One News – Page 3323 – One News

One News

Notifiki

Aktar sajjetti

Madwar 90 persuna tilfu ħajjithom f’ erba’ stati tal-Indja hekk kif Monsoon laqat il-pajjiż u ikkawża ħsara estensiva.

Is-segretarju prinċipali tal-Bihar, Vyas Ji, spjega kif is-sajjetti huma komuni matul Monsoon, iżda saħaq li matul din is-sena raw żieda sostanzjali.

Aqra aktar

Minn raġel fl-armata għal raġel armat

Minn suldat fl-armata għal mudell. 
Mariano Farrugia għadu kemm rebaħ it-tieni post fil-kategorija ‘mudelli’ fil-Miamo Pro European Championships f’Londra. Kiseb ukoll it-tielet post bħala ‘fitness model’ fil-kategorija tiegħu, u żewġ PRO cards, li se jippermettulu jikkompeti f’kompetizzjonijiet bi ħlas. Is-sodisfazzjon kien doppju, għaliex klijent ta’ Mariano, Steve Camilleri, kiseb it-tielet post bħala mudell u wkoll ingħata PRO card.

Aqra aktar

L-Awtorità tal-Ippjanar bi qligħ għall-ewwel darba wara disa’ snin

L-Awtorità tal-Ippjanar, għall-ewwel darba f’9 snin se tkun qed tagħmel qligħ u taqta’ mill-kotba telf ta’ €1.6 miljun li saru mill-MEPA fl-2014 u €1.9 miljun li saru fl-2015. Il-MEPA kienet tingħata s-somma ta’ €3.9 miljun fis-sena bħala għajnuna mill-Gvern.

Meta kienet qed tagħlaq id-dibattitu biex l-Kamra tapprova l-Estimi tal-Awtorità tal-Ippjanar għll-2016, is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri ħabbret li d-dħul din is-sena se jiżdied minn €12.9 miljun s-sena l-oħra għal €14-il miljun, minkejja li għal din is-sena mhux se tingħata għajnuna mill-Gvern.

Aqra aktar

Paceville: ebda applikazzjoni barra l-pjan lokali mhi se tkun proċessata

 

L-ebda applikazzjoni li llum ma taqax taħt il-pjan lokali eżisteni mhi se tiġi proċessata mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel ma jiġi konkluż pjan lokali parzjali ġdid u master plan għall-inħawi ta’ Paceville.

Dan ħabbru l-Ministru Edward Zammit Lewis meta kien qed iwieġeb lid-deputat indipendenti Marlene Farrugia waqt laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.

Farrugia staqsiet meta se tiġi diskussa l-mozzjoni tagħha dwar moratorium dwar proġetti kbar. Il-Gvern qal li, għalkemm ma jaqbilx mal-mozzjoni kif inhija imfassla, hemm punti li hemm konverġenza dwarhom, li bħalissa qed jiġu indirizzati permezz tal-ħidma tal-Gvern stess u tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Aqra aktar

Futur mhux magħruf

Nhar il-Ħamis li ġej ir-Renju Unit ser ikollhu referendum importanti ħafna li ser jiddetermina jibqax membru fl-Unjoni Ewropea jew le.

X’ser ikun qed jiddeċiedi l-vot ta’ BREXIT?

Il-mistoqsija hija sempliċi: Ir-Renju Unit għandu jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea jew le?

Il-Membri Parlamentari Ingliżi li huma favur li r-Renju Unit jibqa’ membru tal- Unjoni Ewropea spjegaw li jekk il-vot ikun favur, se jiżguraw li jżommu kemm jista’ jkun ftehim stabbli mal-Unjoni. Il-ftehim jinkludi  l-kunċett ta’  suq ħieles, moviment ħieles ta’ persuni u  kontroll tal-immigrazzjoni.Aqra aktar

Binja ġdida għall-Aġenzija tal-Pagamenti Rurali

Ġiet inawgurata l-binja l-ġdida tal-Aġenzija tal-Pagamenti Rurali, b’investiment ta’ madwar miljun ewro. Dan huwa pass ieħor importanti fit-twettiq tal-Politika Agrikola Komuni.

L-aġenzija hija responsabbli direttament mal-Unjoni Ewropea għal ħlasijiet tal-fondi Ewropej li jirrigwardjaw l-miżuri kollha tal-bdiewa, bl-ogħla livell ta’ governanza tajba meħtieġa.

Aqra aktar

Trid tkun taf meta se tmut?

Nafu fiċ-ċert li l-mewt huwa inevittabli, li ma nafux huwa meta se nmutu. Iżda riċerkaturi qalu li hemm l-possibilita’ li nkunu nafu minn qabel.

Huma spjegaw kif esperimenti kixfu fażi ġdida tal-ħajja li tbassar li l-mewt ikun viċin. Minkejja li dan l-esperiment sar fuq l-insetti, huma spjegaw kif il-bniedem jista’ jesperjenza wkoll.

Aqra aktar

Send this to a friend