One News – Page 3479 – One News

One News

Notifiki

Ġenji żgħar fil-matematika!

Studenti Maltin jibbrillaw fil-matematika! Minkejja kompetizzjoni kbira fost eluf ta’ tfal madwar id-dinja, marru tajjeb ferm fis-SuperTmatik Mental Maths Championship.

Dan huwa kampjonat internazzjonali li jsir kull sena fost studenti ta’ bejn sitt snin u l-15-il sena. Kull student ipparteċipa f’kategorija waħda minn disgħa, skont l-abilità tiegħu jew tagħha.

Aqra aktar

Il-post fejn l-adulti u t-tfal jibdlu l-irwol

Issa li jonqos inqas minn xahar għall-bidu tal-EURO 2016 beda jiżdied il-paniku ta’ dawk li forsi waqgħu ftit f’lura fil-kollezzjoni tal-album tal-istickers tal-Panini. Għalhekk għexieren inġabru l-Belt quddiem Anastasi biex bħal ma’ jiġri kull sentejn, darba għat-Tazza tad-Dinja u darba għall-kompetizzjoni tal-Ewropa, wieħed jipprova jsib dak li ma sax fil-pakkett.

Aqra aktar

Jikkampjaw quddiem Kastilja

Grupp ta’ persuni, li qed isejħu lilhom infushom bħala Kamp Emerġenza Ambjent, inġabru quddiem il-Berġa ta’ Kastilja biex jipprotestaw fuq l-ambjent. Minn tagħrif li ksibna minn fuq il-post, dan il-grupp għandu l-ħsieb li jqatta’ l-lejl hemmhekk.

Ingliż fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ sular

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4.20a.m, Ingliż ta’ 27 sena waqa’ għoli ta’ madwar sular f’residenza l-Mellieħa.   

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni tela’ fuq ħajt fl-istess residenza fi Triq il-Pont, għoli madwar sular u waqa’ għal isfel. Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura fejn iktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li kien jinsab f’qagħda kritika.

Aqra aktar

Il-pjan huwa li jagħmel pjan

L-unika proposta konkreta fil-pjan tal-Partit Nazzjonalista fuq it-traffiku hija li jekk kemm il-darba Simon Busuttil ikun Prim Ministru dan ser jagħmel pjan u strateġija għat-traffiku.

Din l-istrateġija diġa qed issir minn Transport Malta skond l-obligi tal-Unjoni Ewropeja u se tkun lesta sal-aħħar tas-sena.

Aqra aktar

X’taqbad tagħmel bl-ispazju?!

Spiss nitkellmu fuq l-ispazju…nafu li llum tellajna fih mhux biss il-bniedem fuq il-qamar, u qed infasslu xi vjaġġi umani ghall-Mars, imma mlejnih ukoll bis-satelliti li bis-saħħa tagħhom qed nitkellmu bil-mobajl minn kullimkien fuq din il-pjaneta. Qed insegwu t-temp u naraw it-televizjoni ; sintendi barra li ħloqna xibka globali tal-Internet. Imsomma l-ispazju bejn il-pjaneti hu forsi l-uniku s’issa li għadu tassew pubbliku bla distinzjoni. Allaħares ma kienx hekk għax kieku stenna li jinqalgħu l-gwerer stellari.

Aqra aktar

Il-Bormliżi jsellmu lil Pawlu Muscat

Mijiet ta’ nies inġabru jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Sindku ta’ Bormla Pawlu Muscat. Fost dawn, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Prim Ministru Joseph Muscat. Huma ħafna  l-qlub maqsuma li lkoll ingħaqdu bħala qalb waħda Bormliża.

Aqra aktar

Serqa fil-Ħamrun tħalli ġuvni ferut

Żagħżugħ ta’ dsatax–il sena, li jaħdem fi stabbiliment tal-logħob, qed isofri minn xi ġrieħi wara li lbieraħ seħħet serqa fl-istabbiliment li jaħdem fih fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Dun Nerik Cordina Perez fil-Ħamrun. Jirriżulta li żewġ persuni mgħammda lebsin hoodie daħlu fl-istabbiliment u wara li aggredew lill-impjegat, talbuh il-flus.

Aqra aktar

Fis-saħħa waslet l-aħħar tad-dinja

Kien jingħad li l-waiting lists jispiċċaw jew jonqsu biss meta tispiċċa d-dinja. Dikjarazzjoni li spikkar l-iktar meta qalha l-eks Ministru tas-Saħħa, Joe Cassar. Analiżi li għamilna u li xxandret fil-programm News.Mt turi kif f’bosta oqsma l-listi ta’ stennija tant naqsu li spiċċaw.

F’oħrajn għad hemm xi jsir, iżda t-titjib huwa evident. Tkellimna mal-Ministru u l-esperti fil-qasam tas-saħħa fir-rapport dettaljat li jidher fil-filmat.

Aqra aktar

Miċ-CHOGM għad-Distrett

Ħdax il-vettura tal-Pulizija tqassmu fil-ħdax il-distrett tal-Pulizija mxerrda madwar Malta filwaqt li dik allokata għad-distrett ta’ Għawdex ġiet mogħtija lilhom riċentament. F’ċerimonja qasira fl-Akkademja f’ta’ Kandja, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela flimkien mal-Aġent Kummissarju Laurence Cutajar żaru dawn il-vetturi qabel ma qabdu triqthom lejn id-distretti rispettivi.

Dawn il-vetturi huma parti minn investment ta’ 40 vettura li ġew utilizzati fic-CHOGM u l-Valletta Summit li nxraw mill-korp tal-Pulizija għal valur ta’ €400,000.

Aqra aktar

Send this to a friend