One News – Page 3470 – One News

One News

Notifiki

Kummerċ ta’ €358.7M bejn Malta u Franza

Franza tibqa’ wieħed mill-pajjiżi ewlenin li għandhom negozju ma’ Malta. Skond statistika tad-dwana Franċiża u l-Ministeru ta’ l-Ekonomija, l-esportazzjoni Franċiża lejn Malta żdiedet b’16% bejn l-2014 u l-2015 (€358.7 M) filwaqt li l-importazzjoni Franċiża minn Malta żdiedet b’2% (€172.8 M).

L-iżjed setturi dinamiċi fil-qasam ta’ negozju bejn iż-żewġ pajjiżi huma dgħajjes, ICT u prodotti teknoloġiċi kif ukoll strumenti ottiċi, prodotti farmaċewtiċi, ikel, xorb u vetturi.

Aqra aktar

Emirates iżżid l-ispazju fuq ir-rotta ta’ Malta bl-ajruplan Boeing 777

 

Emirates ser iżżid il-kapaċità li ġġorr aktar passiġġieri fuq is-servizz tagħha lejn Malta bl-introduzzjoni ta’ ajruplan ikbar tat-tip Boeing 777-300.  Emirates se tibda topera b’dan il-Boeing 777 mill-1 ta’ Ġunju 2016.

L-ajruplan Boeing 777-300 se jieħu post l-ajruplan tat-tip Airbus A340-300 li qed jintuża bħalissa fuq din ir-rotta, u se joffri lill-klijenti saħansitra iktar kumdità abbord u iktar għażla ta’ divertiment. L-ajruplan il-ġdid joffri 12-il lie flat seat fl-Ewwel Klassi, u 42 post fil-Klassi tan-Negozju. Minħabba li hu ajruplan ikbar, jesa’ 310 post spazjuż fil-Klassi Ekonomija.

Is-Soċjalisti Ewropej jużaw lil Malta bħala eżempju

Fil-jum internazzjonali kontra l-omofobija u transofobija, il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej uża lil Malta bħala eżempju ta’ kif għandu jsir il-progress f’dan il-qasam.

“Malta b’mod partikolari qed tmexxi b’mod eżemplari kif kien ikkonfermat minn ILGA Europe. Fi tliet snin il-gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat bidel il-liġijiet biex jipproteġi n-nies mill-omofobija u t-transofobija,” jgħidu s-Soċjalisti Ewropej filwaqt li jimmarkaw il-kisbiet ewlenin li saru.

Aqra aktar

Nutar itella’ kont ta’ iżjed minn €400,000

Nutar kien ikkundannat iħallas djun ta’ madwar €408,000. Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Joseph R. Micallef, qalet li n-Nutar Anthony Cachia ma baqax iħalas wara li waqqaf il-kuntratt mal-Banif Bank u telaq minn Malta.

In-Nutar kien issellef €50,000 mingħand il-bank fl-2012 u €345,000 fis-sena ta’ wara. Iżda l-ftehim li sar biex iħallas ir-rati ta’ self ma baqax jinżamm, għaldaqstant il-Bank ma kellux triq oħra ħlief li jiftaħ kawża l-Qorti biex jiġbor flusu lura.

Konferma mill-Caritas: il-politika tal-Gvern qed tagħmel differenza

Fl-aħħar rapport ta’ riċerka tagħha, l-Caritas tikkonferma li pajjiżna ra tnaqqis fost dawk f’riskju ta’ faqar is-sena li għaddiet.

Ir-rapport “A Minimum Essential Budget for a Decent Living” jinnota li l-baġit annwali li hemm bżonn sabiex familji jgħixu ħajja diċenti huwa €11,445.99. Familji b’paga minima u li qed igawdu minn tapering ta’ benefiċċji (li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol mingħajr ma jinqatawlhom benefiċċji millewwel) qedin jilħqu dan l-ammont u jissuperawh, bi dħul medju jkun €13,524.68. 

Aqra aktar

Fl-2014: 60% tat-turisti Maltin ibbukkjaw it-titjiriet onlajn

Ftit inqas minn 60% tal-Maltin li siefru fl-2014 ibbukkjaw it-titjiriet tagħhom onlajn. Minn statistika ppubblikata mill-Eurostat ħareġ li ftit iżjed minn żewġ terzi (67%) tat-titjiriet li saru minn turisti tal-Unjoni Ewropea kienu bbukkjati onlajn.

Filwaqt li l-Fillandiżi (90%) u l-Olandiżi (81%) kienu l-aktar ċittadini Ewropej li bbukkjaw it-titjiriet tagħhom onlajn, ir-Rumeni (23%) u l-Islovakki (27%) kienu fost l-inqas li għamlu dan.

Aqra aktar

€25,000 miġbura għall-Fondazzjoni Inspire

Ix-xahar li għadda, EuRA – the European Relocation Association organizzat il-konferenza annwali tagħha f’Malta, fejn inġabru €25, 000 għall-Fondazzjoni Inspire.

EuRA ġiet iffurmata fl-1998 bil-għan li tippromwovi l-benefiċċji ta’ servizzi ta’ rilokazzjoni u mobilità amministrati b’mod professjonali għal kumpaniji li għandhom impjegati madwar id-dinja.

Aqra aktar

L-MDA mħassba dwar it-tender tal-ITS

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) hi mħassba dwar il-mod kif sar il-proċess tas-sejħa għal offerti biex ikun żviluppat is-sit tal-ITS fil-Bajja ta’ San Ġorġ.

Filwaqt li l-MDA tiddikjara li mhix kontra l-proġett propost mis-Sea Bank Group, l-MDA hi mħassba minħabba nuqqasijiet li jidher li kien hemm fil-proċess tas-sejħa għat-tender.

Dan it-tender, fil-fatt, kien effettivament aktar jixbah sejħa għal proposti (RFP) milli tender u jidher li kien hemm konfużjoni dwar dan fl-istess dokument tat-tender. L-MDA tistenna li meta toħroġ tender ta’ dan it-tip, il-Gvern għandu jipprepara minn qabel Development Brief biex kulħadd ikun jaf b’mod ċar x’jista’ jinbena fuq sit speċifiku.

Aqra aktar

Corinthia Hotels b’lukanda ġdida fil-qalba ta’ Brussell

Corinthia Hotels ħabbret li xtrat Hotel Astria fiċ-ċentru ta’ Brussell bil-għan li tittrasformaha fl-aqwa lukanda tal-kapitali Belġjana.

Huwa ppjanat li din il-binja, li tmur lura għall-1909 u li ilha vakanti għal dawn l-aħħar għaxar snin, se tissejjaħ ‘Corinthia Grand Hotel Astoria’. Jekk kollox jimxi skont il-pjan, il-lukanda mistennija tiftaħ il-bibien tagħha fl-2019 u se jkollha 121 kamra.

Iċ-ċermen tal-Corinthia, Alfred Pisani, qal li l-għan aħħari huwa li wieħed jagħmel din il-lukanda l-aqwa waħda fi Brussell. S’issa l-Corinthia għandha disa’ lukandi f’pajjiżi differenti.

Tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fl-ajruport

Sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu waqt li kien għaddej minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa, qaċċat il-fence u baqa’ dieħel fl-ajruport.

Ir-raġel, ta’ 30 sena minn Ħaż Żebbuġ, kien qed isuq karozza tat-tip Citroen c2. Huwa ttieħed minn fuq il-post b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Aqra aktar

Send this to a friend