One News – Page 3126 – One News

One News

Notifiki

Kburi li ħadem kontra Malta fuq l-IIP

L-ewroparlamentari u kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista fi Brussell David Casa ftaħar li jieħu pożizzjonijiet kontra Malta fil-Parlament Ewropew. Waqt il-programm Xarabank, David Casa qal li l-kampanja tiegħu kontra l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment kien għamilha b’wiċċu minn quddiem.

“Għedt jien li fuq iċ-ċittadinanza ma rridx ngħin lill-Gvern Malti…..għedtha bid-dikjarar”, qal l-ewroparlamentari nazzjonalista.

Aqra aktar

X’qed jgħid sieħeb Ira?

Sean Gravina, sieħeb Ira Losco, stqarr ma’ ONE li jifhem li meta tkun taħt il-lenti tal-pubbliku, tkun trid tagħmel ċertu spjegazzjonijiet dwar il-ħajja personali. Iżda jgħid li t-tqala ta’ Ira ħabtet f’mument delikat ħafna, u għalhekk damu ma kkonfermaw l-aħbar.

Aqra aktar

Wild ieħor għal Miriam Dalli

Nistgħu nikkonfermaw li Miriam Dalli kellha tarbija l-bieraħ filgħaxija.

Kane Vella  twieled Brussell u kemm iċ-ċkejken kif ukoll il-Membru Ewro Parlamentari Maltija jinsabu tajbin. Dan huwa it-tieni iben ta’ Miriam Dalli, li diġa’ hija omm ta’ tifel ieħor bl-isem ta’ Jack, li għandu sentejn u disa’ xhur u li jidher fir-ritratt ta’ fuq.

Nawguraw mill-qalb lil Miriam Dalli u l-familja tagħha!

Screen Shot 2016-05-09 at 17.19.50

 

Invenzjoni dwar inkjesta mill-HSBC…Schembri b’libell

Sar libell dwar rapporti minn The Malta Independent li jinvolvu liċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Rapporti li qalu li fl-HSBC għaddeja investigazzjoni b’rabta ma’ dokument frodulenti li jinvolvi l-Kasco Ltd. li tagħha s-sid huwa l-istess Schembri.

F’dawn ir-rapporti, li oriġinaw mis-sit ta’ Daphne Caruana Galizia, jissemma wkoll Malcolm Scerri, is-Segretarju tal-Kasco Ltd.

Aqra aktar

Deċiżjonijiet li jsewwu parti mill-inġustizzji li saru mal-Pulizija fl-imgħoddi

Tkompli issir ġustizzja ma’ dawk li sofrew inġustizzji fuq il-post tax-xogħol tagħhom fl-imgħoddi, din id-darba ma’ dawk li offrew is-servizzi tagħhom fil-Pulizija.

Dalgħodu f’ċerimonja qasira li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, għaxar Pulizija ircevew il-ħatra l-ġdida tagħhom wara li ġew mogħtija l-promozzjonijiet mistħoqqa lilhom.

Aqra aktar

Akkużat b’pussess ta’ 800 pillola

 

Tomislav Hegedus minn Ħ’ Attard tressaq il-qorti akkużat b’ pussess aggravat ta’ ecstasy u kokaina f’ ammonti li ma jindikawx li kienu għall-użu personali tiegħu.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena kien arrestat f’ Pembroke is-Sibt li għadda fejn fil-karozza tiegħu instabu 767 pillola esctacy, 18-il gramma kokaina u ammont zgħir ta’ kannabis.

Aqra aktar

Xehdet falz bil-biża’

Maria Louise Pearson ammettiet quddiem il-qorti li lura fl-2013 xehdet falz f’ każ li fih kien involut is-sieħeb tagħha. Dan għax beżgħet minnu.

Dak iż-żmien l-eks sieħeb tagħha, Massimo Bonello, kien akkużat li fl-2008 tajjar mara hu u jsuq karozza tal-linja b’ mod negliġenti f’ San Pawl il-Baħar. Hu kien illiberat minn kull akkuża wara li numru ta’ xhieda, fosthom Pearson stess, qalu li l-mara qasmet mingħajr ma ħarset u li s-sewwieq ma kienx għaddej b’ veloċità eċċessiva.

Aqra aktar

Jekk Simon Busuttil irid ikun kredibbli, Tonio Fenech għandu jirriżenja

Bl-istandards li jipprietka tant dwarhom il-Kap tal-Oppożizzjoni, Tonio Fenech għandu jirrizenja immedjatament. Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru Owen Bonnici u d-Deputat Laburista Silvio Schembri.

Owen Bonnici fakkar kif għal numru ta’ ġimgħat konna nisimgħu mill-Kap tal-Oppożizzjoni li jekk ikollok kumpanija offshore f’ġurisdizzjonijiet bħal British Virgin Islands u Jersey dik hija korruzzjoni, u għalkemm jien ma nemminx li jekk isir dan dik hija korruzzjoni, issokta jgħid Dr Bonnici, bl-istandards ta’ Simon Busuttil allura Tonio Fenech għandu jirrizenja.

Aqra aktar

Justin Timberlake fil-Eurovision!

Il-kantant Justin Timberlake se jkun qed jipparteċipa bħala mistieden fil-Eurovision Song Contest. Din l-aħbar ħarġet fuq is-sit uffiċjali tal-konkors.

Timberlake se jkanta fil-finali, nhar l-14 ta’ Mejju li ġej. Forsi naraw xi ritratt tiegħu ma Ira!

Screen Shot 2016-05-09 at 15.37.04

Send this to a friend