One News

Notifiki

Tal-MCAST jivjaġġaw orħos u jitħarrġu aħjar

“To travel is to live”

Hekk kitbu l-Kunsill Studenti tal-MCAST u bir-raġun.

L-istudenti kollha tal-MCAST se jgawdu minn skont ta’ 10% fuq titjiriet tal-Air Malta, wara ftehim mall-KSM. Il-ftehim jinkludi bagalja ta’ 20kg bla ħlas, li tgħaddi miċ-check-in.

Barra l-esperjenza li kapaċi jagħti s-safar, l-istudenti tal-MCAST se jkollhom opportunità jitgħallmu dwar l-impjieg futur tagħhom.

KSM ftiehmu biex jagħmlu ħamest’ijiem taħriġ b’mod volotarju mal-Air Malta. Dan jgħodd għal studenti li qiegħdin jistudjaw f’korsijiet relatati mal-operat tal-linja tal-ajru.

Aqra aktar

Jaqa’ oġġett fuq dahru u jweġġa’ gravi

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li waqgħet floor board  kbira fuq daru fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex, meta kien qed jagħmel xi xogħol fuq dgħajsa. Ir-raġel għandu 34 sena.

Membri tal-protezzjoni ċivili assistew lir-raġel u ttieħed l-isptar b’ambulanza.

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates

Triq ix-Xatt ta’ Xbieb 33 San Ġwann 11:45

floorboard

Ġimgħa li fiha tiċċaqlaq

Mill-20 ta’ Mejju sas-6 ta’ Ġunju se ssir Move Week – attivitajiet sportivi inidirizzati kemm għat-tfal u anke għal dawk l-istudenti tas-sekondarja, sa 15-il sena.

L-attivitajiet ivarjaw,  mhux biss fin-natura tagħhom imma anke fil-lokalità fejn se jsiru; minn beach sports fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbugia sa mixi f’Kemuna.

Aqra aktar

Użu aħjar tal-laboratorji Maltin

Fl-aħħar jiem , kif imħabbar fil-baġit , twaqqfet l-Malta Laboratories Network fi ħdan il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.

Bħala l-ewwel pass ġie ffirmat memorandum of understanding biex il-Gvern juża l-laboratorji tal-korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għal xogħol xjentifiku.

Ic-chairman tal-Malta Laboratories Network Anthony Serracino Inglott semma ftit mix-xogħol li se jiġi annalizat fil-laboratorji tal-korporazzjoni, fosthom prodotti tal-ikel.

Aqra aktar

Tigdmu ħuta velenuża

Baħri Filippin li kien fuq bastiment reġistrat f’pajjiżna ddaħħal Malta l-lejl li għadda mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dan wara li huwa ngidem minn ħuta velenuża.

Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta’ Malta qalu li s-sejħa għall-għajnuna daħlet meta l-bastiment kien madwar tlettax-il mil nawtiku ‘l barra mill-kosta Maltija.

Aqra aktar

ZIKA: Malta b’riskju moderat

L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ħarġet lista ta’ pajjiżi li l-aktar li huma f’periklu li jkunu affetwati mill-virus Zika.

Pajjiżna jinsab fil-lista ta’ dawn f’riskju moderat. Dawn jinkludu Franza, l-Italja, Malta, il-Kroazja, Spanja, Monako, San Marino, it-Turkija, il-Greċja, l-Iżvizzera, l-Iżrael, il-Bulgarija u l-Islovenja.

Aqra aktar

Igerfxu d-dħul ta’ Mizzi ma’ tal-kumpaniji li ħadem għalihom

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li t-Times of Malta qiegħda tinterpreta b’mod żbaljat u tiżgwida lill-qarrejja tagħha meta tikwota biografija qasira tal-esperjenzi professjonali tiegħu. Dan id-dokument intuża meta Mizzi kien kandidat fl-elezzjoni ġerenali li għaddiet.

L-artiklu jgħid li Konrad Mizzi ġġenera €6.4 miljun dħul, b’mod personali. Mizzi ċċara li dawn ovjament kienu ġġenerati għal kumpanija li għaliha kien jaħdem, u mhux għalih personalment.

Aqra aktar

Tal-Katidral lesti jbiddlu l-pjan

L-Amministrazzjoni tal-Katidral ta’ Għawdex qalet li lesta tesplora possibbiltajiet ġodda dwar il-proġett propost għall-parkeġġ, bil-għan li l-binja tad-dar tal-familja Magri, ma titwaqqax.

Din id-dar qajmet kontroversja hekk kif għaqdiet ambjentali u tal-wirt kulturali opponew li din it-triq titwaqqa’ biex tkun parti mill-proġett. “L-amministrazzjoni tal-Katidral qiegħda tagħmel dan filwaqt li tibqa’ temfadizza b’konsisntenza l-ħtieġa għall-faċilitajiet ta’ parkeġġ fid-dintroni, kif ikkontemplat u propost fil-Masterplan taċ-Ċitadella,” qalet l-amministrazzjoni tal-katidral. L-amministrazzjoni tal-Katidral tirrimarka wkoll li l-kritika u l-oppożizzjoni kontra da nil-proġett mhux dejjem kienu preċiżi u veritiera u għalhekk ma tistax ma turix id-diżaprovazzjoni tagħha lejn dak li ddeskriviet bħala antagoniżmu.

Aqra aktar

Tisparixxi titjijra tal-EgyptAir minn Pariġi

Titjijra tal-EgyptAir minn Pariġi għall-Kajr sparixxiet b’66 persuna abbord: 56 passiġġier, inluż tlett itfal, seba’ membri tal-ekwipaġġ u tliet ħaddiema tas-sigurtà.

L-Airbus A320 kien fil-Lvant tal-Mediterran u għeb ftit wara li daħal f’territorju Eġizzjan. Il-militar Eġizzjan qiegħed jiċħad rapporti mill-EgyptAir, li bagħtu sinjal li kienu fl-inkwiet.

Aqra aktar

Ferut wara ġlieda

Raġel Kolombjan ta’ 37 sena residenti s-Swieqi jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’argument. Il-pulizija kienet mgħarrfa b’dan l-argument fit-tlieta tal-Ġimgħa filgħodu, u li seħħ fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan.

Aqra aktar

Send this to a friend