One News – Page 3316 – One News

One News

Notifiki

Malta b’roħs ikbar fil-prezzijiet tal-enerġija

Il-prezzijiet tal-enerġija f’pajjiżna, partikolarment fjuwil u elettriku, roħsu ferm iktar minn kemm roħsu dawk fl-Unjoni Ewropea. Dan jikkonfermah dan statistiċi tal-Kummissjoni Ewropea li juru kif filwaqt li f’dan ix-xahar roħsu l-prezzijiet tal-fjuwil f’Malta, żdiedu dawk fl-Unjoni Ewropea.

Il-prezzijiet tal-enerġija għolew u qed jibqgħu jogħlew, bil-kumitat tar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li din hija xi ħaga ta’ tħassib.

Aqra aktar

Bl-istess kriminali ‘canvassers’ t’Austin Gatt

Meta Simon Busuttil u Jason Azzopardi kienu deħlin il-Qorti, mhux biss iddawru b’eks pulizija u partitarji nazzjonalisti rashom sħuna.

Iżda kellhom magħhom ukoll uħud mill-istess persuni b’rekord kriminali li kienu jdawru lill-eks Ministru Austin Gatt. L-istess nies li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kienu jgħassu d-Dar Ċentrali u li ma kienux ħallew jidħlu fl-istamperija persuni li kienu akkumpanjaw lil Jeffrey Pullicino Orlando, dak iż-żmien deputat Nazzjonalista.

Fosthom Tonio Zampa, Belti b’kondotta xejn sabiħa. Fost oħrajn iffaċja akkużi b’rabta ma’ traffikar ta’ droga u deher il-Qorti akkużat li attakka Pulizija. Zampa jaf sew lil Ernest Tonna, dak li Jason Azzopardi kien tah garaxx bi pjaċir meta kien responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Il-preżenza ta’ dawn in-nies, magħrufa wkoll bħala ‘bullijiet’, tixhed kif il-Partit Nazzjonalista kien lest għal kollox minbarra l-kalma. Tant li l-ewwel wieħed li agredixxa l-ġurnalisti ta’ ONE ma kien ħadd għajr missier wieħed mix-xufiera ta’ Simon Busuttil.

Quddiem il-Qorti, Dominic Attard magħruf bħala l-Gidi, għamel għall-ġurnalisti ta’ ONE, b’Simon Busuttil ma juri ebda dizaprovazzjoni u jidħol il-ġewwa. Minbarra l-persuni ta’ kondotta xejn tajba, imbagħad spikkaw ukoll dawk li mit-taxxi tal-poplu tħallsu l-mijiet tal-eluf t’ewro f’konsulenzi jew kuntratti u li għad hemm dettalji dwarhom li jridu joħorġu.

Libell ieħor minn Konrad Mizzi

Il-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi fetaħ it-tielet minn sensiela ta’ libelli wara rapporti qarrieqa fil-konfront tiegħu.

Illum fetah libell lil The Malta Indpendent li rrapportaw li hu ma kienx qal li hu persuna esposta politikament meta fetah it-trust tal-familja.

Mizzi ċaħad kategorikament u spjega kif bħala parti minn proċess ta’ due diligence hu kien irregistrat dan.

“L-artiklu f’The Malta Independent huwa falz,” qal Mizzi. Il-Ministru Konrad Mizzi fetah libelli ukoll lil The Times u l-Vici-Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

“Nisimgħu, nixtarru, naġixxu”

Dan huwa Gvern li dawwar paġna totalment ġdida f’ pajjiżna. Gvern li jħoss il-polz tal-poplu u jaġixxi. Hekk sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Arena.

Il-Prim Ministru qal “aħna ġejna eletti biex inkunu differnti u ħa nkomplu nkunu differnti, bit-timing li nagħzlu aħna bis-sitema li nagħzlu aħna, wara li nixtarru l-fatti, l-affarijiet kif inhuma, x’jaħsbu n-nies, l-impresjoni li għandhom in-nies u dik se tkun id-differenza li se tidher f’din il-leġislatura u kif alla jrid il-legislatura ta’ wara ”Dan għal kuntrarju tal-attiduni li kien imdorri biha l-pajjiż, meta l-Gvern kien jinjora l-leħen tal-poplu.

Aqra aktar

“Onorat li qed naħdem f’moviment t’għaqda għall-pajjiżi”- Konrad Mizzi

Hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa kompliet titlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, kien imiss lil Ministru Konrad Mizzi jagħmel l-ewwel diskors uffiċjali tiegħu bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.

F’diskors ċar u sod, Konrad Mizzi qal li b’serenità se jkompli jaħdem għall-interessi taċ-ċittadini filwaqt li joqgħod għal kull deċiżjoni li l-Prim Ministru jħoss li hija l-aħjar triq għal pajjiż.

“Onorat li qed naħdem f’moviment t’għaqda għall-pajjiżi.” Hekk beda l-ewwel diskors uffiċjali tiegħu bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, il-Ministru Konrad Mizzi waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista li qed titlaqqa’ fi tmiem din il-ġimgħa. Aqra aktar

Akkużi fil-vojt minn Kristy Debono

Investigazzjoni mitluba mill-Bank of Valletta ġabet fix-xejn allegazzjonijiet tad-deputat Nazzjonalista, Kristy Debono, li fil-Parlament ipprovat titfa’ dubju dwar self mill-bank.

Fil-Parlament, Kristy Debono qalet li semgħet li l-BOV qed ikun imħegġġeġ isellef ammonti sostanzjali ta’ flus lil individwi li għandhom rabtiet ma’ nies u kumpaniji ta’ poter.

Allegat ukoll il-bank kien qed jagħmel dan mingħajr is-sorveljanza jew l-approvazzjoni meħtiega.

Fi ftit kliem għamlet akkużi iktar serji li jistgħu jagħmlu ħsara lill bank. Qalet li l-BOV qed japprova s-self ta’ammont kbir ta’ flus ibbażat fuq konoxxenza, u mhux mertu.

Aqra aktar

Żieda fl-impjiegi kollha fis-settur privat

Iż-żieda fl-impjiegi bejn Ottubru tas-sena 2014 u Ottubru 2105 kienet iġġenerata kollha mis-settur privat.

F’dan il-perjodu kien hemm żieda ta’ 6,700 impjieg fil-privat, filwaqt li b’mod globali kien hemm tnaqqis fis-settur pubbliku. Anke jekk fl-istess ħin komplew jiżdiedu dawk jaħdmu fis-setturi tal-edukazzjoni u s-saħħa.

Aqra aktar

Nazzjonalisti jattakkaw bid-diżabilita’

Ma kienux biss il-ġuralisti ta’ ONE news li kienu fil-mira ta’ attakki vjolenti tal-partitarji Nazzjonalisti. Matthew Chetchuti, żgħażugħ b’diżabilità safa’ fil-mira t’attakki verbali abużivi għax kien barra l-qorti f’ dimostrazzjoni mal-Forum Zgħazagħ Laburisti. 

F’dan is-servizz ONE news għandu l-kummenti ta’ Matthew Chectuti u tal-President tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’.

 

Żieda ta’ €4.3 miljun fl-istipendji

Fl-2014 il-Gvern alloka żieda fl-istipendji ta’ aktar minn erbgha miljun u tlett mitt elf ewro. Dan meta mqabbel mal-aħħar sena ta’ budget propost minn Gvern Nazzjonalista. In-nefqa tal-Gvern għall-istipendji fis-2014 kienet ta’ aktar minn 27 miljun ewro. 

Dan meta n-nefqa ta’ budgets minn Gvern preċedenti għall-istipendji bejn is-sena 2010 u s-sena 2013 kienet bejn 21 miljun ewro u nofs, u inqas minn 23 miljun ewro. 

Iż-żieda fin-nefqa għall-istipendji hija frott ta’ diversi miżuri li daħħal il-Gvern bil-għan li jinċentiva aktar studenti jkomplu jistudjaw. Mill-ewwel budget preżentat mill-Gvern, l-istudenti bdew jieħdu żieda fl-istipendji tagħhom pro-rata għall-għoli tal-ħajja. 

Aqra aktar

Ażil: reviżjoni fis-sistema ta’ talbiet

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret numru ta’ proposti ġodda għal riforma fis-sistema ta’ talbiet għall-ażil li jużaw pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Dan b’reazzjoni għall-kriżi tal-immigrazzjoni, speċjalment fid-dawl tad-diffikultajiet li ilhom iħabbtu wiċċhom magħhom pajjiżi bħall-Greċja u l-Italja. Pajjiżi li jkollhom jilqgħu eluf ta’ persuni li jaslu mil-Lvant Nofsani u mill-Afrika.

Il-Kummissjoni identifikat ħames oqsma ta’ prijorita’, fejn is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil għandha titjieb.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni, Dimitris Avramopoulos, wiegħed is-support tiegħu. Fost il-proposti hemm dik li l-Unjoni Ewropea jkollha sistema bbażata skont kemm il-pajjiż partikolari jkun jiflah jilqa’ persuni.

Send this to a friend