One News – Page 3476 – One News

One News

Notifiki

David Trezeguet mal-Juventini Maltin

David Trezeguet mal-Juventini Maltin David Trezeguet jinsab f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan ma’ partitarji Juventini Maltin. Ma’ Trezeguet hemm ukoll Luciano Moggi uffiċjal importanti tat-tim Juventin li l-partitarji Maltin iħobbuh ħafna wkoll.

Aqra aktar

Bormla tibki eks Sindku tagħha

Il-komunità Bormliża hija mnikkta bl-aħbar tal-mewt tal-eks Sindku tal-lokal Pawlu Muscat.

Muscat serva għal snin twal bħala Sindku f’din il-lokalita u fl-aħħar xhur kien qiegħed jissielet mal-marda tal-kanċer.

Aqra aktar

Il-Panama m’għadhiex ħażina…dibattitu mqanqal f’Arena

Noel Buttigieg Scicluna, opinjonist midħla tal-Partit Nazzjonalista, iddikjara li m’hemm xejn illegali li wieħed jiftaħ kumpanija il-Panama.

“M’hemm xejn ħażin jekk tkun iddikjarata,” qal Buttigieg Scicluna li għal ġimgħat sħaħ intuża mill-Partit Nazzjonalista biex isir attakk fuq il-Gvern u esponenti tiegħu. Buttigieg Scicluna għamel din id-dikjarazzjoni waqt il-programm Arena li se jixxandar illejla fuq ONE , jumejn wara li f’Panama Papers feġġew l-ismijiet ta’ diversi esponenti Nazzjonalisti.

Aqra aktar

Żewġ kelmiet li ħolqu skumdità

“Fantastically corrupt”. Kliem li qalhom il-Prim Ministru Ingliż David Cameron fil-konfront tan-Niġerja.

F’risposta l-President Niġerjan Muhammadu Buhari qal li m’hu se jitlob skuża lil ħadd. Huwa wieġeb ‘iva’ ċar u tond meta kien mistoqsi jekk pajjiżu huwiex korrott.

Cameron kien qed jitkellem mar-Reġina Eliżabetta t-Tieni, waqt summit internazzjonali kontra l-korruzzjoni,  meta ntsema’ jgħid dawn il-kliem. L-istess summit illum attenda għalih il-Prim Ministru Joseph Muscat.

“Qiegħed jgħid il-verità” qal Muhammadu Buhari “u jitkellem dwar dak li jaf hu”.

In-Niġerja tinsab fil-136 post minn 167 pajjiż fil-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni minn Transparency International.

 

AĠĠORNATA: Inċident f’Ħal Far

AĠĠORNATA

Jidher li l-inċident seħħ wara li sploda xi munizzjon f’wiċċ persuna u din ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura. Dan involut huwa raġel ta’ 33 sena minn Ħal Safi.

AKTAR KMIENI

Il-pulizija qed tinvestiga każ fejn persuna sfat midruba kawża ta’ sparatura f’Ħal Far. Jidher li l-każ seħħ għal ħabta tas-19.00 u l-ewwel indikazzjonijiet juru li ma kienx hemm persuni oħra involuti.

Għalhekk l-ewwel indikazzjonijiet huma li l-każ seta’ kien wieħed aċċidentali. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

 

 

Xadini, tigri u kukkudrilli madwar il-pajjiż

Il-liġi li tirregola l-annimali eżotiċi f’pajjiżna qed tagħti stampa aħjar ta’ x’hawn f’Malta u jidher li għall-gżira żgħira wieħed isib ferm iktar annimali eżotiċi milli mistenni.
Minbarra z-zoos reġistrati hemm mal-ħames kollezzjonisti b’iktar minn sebgħa annimali perikolużi taħt il-ħarsien tagħhom li flimkien għandhom ‘il fuq minn mitt annimal perikoluż.
Fil-maġġoranza tagħhom dawn irabbu speċi differenti ta’ iljuni, tigri u xadini. Dawn ik-kollezzjonisti jrabbu l-annimali fil-lokalitajiet ta’ Ħal-Farruġ, ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ u tnejn oħra jinsabu fis-Siġġiewi.

Aqra aktar

L-MCAST jassorbi rekord ta’ fondi Ewropej

 

Fl-aħħar tliet snin, il-Kulleġġ Malti Għall-Arti, ix-Xjenza, u t-Tekonoloġija assorba qrib id-disgħa u disgħin fil-mija tal-fondi Ewropej allokati għalih.

F’kummenti ma’ ONE News, il-Prinċipal tal-MCAST Stephen Cachia kkonferma din l-istatistika, waqt li spjega kif l-assorbiment tal-fondi Ewropej żdied b’mod konsiderevoli mill-2013 l’hawn.

B’hekk mill-programm ta’ fondi Ewropej li ntemm fl-2015, l-MCAST ibbenefika minn total ta’ 59 miljun ewro fi proġetti li kabbru l-Kulleġġ waqt li għollew il-profil tiegħu.

Aqra aktar

Ira eżatt wara l-ewwel rebħa

Tal-Wiwibloggs kienu korretti dwar Ira. Dawn jiddedikaw rwieħhom għal aħbarijiet dwar il-Eurovision Song Contest. Skont huma, Ira mhux talli kienet se tikkwalifika għas-semi-finali, talli hija fost l-aktar favorita f’poll li għalih ivvotaw 39,116 persuna.

Aqra aktar

Malta turi l-impenn tagħha dwar id-dimensja

Inizjattivi Maltin dwar id-dimensja qiegħdin ikunu rikonoxxuti b’mod internazzjonali. Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva kellha laqgħa bilaterali mad-direttur tad-Dipartiment tas-Saħħa Mentali u Abbuż ta’ Sustanzi għall-Organiżazzjoni dinjija tas-saħħa.
F’Amsterdam ltaqgħet ukoll ma Jean Georges, Direttur Eżekuttiv ta’ Alzheimer’s Europe, fejn saħqet dwar l-impenn li għandha Malta biex taħdem fil-qasam tad-dimensja.

Aqra aktar

“Arrigo għandu jiddikkjara b’liema interessi qed jitkellem issa”

“Ma jagħmel ebda ġieħ lil Robert Arrigo u lanqas lill-politika Maltija li biex jintrebaħ argument jintefgħu allegazzjonijiet fuq entitajiet non-governattivi li jgħinu lil Gvern sabiex Malta tibqa’ tikseb suċċess wara l-ieħor fil-qasam turistiku”
Kliem li ntqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Turiżmu, b’referenza għall-attakki li saru fuq l-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti mid-deputat tal-Oppożizzjoni Robert Arrigo. Dawn l-attakki saru lbieraħ waqt il-ħin tal-aġġornament fil-Parlament.

Send this to a friend