One News – Page 3130 – One News

One News

Notifiki

Busuttil b’attakk fuq l-istituzzjonijiet

Fid-diskors tiegħu fil-Każin Nazzjonalista ta’ Raħal Ġdid Simon Busuttil infexx f’attakk sfrenat lejn l-istituzzjonijiet kollha b’ mod partikolari lejn il-Korp tal-Pulizija. Busuttil iddeskriva lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija huma pupazzi, u prova jqajjem diversi dubji dwar l-integrita’ tal-Korp tal-Pulizija.

Huwa kompla b’attakk fuq l-Aġent Kummissarju ġdid Lawrence Cutajar fejn huwa ddeskrivih bħala bniedem mhux kapaċi u mhux serju.

Aqra aktar

Aġġornat: Solidarjetà ma’ Kristy Debono

Huwa Jum l-Omm partikolari għall-Membru Parlamentari Kristy Debono, għal raġunijiet ħżiena. Hija ddeskriviet att vandalu fuq il-vetturi tagħha u ta’ żewġha magħtul il-lejl li għadda.

Fuq Facebook Debono qalet li dawn l-attakki ma jwasslu għal imkien.

Aqra aktar

Jisplodi tank tal-gass f’Buġibba

 

Żewġ persuni spiċċaw l-isptar wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar instemgħet splużjoni f’appartament f’Buġibba, fi Triq il-Ħalel.

Jidher li dan irriżulta biex fil-kċina tal-appartament żviluppa nar li kkawża ġrieħi lil żewġ persuni. In-nar ġie kkontrollat mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili filwqat li l-midruba ttieħdu l-isptrar għall-kura minnufih.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Rirtatti: Kelly Peplow

 

“Bl-istandards ta’ Simon Busuttil, Tonio Fenech għandu jirriżenja mill-Parlament”

B’referenza għall-istorja ppubblikata llum dwar l-eksMinistru tal-Finanzi Tonio Fenech, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bl-istandards politiċi li qed jipprova jbella’ Simon Busuttil, Fenech għandu jirriżenja mill-Parlament.

Muscat spjega kif Tonio Fenech, fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għamel lista’ ta’ kumpaniji iżda ma qalx x’inhuma. Ħareġ ukoll li huwa ċ-ċermen ta’ kumpanija li hija fully-owned minn kumpanija oħra tal-British Virigin Islands – l-istess sistema li wasslet biex kien hemm Ministru Spanjol jirriżenja.

B’reazzjoni għal dan, l-eksMinistru Fenech qal li mhu qed jagħmel xejn illegali.

Muscat qal li llum qed niskopru wkoll li Fenech huwa Segretarju ta’ kumpanija li xogħolha tiftaħ it-trusts f’pajjiżi oħra.

Aqra aktar

“Ġurnata speċjali għall-ommijiet kollha… iżda l-istint tal-maternità jinsab f’kull mara”

Hija ġurnata speċjali għall-ommijiet kollha iżda tajjeb li nfakkru li l-istint tal-maternità tinsab f’kull mara. Hekk stqarret il-Ministru Helena Dalli fi żjara li għamlet fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun flimkien mal-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Sojċali Michael Farrugia fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.

Matul din iż-żjara tqassmu diversi rigali lin-nisa li jgħixu f’din ir-residenza.

Nirien kbar jippersistu fil-Kanada

Nirien kbar qed ikomplu jaħkmu il-provinċja t’Alberta fil-Kanada, tant li anke inxterdu fi provinċja oħra, dik ta’ Saskatchewan.

L-arja sħuna u r-riħ qawwi qed ixejnu l-isforzi tal-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li qed jippruvaw jitfu n nirien.

Uffiċjali qalu li nirien bhal dawn huma komuni u fil-passat gieli damu ghaddejja ix-xhur.
Kawża tan-nirien mat-tmenin elf persuna kellhom jigu evakwati mill-belt ta’ Fort McMurray filwaqt li eluf ohra jinsabu maqbuda fit-tramunta tar-regjun.

Aqra aktar

Stefan Zrinzo Azzopardi jħabbar il-kandidatura tiegħu għal Deputat Mexxej

Stefan Zrinzo Azzopardi, l-eksPresident tal-Partit Laburista, ħabbar il-kandidatura tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.

In-nomini għall-kariga ta’ Deputat Mexxej jinfetħu nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, u jagħlqu t-Tlieta 10 ta’ Mejju. L-elezzjoni ssir bejn il-Ħamis 9 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju, u f’każ ta’ ħtieġa s-Sibt 11 ta’ Ġunju.

Il-Kummissjoni elettorali tal-Partit Laburista ser tkun qed tirregola u tikkordina l-proċess elettorali.

Send this to a friend