One News – Page 3472 – One News

One News

Notifiki

Ira tkanta fit-22 post

Fil-finali ta’ għada Malta, Ira Losco se tkanta fit-22 post. Wara s-semi-finali tal-bieraħ, ħarġet l-ordni ta’ kif se jkantaw il-finalisti. Malta se tkun wara l-Ukraina u qabel Georgia. Il-Belġju se jiftaħ l-ispettaklu, u l-Armenja se tkun tal-aħħar.

Screen Shot 2016-05-13 at 07.34.48

Serena Williams timrad wara li dduq l-ikel tal-kelb

Il-kampjonessa tat-tennis Serena Williams mardet wara li provat idduq l-ikel tal-klieb. Dan għamlitu sigħat qabel irnexxiela tgħaddi mal-ewwel tmienja fl-Open fl-Italja.

Williams ammettiet li provat porzjon mill-ikel li kellu jkun għall-kelb tagħha Chip, qabel marret biex tirbaħ kontra l-Amerikana Christina McHale f’Ruma. Permezz ta’ vidjo fuq Snapchat qabel il-partita, spjegat li l-plat kien bit-tiġieġ u r-ross u li wieħed jista’ jordnah għall-klieb mill-lukanda li kienet fiha.

“Jidher tajjeb” qalet li ħasbet l-isportiva ta’ 34 sena. Madanakollu sigħat wara, mardet b’mod li, fi kliema, ħassitha se tmut.

Stqarret li temmen li għandu jkun hemm indikazzjoni li dan it-tip ta’ ikel mhux tajjeb għall-bniedem.

Screen Shot 2016-05-13 at 06.34.46

“Meta kont żgħir, ma kontx nitkellem” – il-pjanist li għamel ħoss b’Walk on Water

Ilbieraħ John Cutajar invada l-internet meta filmat tiegħu idoqq ‘Walk On Water’ fuq il-pjanu infirex f’kemm ilna ngħidu. Żgur li rajt imqar share wieħed tal-filmat li fih John jimpressjona bit-talent tiegħu. Imma dan John min hu?
 
Huwa tifel ta’ 15-il sena mill-Mellieħa, li jattendi l-iskola Santu Wistin. Il-pjanu tagħlimulu Suor Beniamina – evidenti li qiegħda tagħmel xogħol tajjeb.  “Il-passjoni tiegħi hija l-mużika” jgħidilna John. “Min dejjem kienet għal qalbi u nixtieq inkompli fuqha.”
John jaħsadna meta jgħidilna “Jien meta kont zgħir, ma kontx nitkellem.”

Aqra aktar

Blu, vjola u aħdar

Blu, vjola u aħdar iddominaw il-faċċati ta’ binjiet f’Malta u Għawdex. Kuluri li jirrappreżentaw mard rari u li permezz tagħhom intweriet solidarjetà.
F’Malta nxtegħlu l-binja li tospita s-Segretarjat Parlamentari reaponsabbli mill-Kunsilli Lokali, il-Palazz tal-President u tal-Kunsill Lokali tal-Imsida.  F’Għawdex kuluri vivaċi għattew il-Ministeru għal Għawdex, il-Banca Giuratale u l-funtana ta’ tliet għoljiet.

Aqra aktar

XEJN OUT OF STOCK…Min jifhem imeri lil Busuttil

Ma teżisti ebda mediċina out of stock fis-sistema tas-saħħa pubblika. Iddikjara dan Karl Farrugia, Kap Eżekuttiv tas-CPSU minn fejn jinxtraw u jinħażnu l-mediċini. B’hekk Farrugia ġab ukoll fix-xejn dikjarazzjonijiet li saru fl-aħħar sigħat mill-midja tal-Partit Nazzjonalista li reġgħu vvintaw stejjer dwar mediċini li skont huma suppost qegħdin out of stock.

Karl Farrugia spjegalna kif iż-żewg mediċini li ssemmew fin-Nazzjon, Atenolol għall-pressjoni u Atrovastatin tal-kolesterol qatt ma kienu out of stock u baqgħu jingħataw mill-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek.

Aqra aktar

Tisbiħ fil-Fekruna

Il-Ministru tat-Transport u l-Infrastruttura Joe Mizzi inawgura proġett ta’ tisbieħ fil-bajja tal-Fekruna.

L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett kienet tikkonsisti fit-tneħħija u tħammil tal-materjal l-antik biex isiru passaġġi u aċċessi ġodda. Ix-xogħlijiet jinkorporaw il-parti ta’ fuq u l-parti t’isfel li tmiss mal-baħar, fejn l-għan prinċipali kien li jkun hemm aċċess aħjar u fl-istess ħin isir it-tisbiħ meħtieġ.

Aqra aktar

Satira jew bad taste?

Kienu bosta dawk li rreaġixxew għar-ritratt li qiegħed idur fuq is-sit soċjali b’ritratt ta’ Chiara Siracusa u fuqu l-kliem “Dak l-għaġeb kollu għax Ira tqila, Mela jien kont ħafifa jew?”

Filwaqt li kien hemm dawk li interpretawh f’sens umoristiku, oħrajn oġġezzjonaw għal dan il-kliem dispreġjattiv u qal li “sirna pajjiż bil-valuri f’miżbla,” b’persuna oħra tgħid li “mhemmx għalfejn tweġġa’ lil ħaddieħor biex tidħaq.”

Aqra aktar

Trezeguet fil-ġmiel ta’ Sant Anġlu

Il-Franċiż, David Trezeguet, eksplejer tat-tim nazzjonali Franċiż u Juventus llum ittieħed iżur il-ġmiel ta’ Forti Sant Anġlu fil-Birgu. Akkumpanjat mill-uffiċjali ta’ Juventus Club DOC Vero Amore Trezeguet iddawwar ma’ dan il-forti mill-isbaħ li ftit tax-xhur ilu laqa’ fih għadd kbir ta’ mexxeja minn madwar id-dinja wara li tlesta r-restawr fih. Bħalma jagħmel kull min iżur dawn iż-żoni l-istilla tal-futbol deher jammira l-ġmiel tal-Port il-Kbir, filwaqt li kien attent ħafna għall-ispjegazzjoni li tawh l-uffiċjali ta’ Heritage Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend