One News – Page 3478 – One News

One News

Notifiki

Ira Stokkolma…id-Dalli u Paula fuq one.com.mt

Meta llejla l-maġġoranza tal-Maltin ikunu qed isegwu l-Eurovision fis-salott tad-dar jew f’xi pub, żgur mhux se jieqfu l-kummenti wara kull diska. Min tgħogbu u min le, min jikkritika x-xagħar u min jikkummenta dwar l-ilbies. Xi ħaġa fuq id-doni li jkun ta l-bambin ma jonqsux ukoll.

Aqra aktar

Gravina jgħid lill-Boċċa li hu tal-mistħija

U fil-kontroversja dwar il-kummenti ta’ Andrew Borg Cardona fuq Ira, daħal ukoll is-sieħeb tagħha Sean Gravina li jidher li hu wkoll ma felaħx iktar il-kumment dispreġjattiv fil-konfront tal-kantanta Maltija li għalih hija wkoll l-imħabba ta’ ħajtu.

“Ngħamilha ċara li miniex fil-politika u li se nikteb hux marbu mal-politika. Setgħet ġiet minn fejn ġiet. Andrew Borg Cardona ssejjaħ lit-tfajla tiegħi bitch pubblikament, mara tqila li qed tirrappreżenta lil pajjiża. Int mistħija għall-ġurnaliżmu Malti u l-pubbliku. Int mistħija għall-umanità,” kiteb Gravina evidentament imweġġa’.

Aqra aktar

X’qed ngħidu fuq Ira?

M’għandniex dubju. Dalgħodu żgur mort x’imkien u smajtjom isemmu l-Ira. Ġurnalisti u ħbieb tagħna qalulna li semgħu isem Ira f’postijiet differenti; min għand tal-grocer, min il-penalty shoot out tal-futbol u min l-iscouts. Hu x’inhu donnu kulħadd lest biex illejla jara lil Losco tispikka.

Imma fil-verità, x’qed ngħidu dwar Ira?

Aqra aktar

Cruise liner f’Għawdex

F’Għawdex illum daħal cruise liner li wassal numru ta’ turisti fil-Port tal-Imġarr, hekk kif kollox jindika li s-suċċess tas-sena li għaddiet għall-industrija tal-cruise liners f’Għawdex ma kienx eċċezzjoni.

Bħal dejjem it-turisti sabu jilqgħuhom persuni li tkellmu magħhom dwar x’hemm x’tara fil-gżira ta’ tliet għoljiet u l-karateristiċi tal-gżira Għawdxija. Ovvjament, l-iktar post li jżuru t-turisti huwa ċ-Ċittadella u bil-proġett ta’ restawr kulħadd qed jinżel lura x-xatt sodisfatt. Is-sena l-oħra waslu rekord ta’ cruiseliners f’Għawdex u din is-sena l-prospetti jidhru tajbin ħafna.

Tieġ Malti fiż-Żurrieq

Nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju 2016, fis-07:00 ta’ filgħaxija, fil-pjazza ta’ Bubaqra fiż-Żurrieq, se jsir re-enactment li juri żwieġ tipiku Malti tal-passat.

Dak iż-żmien it-tħejjija għaż-żwieġ kienet differenti ferm. Meta xebba kienet tkun lesta għaż-żwieġ, kienet titpoġġa qasrija tal-ħabaq ġot-tieqa tad-dar tagħha. Jekk ġuvni żagħżugħ kien ikollu xi intenzjoni li jiżżewweġ lil din ix-xbejba, kien iqabbad ħuttab sabiex jiftiehem mal-ġenituri tat-tfajla.

Aqra aktar

Inċident Fatali fil-Mosta

Raġel ta’ 50 sena imwieled l-Awstralja u residenti l-Mosta kien għadu kif intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Il-vettura kienet qed tinstaq direzzjoni mill-Imġarr lejn iċ-ċentru tal-Mosta.
Team mediku mill-Isptar Mater Dei kien fuq il-post sabiex jassisti lill-vittma għall-ġrieħi serji li sofra. Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat li tilef ħajtu minn tabib li kien għaddej mill-post fejn seħħ l-inċident.

Aqra aktar

Ġlieda kbira f’Moska – imutu f’ċimiterju

Mill-inqas żewġ persuni mietu waqt ġlieda kbira li nqalgħet f’ċimiterju f’Moska.

Il-ġlieda kienet bejn mill-inqas mitejn ruh u seħħet f’ċimiterju bl-isem Khovanskoye. Għadu mhux mgħaruf x’wassal għall-ġlieda u ċertu rapporti qed jgħidu li dawk mejta huma uffiċjali tal-Pulizija.

Aqra aktar

Ira ta’ qabel l-aħħar waħda

Ira Losco tinsab preparata biex illejla tagħti l-aqwa verżjoni ta’ Walk on Water, li biha Malta qed taspira li tirbaħ il-Eurovision Song Contest. Dan hu dak li kitbet fuq Facebook qabel l-aħħar prova.

Aqra aktar

Magna tal-pressa taqbadlu jdejh

 

Għall-ħabta tal- 05:30 ta’ dalgħodu raġel ta’ 32 sena residenti l-Fgura kien qed jaħdem fuq magna tal-pressa u din qabditlu jdejh.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Aqra aktar

Drama f’Ħaż-Żebbuġ: raġel midrub

Illum għall-ħabta tad-08:45 seħħ argument fi Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ.

Żewġt irġiel, li huma ġirien, ġew fl-idejn wara li qam argument bejniethom.  Jidher li wieħed mill-irġiel li għandu 65 sena sofra xi ġrieħi u kif ra hekk ibnu ta’ 31 sena li kien ġewwa ħareġ barra b’ħadida f’idu.

Sussegwentement ir-raġel l-ieħor li għandu 51 sena u li kien involut fl-argument daħal fir-residenza tiegħu u allegatament reġa’ ħareġ barra b’arma tan-nar ippuntatha lejhom.

Aqra aktar

Send this to a friend