One News – Page 3121 – One News

One News

Notifiki

L-Awtorità tal-Ippjanar bdiet tneħħi l-billboards illegali

L-Awtorità tal-Ippjanar bdiet tneħħi l-billboards illegali li ma ġewx imneħħija mis-sidien rispettivi wara l-iskadenza tad-data tal-5 Mejju, 2016.

L-Awtorità bdiet l-operazzjoni tagħha fuq żewġ toroq arterjali li jinkludu l-Bypass tal-Imrieħel u Triq Aldo Moro l-Marsa. Matul l-operazzjoni, l-Awtorità neħħiet, b’azzjoni diretta 12-il billboard illegali filwaqt li 19-il struttura illegali l-oħra li l-Awtorità kienet immirat wkoll li tneħħi minn dawn iż-żoni, ġew eventwalment imneħħija mis-sidien infushom. It-tneħħija ta’ dawn il-billboards qed titwettaq bi spejjeż tas-sidien rispettivi.

Aqra aktar

Neħħiet it-toga u impressjonat

Pia Muehlenbeck neħħiet it-toga tal-avukata u għarfet li l-immudellar u l-ibbloggjar huma d-dinja tagħha. F’temp ta’ tmintax-il xahar għamlet suċċess kbir tant li attirat ’il fuq minn 1.2 miljun segwaċi fuq l-Instagram.

“Inbiddlu ħafna affarjiet minn meta ggradwajt. Bdejt id-ditta tiegħi tal-ilbies sportiv, SLINKI Athletics, u bdejt intella’ diversi ritratti tiegħi fuq is-siti soċjali biex nirreklama l-prodotti.”

Aqra aktar

Iffirmat MOU bejn l-MCAST U l-ITS

Ftit tal-mumenti ilu kien iffirmat Memorandum of Understanding bejn l-MCAST u l-ITS, żewg istituzzjonijiet postsekondarji f’pajjiżna. Il-mira ewlenija tkun is-sinerġija f’korsijiet f’oqsma diversi li joffru ż-żewġ istituzzjonijiet.

Dan qiegħed isir fi proċess li qed jara l-ITS jikkonkludi partnership agreements ma’ diversi istituzzjonijiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali, fid-dawl li fis-snin li ġejjin, l-ITS se jimxi f’kampus ġdid fi Smart City. Dan huwa investiment ta’ xejn inqas minn €60 miljun.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru b’laqgħat f’Londra

Il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat, beda l-impenji tiegħu f’Londra kmieni b’laqgħa informali mal-Prim Ministri tal-Bulgarija u tal-Georgia.

It-tlieta kellhom diskussjoni informali dwar diversi oqsma fil-qasam Ewropew. Il-laqgħa saret qabel il-kolazzjon uffiċjali li se jsir mal-Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron qabel jibda l-Anti-Corruption Summit li qed jiġbor flimkien mexxejja dinjin li qed jitkellmu soluzzjonijiet globali dwar il-problema tal-korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

Tqala minn kull erbgħa jispiċċaw f’abort

Huwa stmat li tqala minn kull erba’ jispiċċaw f’abort. Dan ħareġ minn studju li sar mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u Guttmacher Institute.

‘The Lancent’, ġurnal mediku Ingliż jgħid li f’sena jsiru madwar 56 miljun abort, ċifra ferm akbar milli wieħed kien jaħseb.

Xjentisti jgħidu li n-numru tal-abort tela’ minn 50 miljun fis-sena bejn l-1990 u l-1994, għal 56 miljun bejn l-2010 u l-2014. L-ikbar żidiet kienu nnutati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ġie nnutat li f’żoni meqjusin bħala sinjuri, ir-rata tal-abort niżlet għal minn 25 għal 14, minn kull 1,000 mara.

Aqra aktar

SEGWI DIRETT: Is-summit kontra l-koruzzjoni f’Londra

Mexxejja minn madwar id-dinja qed jiltaqgħu f’Londra f’summit kontra l-koruzzjoni. Għal dan is-summit li qed isir fl-isfond tal-pubblikazzjoni ta’ Panama Papers qed jattendi wkoll il-Prim Ministru, Joseph Muscat, li lbieraħ esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li seta’ kien hemm iktar mexxejja li attendew għal dan is-summit.

“Stajt bagħat lil xi ħaddieħor, iżda jiena niġi hawn u niffaċja r-realtà,” qal il-Prim Ministru li fisser id-deċiżjonijiet li kellu jieħu u l-bidliet li ħa pajjiżna biex tkun miġġielda l-koruzzjoni. Tant li fl-aħħar indiċi ta’ Transparency International dwar is-suġġett Malta avvanzat diversi postijiet. Is-summit se jkun dirett hawn, inkluż id-diskors tal-Prim Ministru Malti.

Aqra aktar

Il-Greċja teħtieġ ħelsien sostanzjali mill-piżijiet tad-djun – Alfred Sant

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ salvataġġ għall-Greċja propost miż-żona ewro qed jittieħed ’il bogħod wisq fil-miżuri ta’ awsterità li qed ikompli jimponi fuq il-poplu Grieg. Dawn il-miżuri se jkomplu jgħattnu l-ekonomija u l-poplu tal-Greċja. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu waqt id-dibattitu dwar in-negozjati dwar il-programm ta’ aġġustamenti għall-Greċja fil-presenza tal-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi Pierre Moscovici.

Aqra aktar

It-trailer ta’ Assassin’s Creed – jidhru xeni mill-kapitali Maltija

Fl-aħħar sigħat ġie żvelat it-trailer ta’ Assassins’s Creed, liema wħud mix-xeni niġbdu fi-kapitali ta’ Malti.

Dan il-film, bil-parteċipazzjoni ta’ Michael Fassbender, huwa bbażżat fuq il-logħba u mistenni jibda jintwera fiċ-ċinema f’Diċembru ta’ din is-sena.

Fassbender huwa magħruf għall-karattri li interpreta f’Shame, 12 years a slave u Macbeth.

Aqra aktar

Jitla’ l-ilma fl-Imsida

Xena li ssoltu narawha fl-eqqel tax-xitwa u mhux meta bdiet nieżla sħana u l-ajru kollu sħab ‘tal-ħamrija’.

Pero’ jidher sforz il-pressjoni baxxa fl-ajru, tela’ l-ilma mix-xatt tal-Imsida fit-triq, b’riżultat li l-ilma ħareġ għal ġot-triq u saħansitra beda jfur mit-tappieri. L-iktar li kien hemm ilma kien qrib il-Knisja tal-Imsida.

Aqra aktar

Il-Brażil fuq ix-xwiek

Is-senat tal-Brażil jiddibatti jekk il-President Dilma Rousseff għandhiex tgħaddi minn proċess sħiħ ta’ impeachment. Jekk il-maġġoranza sempliċi tivvota favur, kif inhu mistenni, Rousseff tkun sospia awtomatikament.

Aqra aktar

Send this to a friend