One News – Page 3474 – One News

One News

Notifiki

Ħatra ġdida għall-Ministru Edward Scicluna

Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna nħatar Viċi Ċermen tal-Bord tal-Gvernaturi għall-perjodu 2016-2017. Scicluna serva f’din il-kariga bejn l-2014-2015.

Malta kellha l-ishma f’dan il-bank sa mill-bidu tat-twaqqif tiegħu, jiġifieri fl-1991. L-EBRD twaqqaf biex jagħti appoġġ lit-tranżizzjoni tas-swieq ekonomiċi u d-demokraziji wara l-waqa’ tal-ħakma komunista fil-Lvant tal-Ewropa.

Ir-relazzjoni ta’ Malta ma’ dan il-bank kompliet tissaħħaħ fl-aħħar snin hekk kif pajjiżna kompla juri appoġġ lill-EBRD f’perjodu meta dan ġedded il-mandat tiegħu fl-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani. 

Titħabbar il-mewt tal-eks-President tad-Dockers Union

Tħabbret il-mewt ta’ Joe Saliba, eks-President tal-Malta Dockers Union.  Huwa kellu 55 sena. Is-Sur Saliba kien l-ewwel President tal-Malta Dockers Union li ġiet imwaqqfa mill-Ħaddiema Licenzjati tax-Xatt f’Settembru tal-2006. Huwa serva wkoll għal diversi snin bħala shop steward tal-Ħaddiema tax-Xatt fit-Taqsima Marittima tal-GWU.

Aqra aktar

Meta l-ħajja tixħtek fl-art

Fl-aħħar sigħat il-fotografu bravu Reuben Piscopo ltaqa’ ma’ esperjenza li ħallietu jirrifletti sew dwar il-ħajja. Iltaqgħa ma’ raġel li tilef l-ommu u l-missieru u li ftit baqa’ jara skop għal ħajtu. Lil Reuben staqsejnih ftit mistoqsijiet.
Reuben, x’ġara eżatt x’ħin l-Erbgħa kont sejjer lura d-dar?
Jien u miexi lura d-dar, nara raġel mindud fuq il-bankina b’wiċċu ’l isfel. Mill-ewwel waqaft biex nara kif nista’ ngħinu. Dan bażikament tant kemm kien xurban li lanqas kellu saħħa jitkellem. Bl-għajnuna ta’ persuna oħra, irnexxielna nġibuh speċi ta’ bilqiegħda. Ċempilna ambulanza u spiċċajt waħdi miegħu. In-nies l-oħra kollha telqu imma jien bżajt inħallih waħdu fl-istat li kien u fi triq traffikuża.

L-istudenti jgħidu tagħhom dwar il-parkeġġ f’Malta

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi ltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti mis-sixth form ta’ St Martin’s College, li ressqu s-suġġerimenti tagħhom dwar is-sitwazzjoni tal-parkeġġ f’Malta.

Dawn l-istudenti ffurmaw kumpanija tal-Young Enterprise u jixtiequ jiżviluppaw skema fejn spazji quddiem garaxxijiet li jkunu vojta għal numru ta’ sigħat, bi qbil ma’ sid il-garaxx, ikunu jistgħu jiġu utilizzati minn terzi persuni wara li jirreġistraw fis-sistema.

Aqra aktar

Cameron jemfasizza punt ta’ Muscat

F’waħda mis-sessjonijiet tas-summit kontra l-koruzzjoni li qed isir f’Londra, il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron, emfasizza l-punt li għamel il-Prim Ministru Malti lbieraħ li sostna kif wieħed ma jistax jorbot b’mod awtomatiku s-servizzi finanzjarji man-negozju illeċtu.

Joseph Muscat ilbieraħ fakkar kif hawn pajjiżi u ġurisdizzjonijiet li huma miftuħa u koperattivi. Dan fid-dawl li fil-konferenzi qed ikunu kontinwi r-referenzi għal Panama Papers. Bis-summit huwa maħsub biex juri li l-koruzzjoni m’hemmx fejn tinħeba huma diversi l-mexxejja li qed jipparteċipaw fosthom is-Segretarju tal-Istati Uniti John Kerry.

L-Awtorità tal-Ippjanar bdiet tneħħi l-billboards illegali

L-Awtorità tal-Ippjanar bdiet tneħħi l-billboards illegali li ma ġewx imneħħija mis-sidien rispettivi wara l-iskadenza tad-data tal-5 Mejju, 2016.

L-Awtorità bdiet l-operazzjoni tagħha fuq żewġ toroq arterjali li jinkludu l-Bypass tal-Imrieħel u Triq Aldo Moro l-Marsa. Matul l-operazzjoni, l-Awtorità neħħiet, b’azzjoni diretta 12-il billboard illegali filwaqt li 19-il struttura illegali l-oħra li l-Awtorità kienet immirat wkoll li tneħħi minn dawn iż-żoni, ġew eventwalment imneħħija mis-sidien infushom. It-tneħħija ta’ dawn il-billboards qed titwettaq bi spejjeż tas-sidien rispettivi.

Aqra aktar

Neħħiet it-toga u impressjonat

Pia Muehlenbeck neħħiet it-toga tal-avukata u għarfet li l-immudellar u l-ibbloggjar huma d-dinja tagħha. F’temp ta’ tmintax-il xahar għamlet suċċess kbir tant li attirat ’il fuq minn 1.2 miljun segwaċi fuq l-Instagram.

“Inbiddlu ħafna affarjiet minn meta ggradwajt. Bdejt id-ditta tiegħi tal-ilbies sportiv, SLINKI Athletics, u bdejt intella’ diversi ritratti tiegħi fuq is-siti soċjali biex nirreklama l-prodotti.”

Aqra aktar

Iffirmat MOU bejn l-MCAST U l-ITS

Ftit tal-mumenti ilu kien iffirmat Memorandum of Understanding bejn l-MCAST u l-ITS, żewg istituzzjonijiet postsekondarji f’pajjiżna. Il-mira ewlenija tkun is-sinerġija f’korsijiet f’oqsma diversi li joffru ż-żewġ istituzzjonijiet.

Dan qiegħed isir fi proċess li qed jara l-ITS jikkonkludi partnership agreements ma’ diversi istituzzjonijiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali, fid-dawl li fis-snin li ġejjin, l-ITS se jimxi f’kampus ġdid fi Smart City. Dan huwa investiment ta’ xejn inqas minn €60 miljun.

Aqra aktar

Send this to a friend