One News – Page 3481 – One News

One News

Notifiki

Titħallas 40% inqas u ksibna iktar riżultati

 

Michelle Buttigieg, rappreżentanta ta’ Malta għall-Awtorità tat-Turiżmu, f’New York tirċievi ħlas sostanzjalment inqas minn rappreżentanti f’pajjiżi oħra.

Dan ħareġ minn dokumenti impoġġiha fuq il-mejda tal-kamra tad-deputati mill-Ministru Edward Zammit Lewis li juru kif Buttigieg titħallas retainer fee ta’ €5,038 fix-xahar.

Aqra aktar

Il-migrazzjoni prijorità

Matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-Islovakkja u Malta se jkunu qiegħdin jiddiskutu l-kwistjoni tal-migrazzjoni.

Għalhekk il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, qasam l-ħsibijiet ma’ Igor Slobodník, Ambaxxatur għall-Migrazzjoni matul il-Presidenza Slovakka li jmiss.

Aqra aktar

Aġġornat: Karozza tal-Pulizija involuta f’inċident tat-traffiku

Kelliema għall-Pulizija qalitilna li ż-żewġ Pulizija involuti f’dan l-inċident, Surġent ta’ 60 sena minn Ħaż-Żebbuġ u kuntistabbli ta’ 33 sena mis-Siġġiewi, ma jinsabux fil-periklu tal-mewt.

Aktar qabel: Ftit tal-mumenti ilu seħħ inċident tat-traffiku bejn karozza tal-Pulizija u karozza oħra tat-tip Hyundai fis-Siġġiewi, qrib id-Dar tal-Providenza.

Fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu liż-żewġ pulizija mill-karozza u ttieħdu minnufih lejn l-isptar.

S’issa għad mhix magħrufa l-kundizzjoni taż-żewġ persuni. Ix-xufier tal-karozza l-oħra ma jidhirx li weġġa’ f’dan l-inċident.

Aqra aktar

Eksmudella b’ambizzjoni li tirreffja fil-Premier League

Amy Christophers, eksmudella, qed tittanta xortiha biex tagħmel ħolmitha realtà u tibda tirreffja fil-Premier League Ingliż.

Fil-bidu ta’ din is-sena, Amy, kisbet l-ewwel kwalifika tagħha mill-Assoċjazzjoni tar-referees.

L-eksmudella, partitarja ta’ Chelsea, qalet li minn dejjem kienet tħobb il-futbol u tixtieq li tibda tirreffja biex tkun eqreb l-azzjoni. “Dan mhux passatemp. Iżda passjoni. Neħodha b’serjetà kbira.”

Fl-industrija tal-immudellar, Amy kienet magħrufa bħala ‘Brandy Brewer’.

Tony Abela b’aċċess għall-JS List ukoll

L-eks Segretarju Parlamentari Tony Abela, li lura fil-Parlament reġa’ għamel dikjarazzjoni tal-assi super, kien wieħed mill-ftit persuni li tul is-snin kellu aċċess dirett għall-ista JS tal-Partit Nazzjonalista.

Dan għax għal tliet snin sħaħ kien it-teżorier tal-Partit Nazzjonalista u għalhekk kellu x-xogħol li jara li min ikun fuq din il-lista jikkontribwixxi lill-Partit. Il-JS list iġġib l-inizzjali ta’ Joe Stellini eks teżorier tal-PN li fi żmienu nħolqot il-lista. Lista maħsuba biex min jirbaħ kuntratti tal-gvern jagħti donazzjonijiet lill-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Ikomplu jiżdiedu l-karozzi fit-toroq Maltin

Fl-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, il-vetturi reġistrati telgħu għal 349,386. Dan ifisser żieda ta’ 0.7% meta mqabbel mal-aħħar kwart tas-sena li għaddiet.

Madwar 80% ta’ dawn il-vetturi huma karozzi tal-passiġġier, 13.7% vetturi kummerċjali, 6% muturi, u karozzi tal-linja u minibuses ammontaw għal inqas minn 1%.

Aqra aktar

Bejn li tamministra u timmaniġja

Kemm ħareġ id-distinzjoni ċara il-Prim Ministru fil-Qredni, bejn li “tamministra” u “timmaniġja”.  It-tnejn huma kliem bl-istess numru t’ittri fihom iżda jekk tpoġġihom fuq miżien, li tamministra ftit li xejn fiha piż, iżda li timmaniġja tfisser determinazzjoni u heġġa, u fiha nfisha tfisser impenn kbir.

Fl-aħħar 25 ta’ Gvernijiet preċedenti, li tamministra kienet prijorità.  Faċli tmur għax-xogħol biex sempliċement tagħmel l-inqas li wieħed jistenna minnek.  Ma jfissirx li qed tgħamel xi haġa ħażina iżda li tamministra biss, biż-żmien toħloq telqa u apatija.  Hija faċli li taqa’ f’din il-kategorija.  B’xi mod jew ieħor kulħadd kapaċi jamministra, iżda li Gvern jamministra tfisser nuqqas ta’ motivazzjoni u enerġija.

Aqra aktar

Jgħajjat “Allah hu l-akbar,” joqtol wieħed u jferi tlieta oħra

Persuna sfat maqtula u tlieta oħra feruti metu kienu aggrediti minn raġel li xejjer daqqiet ta’ sikkina fi stazzjon tat-trejnijiet fil-Lvant ta’ Munich fil-Ġermanja. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5a.m.

L-agressur inqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara li wettaq dan l-attakk. Xhieda li kienu fuq il-post semgħu lill-agressur jgħid “Allah hu l-akbar.”

Is-Sindku tal-lokalità ta’ Grafing qal li s-suspettat huwa ta’ nazzjonalità Ġermaniża u għandu 27 sena.

MOU bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u Alġerina

Ftit tal-mumenti ilu ġie ffirmat Memorandum Of Understanding ta’ kooperazzjoni bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u dik Alġerina.

L-iffirmar sar waqt business forum fir-Rabat, fejn preżenti għalih kien hemm numru kbir ta’ delegati Maltin u Alġerini.

L-MOU isegwi ż-żjarat li saru mill-ogħla awtoritajiet Maltin fl-Alġerija, fosthom tal-President, u l-Prim Ministru Maltin.

Aqra aktar

Nirien fl-Isla: mara ssofri ġrieħi gravi

 

Raġel t’84 sena lbieraħ filgħaxija kien salvat min-nirien li ħakmu d-dar tiegħu bl-għajnuna tar-Rapid Intervention Unit filwaqt li bintu ta’ 49 sena ndarbet gravi fl-istess inċident.

Il-każ seħħ ftit qabel l-21:45 fi Triq San Pietru u San Pawl, l-Isla.

Aqra aktar

Send this to a friend