One News – Page 3477 – One News

One News

Notifiki

It-tbatija wara t-tbissima!

Fl-aħħar jiem innotajna bosta binjiet madwar il-pajjiż mdawwlin  blu, vjola, u aħdar; kuluri li jissimbolizzaw mard rari u li permezz tagħhom intweriet solidarjetà.

Proprju, il-blu jissimbolizza l-Myalgic Encephalomyelitis (ME)  u il-Chronic Fatigue Syndrome. Il-vjola jfakkar fil-Fibromyalgia u l-aħdar fil-Multiple Chemical Sensitivity.

Iżda lil’hinn mill-ilwien vivaċi, l-aktar li laqatna kien messaġġ fuq Facebook ta’ persuna milquta bl-ewwel kundizzjoni (ME).

Fil-jum dedikat għal Myalgic Encephalomyelitis, Denise Vella, li fil-jiem li ġejjin tagħlaq 25 sena, irrikorriet għal Facebook biex f’messaġġ qasir tfisser l-isfidi li kellha taffaċċja minn meta ħakmitha l-kundizzjoni.

Aqra aktar

L-Ukrajna tirbaħ il-Eurovision Song Contest

L-Ukrajna hija r-rebbieħa tal-Eurovision Song Contest. Bid-diska ‘1944’ hija l-kantanta Jamala r-rebbieħa. “I really want peace and love to everyone” qalet il-kantanta fl-ewwel kummenti tagħha.

Malta ġiet fit-tnax-il post meta ngħaddew il-voti tal-ġurija mal-voti tal-pubbliku li vvota bit-televoting. Fl-istadju tal-voti tal-ġurija, Malta kienet fir-raba’ post.

Ira ma tiddiżappuntax

Prestazzjoni mill-aqwa ta’ Ira Losco fil-Eurovision Song Contest. Ira ma ddiżappuntatx meta interpretat Walk On Water. Kienet it-22 diska, imma għall-Maltin Ira l-ewwel post.

Jiġri x’jiġri fis-sigħat li ġejjin, Ira tat wirja li għamlitna kburin.

 

#ONEIRA – live blog ma’ Dalli u Paula

paulaluke

Luke Dalli u Paula Cauchi jseksu fuq dak li qed jaraw u jisimgħu mill-palk ewlieni ta’ Stokkolma. Jaqsmu magħna ftit ħsibijiet intelliġenti u xi battuti umoristiċi dwar dak li jkun għaddej.

Tistenniex l-ovvju tal-Eurovision, għax jekk hu hekk aħjar tfittex il-profile ta’ Eileen Montesin fuq Facebook. Is-sabiħ magħna li taħt il-blog tista’ tgħid tiegħek int ukoll.

 

Tmiem ta’ kampjonati Ewropej

llum tliet klabbs oħra Ewropej ġew inkurunati ċampjins ta’ pajjiżhom.

Barċellona kellhom jistennew sal-aħħar ġurnata biex jiġu inkurunati ċampjins, b’rebħa ta’ 3-0 kontra Granada.

Juventus temmew l-impenji tagħhom fil-kampjonat Taljan b’rebħa ta’ 5-0 kontra Sampdoria.

Fil-Ġermanja kellna lil Bayern Munich jgħollu t-tazza wara rebħa ta’ 3-1 kontra Hannover 96.

Sliema rebbieħa tal-FA Trophy għall-21 darba

Illum ingħalaq is-separju tal-football Malti bejn Balzan Youths u Sliema Wanderers.

Dan huwa t-tieni l-ikbar unur fil-football ta’ pajjiżna. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ xejn b’xejn u wara li assistejna għall-ħin barrani, ir-riżultat baqa’ l-istess. Konsegwenza t’hekk il-logħba marret għal penalties.

Ir-riżultat tal-penalties kien: Balzan 4, Sliema 5.

Ritratt: Stephen Gatt, Kullħadd

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi

Raġel ta’ 32 sena residenti l-Imqabba kien qed isuq mutur meta tilef il-kontroll, skiddja u kellu impatt ma’ centre strip.

Dan seħħ għall-ħabta tat-15:15, hekk kif toħroġ mill-mini ta’ Ħal Kirkop.

Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

 

 

 

“Let’s be great” – Ira Losco

Dan hu li kitbet Ira Losco fuq Facebook ftit tal-minuti ilu, qabel tibda s-semi finali tal-Eurovision Song Contest. Perezz ta’ filmat qasir, esprimiet entużjażmu kbir.

Screen Shot 2016-05-14 at 19.22.25

“Jekk inwarrbu l-Musulmani tkun faċli għall-IS li jirreklutawhom”

Meta l-komunitajiet Ewropej jeskludu lill-Musulmani u jispiċċaw mingħajr impjieg u ħbieb, l-Istat Iżlamiku jaħtaf l-opportunità u juri li qed jissimpatizza magħhom.

Fi kliem Sarah Jayne Gilson, esperta dwar it-terroriżmu qalet ma’ one.com.mt li dawn iwegħduhom ħajja aħjar u joffrulhom impjieg li jħallas tajjeb. Isibuhom iddisprati tant li jispiċċaw jissieħbu magħhom għax ma jkollhomx alternattivi oħrajn.

Aqra aktar

Ira Stokkolma…id-Dalli u Paula fuq one.com.mt

Meta llejla l-maġġoranza tal-Maltin ikunu qed isegwu l-Eurovision fis-salott tad-dar jew f’xi pub, żgur mhux se jieqfu l-kummenti wara kull diska. Min tgħogbu u min le, min jikkritika x-xagħar u min jikkummenta dwar l-ilbies. Xi ħaġa fuq id-doni li jkun ta l-bambin ma jonqsux ukoll.

Aqra aktar

Send this to a friend