan Buontempo lill-Kunsilli Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo saħaq li l-qasam kollu tal-gvern lokali għandu jitmexxa fuq prattiċi tajba ta’ good governance, li jinkludu wkoll tmexxija finanzjarja għaqlija.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal dan waqt li kien qed jindirizza lis-Sindki u viċi-Sindki f’laqgħa f’Għawdex.

Aqra aktar

Balzan it-tieni tim finalist

Se jkunu Sliema u Balzan li jissieltu għat-tieni l-iktar unur importanti fil-futbol Malti, l-FA Trophy.

Wara li lbieraħ Sliema Wanderers għelbu lil Birkirkara fl-ewwel semi finali, illum kien imiss lil Balzan li rebħu lil Pembroke bl-iskor ta’ 3-1 biex qatgħu passaġġ għall-finali li se tintlagħab nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju.

Aqra aktar

“Ibni qed jinħall ftit ftit”

Kerha tara lil ibnek jinħall bil-mod il-mod. Hekk lissnet Carmen, omm Bjorn Formosa, iż-żagħżugħ li seraq il-qlub ta’ ħafna għall-kuraġġ li qed juri biex jikkumbatti l-Amyotrophic Lateral Sclerosis, magħrufa bħala ALS.

L-omm, b’qalb maqsuma, qalet li l-marda dieħla fil-fond u qed taffettwa s-sistema taċ-ċelloli fin-nervituri tal-moħħ u x-xewka tad-dar. L-ALS ma tħallix lin-newroni jibagħtu messaġġi lill-muskoli, sakemm dawn jaslu biex imutu u jwasslu għal stat ta’ paraliżi.

Aqra aktar

Aġġornat: Għajnsielem champions tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex

Għajnsielem huma r-rebbieħa tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex wara li rebħu d-decider kontra Xewkija Tigers bl-iskor ta’ 3-2

Aktar Qabel: Fil-Gozo Stadium, illum wara nofsinhar fl-4p.m., tintlagħab il-logħba deċiziva bejn iċ-champions renjanti Xewkija Tigers u Għajnsielem. Minn jirbaħ illum ikun inkurunat champion tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex għal dan l-istaġun.

Għajnsielem kienu punt viċin li jirbħu l-kampjonat iżda telfa kontra Kerċem u oħra kontra Xewkija wassal għal partita deċiziva tal-lum waranofsinhar.

Aqra aktar

Ordnata tħallas €71,981 wara dottorat

Il-Qorti sabet lil eksimpjegata tal-Awtorità Marittima ta’ Malta, li issa taqa’ taħt il-kappa ta’ Transport Malta, ħatja ta’ ksur fil-kuntratt t’ impjieg u kkundannata tħallas somma sostanzjali.

Il-Kuntratt, fuq talba ta’ Michelle Grech stess, kien imfassal b’mod li bih l-entità, aċċettat li tiffinanzja l-istudju tad-dottorat tal-impjegata fl-Awstralja, bil-kundizzjoni li malli ttemm il-kors, terġa’ lura Malta taħdem mal-entità għal minimu ta’ ħames snin.

L-awtorità irriżervat id-dritt li jekk din il-kundizzjoni tinkiser, titħallas l-ispejjeż dovuti lura.

Aqra aktar

Send this to a friend