One News

Notifiki

Eksmudella b’ambizzjoni li tirreffja fil-Premier League

Amy Christophers, eksmudella, qed tittanta xortiha biex tagħmel ħolmitha realtà u tibda tirreffja fil-Premier League Ingliż.

Fil-bidu ta’ din is-sena, Amy, kisbet l-ewwel kwalifika tagħha mill-Assoċjazzjoni tar-referees.

L-eksmudella, partitarja ta’ Chelsea, qalet li minn dejjem kienet tħobb il-futbol u tixtieq li tibda tirreffja biex tkun eqreb l-azzjoni. “Dan mhux passatemp. Iżda passjoni. Neħodha b’serjetà kbira.”

Fl-industrija tal-immudellar, Amy kienet magħrufa bħala ‘Brandy Brewer’.

Tony Abela b’aċċess għall-JS List ukoll

L-eks Segretarju Parlamentari Tony Abela, li lura fil-Parlament reġa’ għamel dikjarazzjoni tal-assi super, kien wieħed mill-ftit persuni li tul is-snin kellu aċċess dirett għall-ista JS tal-Partit Nazzjonalista.

Dan għax għal tliet snin sħaħ kien it-teżorier tal-Partit Nazzjonalista u għalhekk kellu x-xogħol li jara li min ikun fuq din il-lista jikkontribwixxi lill-Partit. Il-JS list iġġib l-inizzjali ta’ Joe Stellini eks teżorier tal-PN li fi żmienu nħolqot il-lista. Lista maħsuba biex min jirbaħ kuntratti tal-gvern jagħti donazzjonijiet lill-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Ikomplu jiżdiedu l-karozzi fit-toroq Maltin

Fl-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, il-vetturi reġistrati telgħu għal 349,386. Dan ifisser żieda ta’ 0.7% meta mqabbel mal-aħħar kwart tas-sena li għaddiet.

Madwar 80% ta’ dawn il-vetturi huma karozzi tal-passiġġier, 13.7% vetturi kummerċjali, 6% muturi, u karozzi tal-linja u minibuses ammontaw għal inqas minn 1%.

Aqra aktar

Bejn li tamministra u timmaniġja

Kemm ħareġ id-distinzjoni ċara il-Prim Ministru fil-Qredni, bejn li “tamministra” u “timmaniġja”.  It-tnejn huma kliem bl-istess numru t’ittri fihom iżda jekk tpoġġihom fuq miżien, li tamministra ftit li xejn fiha piż, iżda li timmaniġja tfisser determinazzjoni u heġġa, u fiha nfisha tfisser impenn kbir.

Fl-aħħar 25 ta’ Gvernijiet preċedenti, li tamministra kienet prijorità.  Faċli tmur għax-xogħol biex sempliċement tagħmel l-inqas li wieħed jistenna minnek.  Ma jfissirx li qed tgħamel xi haġa ħażina iżda li tamministra biss, biż-żmien toħloq telqa u apatija.  Hija faċli li taqa’ f’din il-kategorija.  B’xi mod jew ieħor kulħadd kapaċi jamministra, iżda li Gvern jamministra tfisser nuqqas ta’ motivazzjoni u enerġija.

Aqra aktar

Jgħajjat “Allah hu l-akbar,” joqtol wieħed u jferi tlieta oħra

Persuna sfat maqtula u tlieta oħra feruti metu kienu aggrediti minn raġel li xejjer daqqiet ta’ sikkina fi stazzjon tat-trejnijiet fil-Lvant ta’ Munich fil-Ġermanja. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5a.m.

L-agressur inqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara li wettaq dan l-attakk. Xhieda li kienu fuq il-post semgħu lill-agressur jgħid “Allah hu l-akbar.”

Is-Sindku tal-lokalità ta’ Grafing qal li s-suspettat huwa ta’ nazzjonalità Ġermaniża u għandu 27 sena.

MOU bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u Alġerina

Ftit tal-mumenti ilu ġie ffirmat Memorandum Of Understanding ta’ kooperazzjoni bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u dik Alġerina.

L-iffirmar sar waqt business forum fir-Rabat, fejn preżenti għalih kien hemm numru kbir ta’ delegati Maltin u Alġerini.

L-MOU isegwi ż-żjarat li saru mill-ogħla awtoritajiet Maltin fl-Alġerija, fosthom tal-President, u l-Prim Ministru Maltin.

Aqra aktar

Nirien fl-Isla: mara ssofri ġrieħi gravi

 

Raġel t’84 sena lbieraħ filgħaxija kien salvat min-nirien li ħakmu d-dar tiegħu bl-għajnuna tar-Rapid Intervention Unit filwaqt li bintu ta’ 49 sena ndarbet gravi fl-istess inċident.

Il-każ seħħ ftit qabel l-21:45 fi Triq San Pietru u San Pawl, l-Isla.

Aqra aktar

‘The Punisher’ President tal-Filippini

Kollox jindika li Rodrigo Duterte, magħruf bħala ‘Digong’ se jkun il-President il-ġdid tal-Filippini. Skont polls wara l-proċess ta’ votazzjoni li seħħ il-bieraħ, huwa għandu vantaġġ qawwi.

Waqt il-kampanja tiegħu spikka għal kummenti dwar l-ordni u l-ħtieġa ta’ inforzar ta’ liġijiet fil-pajjiż. Huwa għandu 71 sena u ismu huwa sinonimu ma’ meta kien sindku ta’ Davao – belt darba magħrufa għan-nuqqas ta’ ordni.  Wara li l-belt għaddiet minn taħt idu, Duterte kiseb l-isem ‘The Punisher’.

Aqra aktar

Ta’ Cachia Caruana bl-iktar rabtiet

Hija l-kumpanija EMD Advisory Services, li tagħha Richard Cachia Caruana huwa konsulent ewlieni, li għandha l-ikbar numru ta’ rabtiet fost l-intermedjarji ma’ kumpaniji li jissemmew fil-Panama Papers. Tant hemm rabtiet li fuq is-sit tal-konsorzju tal-ġurnalisti (ICIJ) saret nota biex tgħid li din il-kumpanija tant tirrappreżenta interessi li ma setgħux jagħmlu grafika kif għamlu f’każi oħra bil-għan li kollox ikun spjegat bl-aħjar mod.

Hemm 714 il-kumpanija marbuta ma’ Malta fil-lista ta’ Panama Papers ippubblikata mill-konsorzju internazzjonali tal-ġurnalisti. Il-lista tmur lura għadd ta’ snin. Is-714 kumpanija infetħu minn 49 intermedjarju.

Aqra aktar

Send this to a friend