One News – Page 3131 – One News

One News

Notifiki

Papa Franġisku rikonoxxut għas-servizz tiegħu lejn Ewropa magħquda

Il-Papa Franġisku ngħata l-Premju Charlemagne għas-servizz tiegħu lejn Ewropa magħquda.

Quddiem udjenza mdaqqsa, li fosthom kien hemm il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-Papa saħaq li huwa joħlom li jara l-Ewropa bħala post fejn wieħed ikun immigrant ma tkunx xi ħaġa ta’ skrutinju, u li l-Ewropa tibqa’ tippromovi u tipproteġi d-drittijiet ta’ kull individwu, irrelevanti minn fejn hu ġej.Aqra aktar

Jidher li telaq il-kowt ta’ Ira!

Telaq il-kowt ta’ Ira u minflok, fil-prova ta’ llum, rajna libsa lewn id-deheb ferm iktar imqaċċta.

 

Fuq is-sit uffiċjali tal-Eurovision Song Contest, dawn kienu l-kummenti:

Screen Shot 2016-05-06 at 18.21.58

Ix-Xatt ta’ Pinto fl-aqwa tiegħu

Tliet cruise liners, mijjiet ta’ turisti u ħaddiema jogħrku jdejhom għax għandhom iċ-ċans idawru ewro tajba meta għadu biss Mejju. Din l-atmosfera fix-Xatt ta’ Pinto f’jum fejn kien ikkonfermat kemm il-Port il-Kbir qed jiġbed lejh saħħa ta’ turisti. Fil-filmat nitkellmu ma’ wħud minnhom u napprezzaw l-atmosfera.

Il-Qorti laqgħet mandat tal-GWU kontra l-Freeport

Il-Qorti Ċivili fil-Prim Awla llum laqghet talba tal-GWU għal mandat kontra l-Management tal-Malta Freeport Terminals biex twaqqfu milli b’xi mod jinnegozja mal-UHM. Dan il-mandat ta’ inibizzjoni huwa marbut mal-kwistjoni eżistenti dwar għarfien trejdunjonistiku fil-Freeport.

Aqra aktar

Akkużat li abbuża lil bintu

Raġel qed jinżamm taħt arrest fuq akkużi li pparteċipa f’attivitajiet sesswali, u kkorrompa lil bintu ta’ tmien snin li tbati bid-Down Syndrome.

Il-Pulizija saħqu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia li l-Aġenzija Appoġġ għaddiet informazzjoni dwar każ t’abbuż ta’ tifla. L-Investigazzjonijiet bdew wara li sar rapport ukoll mill-iskola li tattendi l-istess tifla.

Aqra aktar

Spalla oħra għall-vittmi tal-alkoħol u d-droga

Ftit tal-mumenti ilu ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u Caritas Malta biex jidħlu fis-seħħ numru ta’ servizzi fis-settur tal-kura u rijabilitazzjoni mill-alkoħol u d-droga u dipendenzi oħra.

Dan il-ftehim se jkun qiegħed jiġi ffirmat għat-tliet snin li ġejjin fejn bis-saħħa ta’ dan il-Public Social Partnership se jkun imsaħħaħ ix-xogħol u l-kooperazzjoni bejn il-Caritas u l-Gvern.

Aqra aktar

L-awtorità tal-ippjanar tinforza

Komplew l-azzjonijiet tal-infurzar minn naħa tal-awtorità tal-ippjanar.

Dalgħodu ħadet azzjoni diretta f’barriera f’żona magħrufa bħala x-Xagħra tal-Lunzjata fil-limiti tar-Rabat. Dan wara li sid il-barriera naqas milli joqgħod għall-istruzzjoni tal-awtorità li jieqaf jitfa’ l-materjal u jwettaq attivitajiet oħra bħal skavar mingħajr permess.

Aqra aktar

Send this to a friend