One News – Page 3480 – One News

One News

Notifiki

Obama bi żjara f’Hiroshima

Il-Prseident Amerikan Barack Obama se jkun qed jagħmel żjara storika fil-belt Ġappuniża ta’ Hiroshima, biex b’hekk se jkun l-ewwel President Amerikan li se jżur din il-belt minn meta Hiroshima intlaqtet minn bomba nukleari fl-1945.

Din se tkun parti minn żjara li Obama se jkun qed jagħmel fil-kontinent Ażjatiku bejn il-21 u t-28 ta’ Mejju.

Aqra aktar

Joe Grima jirriżenja

Joe Grima, mibgħut speċjali għall-Organizazzjoni Dinjija tat-Turiżmu, irriżenja minn din il-kariga. Dan wara li fl-aħħar jiem reġa’ kien f’nofs kontroversja b’rabta ma’ kummenti li għamel. Anke jekk Joe Grima, se jiftaħ tliet libelli b’rabta ma’ kif dawn il-kummenti kienu interpretati, Grima ta r-riżenja li kienet aċċettata mill-Prim Ministru.

LAĦAQ HU!

Ftit tal-minuti ilu Simon Busuttil kien qed jagħmel konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament. Il-parkeġġ riservat għalih kien vojt u x-xufier kien hemm. Iżda, għal xi raġuni jew oħra ideċieda li jipparkja minflok il-Prim Ministru.

“Laħaq hu,” qalilna minn bagħtilna dan ir-ritratt fuq onenews@one.com.mt

FILMAT: Jaħrab u jgħajjarna ddisprati

L-għada li f’Panama Papers ħarġu għadd ta’ ismijiet b’rabta mal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha deher f’paniku.

Irrepeta l-istess argumenti tal-aħħar xhur u ma wieġeb l-ebda mill-mistoqsijiet tagħna. Ma weġibx lanqas il-mistoqsijiet tal-Maltatoday li staqsew kif jaħsibha fuq kumpaniji offshore.

Aqra aktar

Friegħ ta’ qtates f’borża

Friegħ ta’ qtates intremew f’borża tal-plastik fi Triq iż-Żewwieqa, f’Għawdex. M’għandniex xi ngħidu li dan ġab il-kundanna ta’ bosta li fuq facebook innotaw l-att krudili u kif dan kien maħsub biex lil dawn il-qtates, li xi ħadd ma riedx, iħallihom mejta.

Eurovision: Membru tal-ġurija tar-Russja investigata

L-ammiraturi u d-dilettani tal-Eurovision jinsabu mħassba dwar dak li ġie żvelat li seħħ it-Tnejn filgħaxija waqt is-serata mal-ġurija.

Dan hekk kif membru tal-ġurija tar-Russja qed tiġi investigata wara li meta kienet għaddejja l-votazzjoni tal-ġurija, aktarx inkisru numru ta’ regoli tal-Eurovision.

Jidher li l-istess membru tal-ġurija tellgħet filmat tal-votazzjoni b’mod dirett, fejn jidher li qed tappoġġja lill-Olanda, iżda tivvota kontra l-Moldova u l-Ungerija.

Aqra aktar

Il-Qorti twaqqaf tneħħija ta’ billboards

L-Imħallef Jacqueline Padovani Grima laqgħet talba tal-Partit Nazzjonalista u waqqfet it-tneħħija ta’ billboards tal-partiti politiċi. L-ordni li jitneħħew kienet ngħatat wara li nbiddlet il-liġi biex il-billboards isiru skont regoli iktar stretti u jsiru ħlasijiet ta’ liċenzji.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti stqarret li mhix tiddikjara lilha nnifsiha dwar l-Avviż Legali u fil-fatt il-Partit Nazzjonalista jrid jgħamel każ ieħor biex jisfida l-avviż legali.

Aqra aktar

Titħallas 40% inqas u ksibna iktar riżultati

 

Michelle Buttigieg, rappreżentanta ta’ Malta għall-Awtorità tat-Turiżmu, f’New York tirċievi ħlas sostanzjalment inqas minn rappreżentanti f’pajjiżi oħra.

Dan ħareġ minn dokumenti impoġġiha fuq il-mejda tal-kamra tad-deputati mill-Ministru Edward Zammit Lewis li juru kif Buttigieg titħallas retainer fee ta’ €5,038 fix-xahar.

Aqra aktar

Send this to a friend