One News – Page 3469 – One News

One News

Notifiki

“Il-kontribuzzjoni ambjentali trid titħallas mit-turist mhux mill-operat”

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kamra tal-Kummerċ, il-Ministru Edward Zammit Lewis irrimarka li l-introduzzjoni tal-kontribuzzjoni ambjentali ġiet imħabbra fil-Baġit tal-Gvern f’Ottubru tas-sena l-oħra u minn dak iż-żmien ’il quddiem il-Ministeru għat-Turiżmu ħadem qatigħ ħalli, fl-implimentazzjoni ta’ din il-kontribuzzjoni, l-interess ta’ kull settur turistiku jiġi mħares waqt li jiġi aċċertat li din titħallas mit-turist u mhux mill-operatur.

Sadanittant, kien biss tliet ġimgħat ilu li l-Kamra tal-Kummerċ talbet laqgħa fuq is-suġġett, liema talba ġiet aċċettata mill-ewwel.

Aqra aktar

Reazzjoni għar-rapport tal-Caritas

Kull m’hemm jiddependi fuq il-Gvern fejn jidħlu familji, wieħed jinnota tnaqqis sostanzjali fin-nefqa għalihom. Dan innotaħ il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, meta rreaġixxa għar-rapport il ħaġet il-Caritas illum.

Innota wkoll tnaqqis fit-taxxa tad-dħul u inizjattivi bħall-in-work benefit li qed jagħtu riżultati tanġibbli. Infatti l-Caritas ikkonferma li pajjiżna ra tnaqqis fost dawk f’riskju ta’ faqar is-sena li għaddiet.

Aqra aktar

‘Bezuzu’ jipprova magħmul mhux tas-soltu

F’każ mhux tas-soltu, Għawdxi meqjus bħala saħħar ma nstabx ħati li wettaq magħmul b’figura ta’ dimonju li għandu 3,000 sena ta’ storja. Il-każ ġara f’Ottubru ta’ sentejn ilu meta Mario Cardona mir-Rabat, Għawdex kien tqabbad minn Carol Milroy biex jagħmel magħmul fuq mara oħra li żewġha kien tradiha magħha.

Fil-Qorti nstema’ kif Cardona tħallas mat-€3,000 biex iwettaq dan il-magħmul permezz tal-figura tax-xitan li kien magħruf bħala Bezuzu. Skont dak allegat, il-magħmul kellu jgħaqqad jerġa’ lill-koppja Milroy.

Aqra aktar

Tella’ l-bandiera tal-IS tliet ġimgħat qabel l-attakki

Is-suspettat tal-attakki f’Pariġi Salah Abdeslam ippostja l-bandiera tal-Istat Iżlamiku fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook tliet ġimgħat qabel l-attakki.

Dan intqal mill-website Belġjana RTBF, li żiedet tgħid li l-awtoritajiet kienu konxji b’dan iżda ma ħadu l-ebda passi fil-konfront t’ Abdeslam.

Militanti tal-Istat Iżlamiku wettqu attakki bil-bombi u bil-pistoli f’diversi postijiet fit-tlettax ta’ Novembru f’Pariġi. B’kollox mietu mija u tletin persuna u ndarbu għexieren oħra.

Aqra aktar

Novella dwar mara li trid tirriffjuta l-brutalità umana … tirbaħ Man Brooker

The Vegetarian, novella dwar mara li trid tirrifjuta l-brutalità umana u li waqfet milli tiekol laħam, rebaħ il-premju internazzjonali Man Booker ta’ dis-sena.

Il-ktieb kien tradott minn Deborah Smith, li bdiet tgħallem lilha nnifisha l-Korean fl-elfejn u għaxra.

Iċ-ċermen tal-ġurija Boyd Tonkin qal li x-xogħol tal-awtriċi Koreana Han Kang kien bla dubju b’saħħtu u oriġinali.

Il-kittieba u t-tradutriċi Ingliża se jaqsmu l-premju bejniethom ta’ ħamsin elf sterlina.

Smith, li sal-età ta’ 21 sena kienet titkellem biss bl-Ingliż, iddeċidiet li ssir traduttur meta lestiet id-degree fil-letteratura Ingliża wara li nnutat in-nuqqas ta’ tradutturi tal-lingwi Ingliż u Korean.

 

Nirien f’għalqa viċin il-Powerstation

Nirien ħakmu għalqa viċin il-Powerstation tal-Marsa. Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Membri tal- Protezzjoni Ċivili minħabba l-biża’ li n-nirien jinfirxu lejn l-powerstation u l-fabbriki li hemm fil-qrib.

Ritratt: Stefan Borg.

Żgur li ma jieħux gost il-boyfriend jekk nerġa’ nipparteċipa – Ira Losco

F’laqgħa li kellha mal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-kantanta Ira Losco rringrazzjat lil dawk kollha li tawha l-appoġġ u meta mitluba tikkummenta jekk terġax tipparteċipa fil-Eurovision qalet li għadu kmieni wisq iżda ma eskludietx li tista’ terġa’ tipparteċipa. Fuq nota umoristika hija rrimarkat li żgur ma jieħux gost il-boyfriend jekk terġa’ tipparteċipa.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru feraħ lill-kantanta Ira Losco u lit-tim kollu li ħadem bis-sħiħ għal dan l-avvenmiment. Fi kliemu dan iservi ta’ vetrina għall-pajjiżna filwaqt li faħħar il-messaġġ b’saħħtu li ħareġ favur l-ugwaljanza. Huwa jħares ’il quddiem għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla.

 

Marlene Farrugia b’ċensura kontra l-Prim Ministru

Il-mozzjoni ta’ sfiduċja li ressqet id-Deputat Parlamentari Marlene Farrugia fil-konfront taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ma kinitx ammissibbli.

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia kkonferma dan meta kien kkuntattjat minn one.com.mt u spjega li ladarba Schembri mhux Membru Parlamentari, ma tistax titressaq mozzjoni kontra tiegħu iżda kontra l-Ministru respnsabbli minnu, f’dan il-każ, il-Prim Ministru.

Kien għalhekk li Farrugia kellha temenda l-mozzjoni tagħha u talbet ċensura fil-konfront tal-Prim Ministru, Joseph Muscat.

Tonio jħares fit-tul mingħajr ma ħares fil-viċin

Jidher li l-Partit Nazzjonalista weħel waħda sew fit-traffiku. Dan għaliex mhux biss dam seba’ xhur biex waslu l-proposti short term, iżda dak li suppost qed iħejji l-proposti long term qal li lanqas biss ra l-proposti short term.

Mistoqsi dwar uħud mill-proposti fir-rapport li żvela one.com.mt Tonio Fenech, qal li ma rahomx. Iżda, Tonio Fenech mhux talli suppost daħal fihom talli issa huwa l-bniedem li għandu jagħti s-soluzzjonijiet long term.

Aqra aktar

Send this to a friend