One News – Page 3475 – One News

One News

Notifiki

Jum il-Ħaddiem f’Malta meta mqabbel ma’ pajjiżi barranin

Pajjiżna jkompli jiddistingwi ruħu mill-kumplamet tal-Ewropa għax filwaqt li d-dimostrazzjoni f’Malta ta’ Jum il-Ħaddiem kienet iffukata fuq is-suċċessi ekonomiċi u l-ħidma li trid tkompli ssir biex il-ħaddiema jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, f’pajjiżi oħra, inkluż fl-Ewropa, il-ħaddiema qed jeħduha mal-awtoritajiet.

Diversi kienu l-ħaddiema, inkluż iż-żgħażagħ, li niżlu fit-toroq ta’ Pariġi u ħaduha mal-Pulizija, b’dawn tal-aħħar jirrispondu bil-gass tad-dmugħ.

Aqra aktar

35 tifel u tifla f’Malta waħedhom u jfittxu l-ażil

15-il tifel jew tifla mis-Sirja ġew Malta mhux akkumpanjati minn adult u kellhom applikazzjoni għall-ażil f’pajjiżna s-sena li għaddiet.

Ħamest’itfal oħra mill-Mali kienu fl-istess sitwazzjoni.

B’kollox f’Malta 35 minur applika għall-ażil is-sena li għaddiet iżda wasal Malta kompletament waħdu. Minn dawn, 94% kienu subien u 3% kellhom inqas minn 14-il sena.

Aqra aktar

Nitkellmu maċ-champion tad-dinja

Nathan Lee Xureb jinsab fis-seba’ sema wara li lbieraħ rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-isparar f’livell tal-Juniors. F’kummenti ma’ ONE NEWS sostna li rebħa f’kompetizzjoni bħal din tgħinu biex ikompli jħares il-quddiem għal iktar suċċessi.

“Ħassejtni ferħan ħafna għax din il-medalja lewn id-deheb tfisser li x-xogħol u s-sagrifiċċji li qed nagħmel qed iħallu l-frott. Kien ikkonfermat li ninsab fid-direzzjoni t-tajba”

Xuereb fil-Ġermanja għeleb sfida ta’ tiraturi minn madwar id-dinja.

“Il-kompetizzjoni kienet ħarxa ferm. Kien hemm tiraturi mill-Istati Uniti, l-Ingilterra, ir-Russja, l-Indja, l-Italja, il-Ġermanja u bosta pajjiżi oħra. Mela tista’ taħseb x’livell kien hemm,” qal it-tiratur żagħżugħ li diġa’ moħħu fil-kompetizzjonijiet li jmiss, f’Malta, l-Italja u San Marino.

“Is-saħħa lill-ħaddiem”

‘Agħti s-saħħa lil ħaddiem’ jgħid l-Innu Malti.  Għalhekk kien xieraq il-kant tal-folla mal-istess innu fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem. Ara l-filmat mill-isbaħ.

Aqra aktar

Dimostrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħaddiem li spiċċaw bil-gass tad-dmugħ

Pajjiżna jkompli jiddistingwi ruħu mill-kumplamet tal-Ewropa. Filwaqt li d-dimostrazzjoni f’Malta ta’ Jum il-Ħaddiem kienet waħda ffukata fuq is-suċċessi ekonomiċi u l-ħidma li trid tkompli ssir biex il-ħaddiema jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, ma jistax jingħad l-istess għal dak li seħħ f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej.

Dawn id-dimostrazzjonijiet, li bdew b’mod paċifiku, spiċċaw fi ġlied vjolenti mal-Pulizija li użaw l-ilma u l-gass tad-dmugħ.

Skont il-gazzetta Birgun, fit-Turkija, karozza tal-Pulizija qatlet raġel ta’ 57 sena f’Istanbul fejn ġew arrestati iżjed minn 200 demostrant f’Misraħ Taksim.

Aqra aktar

V18 imħassba dwar billboards politiċi

Il-fondazzjoni ta’ Valletta 2018 uriet tħassib għall-bill boards politiċi li hemm fil-foss ta’ San Ġakbu. Dawn qegħdin fid-daħla tal-Belt u jgħattu l-fortifikazzjoni ta’ San Gakbu.

Ic-chairman ta’ V18 Jason Micallef qal li l-fondazzjoni qed tiddefendi l-patrimonju nazzjonali . Żied jgħid li mhux aċċetabli li partit politiċi jagħmlu mill-belt kapitali tagħna hub ta’ billboards.

Aqra aktar

Edukazzjoni mużikali b’xejn għall-Maltin kollha

Edukazzjoni mużikali se tkun offruta għall-Maltin kollha b’xejn.  Dan għadu kemm tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata fost oħrajn mill-Prim Ministru Joseph Muscat  u l-Ministru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici.

It-tagħlim ser ikun possibbli permezz ta’ ftehim mal-kumpanija Franċiża Meludia. Din toffri pjattafroma online biex wieħed ikun jista’ jitgħallem. Mill-bieraħ, aċċess għal Meludia mill-Maltin sar bla ħlas – b’hekk il-popolazzjoni kollha għandha aċċess għall-edukazzjoni fejn tidħol il-mużika.

Aqra aktar

Kuntatt mal-aġent ta’ Dybala jikkonferma

Għidnilkom. Ma’ Dybala qed tinħema xi ħaġa li se ġġibu lejn pajjiżna sikwit. Saħansitra fuq il-facebook tiegħu il-kuntatt f’pajjiżna mal-aġent tal-plejer tella’ r-ritratt li ppubblikajna lbieraħ mal-President tar-Repubblika u qal li f’pajjiżn għadda jiem sbieħ.

“Li ma jintesewx,”  kiteb Di Lello li fl-imgħoddi lagħab f’Malta ma’ Birkirkara u Sliema.

Aqra aktar

Liquorish: tattoo permezz ta’ xewka u bastun bl-inka!

Tul il-ġimgħat one.com.mt se jkun qed jagħti ħarsa lejn l-aħħar aġġornamenti u kurżitajiet fuq l-avventura ta’ Liquorish li bħalissa qiegħda tixxandar kull nhar ta’ Tnejn fuq ONE.

Ġimgħa wara ġimgħa, Andrea Cassar qed tirrakonta l-esperjenza ta’ dawn it-12-il avventurużi, magħżulin fost ħafna applikanti li issa qed jgħixu avventura fil-pajjiż tal-Filippini; esperjenza li s’issa wriet kemm dan il-pajjiż huwa sinjur fil-kultura, ambjent u wżanzi tal-poplu tiegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend