One News

Notifiki

Jgħajjat “Allah hu l-akbar,” joqtol wieħed u jferi tlieta oħra

Persuna sfat maqtula u tlieta oħra feruti metu kienu aggrediti minn raġel li xejjer daqqiet ta’ sikkina fi stazzjon tat-trejnijiet fil-Lvant ta’ Munich fil-Ġermanja. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5a.m.

L-agressur inqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara li wettaq dan l-attakk. Xhieda li kienu fuq il-post semgħu lill-agressur jgħid “Allah hu l-akbar.”

Is-Sindku tal-lokalità ta’ Grafing qal li s-suspettat huwa ta’ nazzjonalità Ġermaniża u għandu 27 sena.

MOU bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u Alġerina

Ftit tal-mumenti ilu ġie ffirmat Memorandum Of Understanding ta’ kooperazzjoni bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u dik Alġerina.

L-iffirmar sar waqt business forum fir-Rabat, fejn preżenti għalih kien hemm numru kbir ta’ delegati Maltin u Alġerini.

L-MOU isegwi ż-żjarat li saru mill-ogħla awtoritajiet Maltin fl-Alġerija, fosthom tal-President, u l-Prim Ministru Maltin.

Aqra aktar

Nirien fl-Isla: mara ssofri ġrieħi gravi

 

Raġel t’84 sena lbieraħ filgħaxija kien salvat min-nirien li ħakmu d-dar tiegħu bl-għajnuna tar-Rapid Intervention Unit filwaqt li bintu ta’ 49 sena ndarbet gravi fl-istess inċident.

Il-każ seħħ ftit qabel l-21:45 fi Triq San Pietru u San Pawl, l-Isla.

Aqra aktar

‘The Punisher’ President tal-Filippini

Kollox jindika li Rodrigo Duterte, magħruf bħala ‘Digong’ se jkun il-President il-ġdid tal-Filippini. Skont polls wara l-proċess ta’ votazzjoni li seħħ il-bieraħ, huwa għandu vantaġġ qawwi.

Waqt il-kampanja tiegħu spikka għal kummenti dwar l-ordni u l-ħtieġa ta’ inforzar ta’ liġijiet fil-pajjiż. Huwa għandu 71 sena u ismu huwa sinonimu ma’ meta kien sindku ta’ Davao – belt darba magħrufa għan-nuqqas ta’ ordni.  Wara li l-belt għaddiet minn taħt idu, Duterte kiseb l-isem ‘The Punisher’.

Aqra aktar

Ta’ Cachia Caruana bl-iktar rabtiet

Hija l-kumpanija EMD Advisory Services, li tagħha Richard Cachia Caruana huwa konsulent ewlieni, li għandha l-ikbar numru ta’ rabtiet fost l-intermedjarji ma’ kumpaniji li jissemmew fil-Panama Papers. Tant hemm rabtiet li fuq is-sit tal-konsorzju tal-ġurnalisti (ICIJ) saret nota biex tgħid li din il-kumpanija tant tirrappreżenta interessi li ma setgħux jagħmlu grafika kif għamlu f’każi oħra bil-għan li kollox ikun spjegat bl-aħjar mod.

Hemm 714 il-kumpanija marbuta ma’ Malta fil-lista ta’ Panama Papers ippubblikata mill-konsorzju internazzjonali tal-ġurnalisti. Il-lista tmur lura għadd ta’ snin. Is-714 kumpanija infetħu minn 49 intermedjarju.

Aqra aktar

Il-President tal-MFA f’Panama Papers

 Il-President tal-Malta Football Association Norman Darmanin Demajo huwa fost il-persuni li jissemmew f’Panama Papers u li tagħrif dwarhom ħareġ illejla.
Darmanin Demajo huwa azzjonist f’kumpanija rreġistrata fil-British Virgin Islands. Ikkuntatjat minn The Malta Independent Darmanin Demajo qal li jmiss ma’ dawk it-tip ta’ kumpaniji minħabba l-professjoni tiegħu.

“Ersaq għax nimbuttak” – David Agius

Ġimgħat ilu David Agius spiċċa imbotta lill-ġurnalista tagħna Nicole Buttigieg u għax f’nofs konfużjoni dak li għamel ma deherx fuq kamera tgħidx x’arja rabba.

Ma jridx ikellimna u saħansitra llum qal lil Stefan Borg “ersaq għax nimbutta.”

Aqra aktar

Minn ETC għal Jobsplus

F’Marzu ta’din is-sena, l-għadd ta’ nies bla xogħol kien ta’ 4,033 jew 32 % inqas minn Marzu tas-sena li għaddiet. Il-Gvern Laburista fl-2013 wiret madwar 7350 persuna qegħda, li huwa 82% aktar minn dawk qegħda llum.

Meta kien qed jintroduċi t-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar is-servizzi ta’ impieg u taħriġ, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li dan l-abbozz ibiddel in-nomenklatura tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ, l-ETC, għal “Jobsplus”

Aqra aktar

L-MFA tissospendi l-plejers meta jkellmuha l-Pulizija

Il-Malta Football Association qalet li se tkun qed tissospendi l-plejers li se jitressqu l-Qorti b’rabta mal-logħba bejn Malta u Montenegro ta’ taħt il-21 sena meta tkun infurmata uffiċjalment li dawn se jitressqu l-qorti.

Fi stqarrija ntqal li “l-MFA tinnota li s’issa, l-Assoċjazzjoni ma rċiviet l-ebda konferma mingħand il-Pulizija ta’ Malta dwar jekk il-persuni li se jitressqu humiex il-persuni msemmija fil-mezzi tax-xandir lokali.”

Aqra aktar

Send this to a friend