One News – Page 3473 – One News

One News

Notifiki

“Ma bżajtx. Mhux biex nitkessaħ”

Wara preseason tajjeb, Raymond Mallia ħasiblu biex għall-aħħar logħhba tal-kampjonat Ingliż ikun Old Trafford biex jara lit-tim favorit tiegħu, il-Manchester United.

Meta xhur ilu qata’ l-biljett, kien għajnu mimlija li se jara lit-tim jgħolli xi tazza, iżda fil-verita’ lanqas il-logħba ma ra.

Mallia kien fost dawk li kellhom iħallu l-ground għax il-logħba ma saritx wara biża’ li kien hemm bomba. “Dħalna l-grawnd fost fost sigurtà kbira. Nitla’ kull sena u din id-darba rajt sigurtà iktar mis-soltu. Klieb, suldati, insomma minn kollox,” qal Mallia. Irrakkonta kif kienu ilhom mal-għaxar minuti fil-grawnd meta ra lill-goaler David De Gea dieħel mill-warm up f’ħin li għalih kien meqjus kmieni.

Aqra aktar

Nirien f’Santa Venera

Nirien ħakmu għalqa fi Triq il-Kanun, Santa Venera. Jidher li fl-għalqa kien hemm murtal. It-triq tinsab magħluqa għall-pubbliku, għaldaqstant huwa rakkomandat li l-pubbliku juża toroq alternattivi.

 

 

FITCH: Malta fost l-aktar esposti f’każ ta’ Brexit

Skont l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch, Malta tkun waħda mill-aktar pajjiżi ekonomikament esposti jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

F’analiżi dwar il-futur tar-Renju Unit, jingħad li l-aktar pajjiżi esposti huma l-Irlanda, Malta, il-Belġu, l-Olanda, Ċipru u l-Lussemburgu, li lkoll jesportaw prodotti u servizzi lejn ir-Renju Unit  li jammontaw għal mill-inqas 8% tal-Prodott Domestiku Gross.

Aqra aktar

Jistgħu jmorru l-MCAST bix-xorts

Studenti tal-MCAST jistgħu imorru l-kulleġġ bix-xorts. Sa ftit ilu wieħed ma setax jilbes ix-xorts u jattendi xi kors, lanqas fl-eqqel tas-Sajf. Iżda wara taħdidiet bejn għaqdiet tal-istudenti u l-MCAST, dan sar permessibbli.

Fi stqarrija kelliem għall- MCAST fakkar li dan jibqa’ kulleġġ, u li għalhekk wieħed għandu jmur liebes kif xieraq. Fisser ukoll li studenti m’għandhomx jidħlu f’workshops bix-xorts meta s-saħħa u s-sigurtà jkunu imminati.

Screen Shot 2016-05-16 at 21.47.01

 

18-il xahar ħabs oħra għal Duncan Buttigieg

Tmintax-il xahar ħabs għal raġel minn Ħal Għaxaq wara li wieġeb mhux ħati li ffroda €830. Vittmi ta’ dawn il-frodi hemm tmien persuni.

Duncan Buttigieg ta’ 32 sena huwa magħruf mal-Pulizija, tant li s-sena l-oħra ntbagħat 30 xahar ħabs wara li qarraq b’raġel u ħadlu l-flus għax qallu li jeħtieġ jagħmel operazzjoni. Barra minn hekk froda madwar €120,000 oħra, li għalihom weħel disa’ snin ħabs.

Jaqa’ u jweġġa’ waqt li kien qed jaħdem

Raġel ta’ 36 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ ħames piedi minn fuq scaffolding.  Huwa kien qed jaħdem fi Triq Salvu Privitera. Ir-raġel, li huwa Taljan u jgħix San Pawl il-Baħar, ittieħed l-isptar Mater Dei.

 

Weġġgħu bi traskuraġni

Raġel li nstab ħati li bi traskuraġni fis-sewqan ikkaġuna feriti gravi fuq persuna ingħata multa ta’ €800 u kellu l-liċenzja sospiża għal tmint t’ijiem.

Il-każ imur lura għal Novembru 2013 meta seħħ inċident fis-Swieqi. Is-sewwieq spjega kif kien qed jidlam meta kien qed isuq u ġie biex joħroġ minn triq fejn hemm dik magħrufa bħala ‘blind corner.’

Aqra aktar

Allegazzjoni serja kontra l-Kummissarju tal-Ippjanar

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar, David Pace, qiegħed jiffaċja l-akkuża li seta’ daħħal flus mill-professjoni ta’ perit fl-istess żmien li kien qed iservi f’din il-kariga kostituzzjonali.

Din hija xi ħaġa li mhix permessa u għalhekk Pace qed ikun mixli b’aġir mhux etiku u li jitfa’ dawl ikrah fuqu meta jokkupa kariga tant sensittiva.

Aqra aktar

Kumpanija li qiegħda tqarraq bin-nies

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) avżat lill-pubbliku dwar is-sit alphacmarkets.com li b’mod qarrieqi qed jgħid li Alphacmarkets Europe hija liċenzjata mill-MFSA.

Din l-entità qed tqarraq wkoll lill-pubbliku billi tuża l-isem kummerċjali ta’ kumpanija awtorizzata b’mod leġittimu mil-Financial Conduct Authority (Renju Unit). Għaldaqstant, l-MFSA wissiet lill-pubbliku, f’Malta u barra minn Malta, biex ma jidħlux f’negozju jew tranżazzjonijiet ma’ din l-entità.

 

Send this to a friend