One News – Page 3044 – One News

One News

Notifiki

Twitter se jinbidel

Int tuża Twitter?

Jekk iva, jinteressak tkun taf li se jinbidlu wħud mir-regoli. Fost oħrajn membri se jkunu jistgħu jżidu l-kontenut ta’ tweets tagħhom biex jinkludu stampi u filmati, mingħajr ma jużaw mill-limitu ta’ 140 ittra jew simbolu għal kull tweet.

Meta wieħed jikteb @ u jżid isem, dan mhux se jkun jgħodd mal-ammont ta’ ittri jew simboli.

Min juża twitter se jkun jista’ jerġa’ jagħmel tweet tiegħu nnifsu u jżid kummentarju ġdid.

Aqra aktar

BirdLife tinsisti li l-Gvern ma semax minn fatti xjentifiċi

BirdLife Malta qalu li l-Gvern ma semax mill-fatti xjentifiċi u s’issa ma tax widen għall-appelli biex iwaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa.

Innotaw pero, li wara li nhar is-Sibt tkellmet il- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) – li jidher li se jkun qed jieħu azzjoni u japplika l-moratorju fuq il-kaċċa f’dan l-istaġun.
Aqra aktar

Nirien f’fabbrika f’Bulebel

Il-fabbrika li qabdet jisimha SKAT LTD, tipproduċi prodotti tat-tindif. Fuq il-post hemm numru ta’ fire engines. Minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post jidher li l-operazzjoni ta’ tifi tan-nar mistennija tieħu fit-tul hekk kif jidher li kien kimika li nxerdet mal-fabbrika. Il-ħsarat jidhru li huma estensivi.

Fil-ħin tal-inċident ma kien hemm ħadd fil-fabbrika iżda bħala prekawzjoni kellhom jiġu evakwati l-ħaddiema ta’ żewġ fabbriki li jinsabu fl-istess akkwata.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dawn in-nirien.

Aktar qabel: Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsab fiż-żona Industrijali ta’ Bulebel jitfi nirien li ħakmu f’waħda mill-fabbriki.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Aqra aktar

Nisa Laburisti b’rakkomandazzjonijiet dwar l-att ta’ koabitazzjoni

NL- Nisa Laburisti issottomettiet għaxar rakkomandazzjonijiet fil-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-Att biex jirregola l-koabitazzjonijiet dikjarati u dawk reġistrati.

“Huwa pass pożittiv immens illi qed jiġi propost dan l-Abbozz ta’ Liġi li b’mod effettiv,  jindirizza xenarji  legali li sa issa tħallew fil-għama u mhux regolati. Tentattiv simili kien sar minn amministrazzjoni preċendenti, pero dan l-abbozz  kif propost jitratta aktar fil-profond din ir-realtà,” qalet Nisa Laburisti.

Aqra aktar

BLA KUMMENT: Żdied il-faqar? X’faqar?

Fl-aħħar ġimgħat id-deputati tal-Partit Nazzjonalista għamlu dikjarazzjoni waħda wara l-oħra li żdied il-faqar. Iżda, fid-dawl li fir-rapport ma stajna nsibu mkien dikjarazzjoni bħal din morna quddiem il-Parlament u tlabna lid-deputati nazzjonalisti nfushom jgħidulna b’mod preċiż minn fejn jirriżulta dan. It-tweġibiet, jew nuqqas tagħhom, fil-filmat.

Aqra aktar

Terġa’ tibda tinbena l-gallarija tal-Barracuda

Fl-aħħar sigħat bdew xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-gallarija tar-ristorant Barracuda, f’San Ġiljan li ġġarfet nhar it-Tnejn li għadda. F’dan l-inċident indarbu tmien persuni ta’ nazzjonalità barranija.

Fuq il-post kien hemm diversi inġenji tal-baħar biex ikunu jistgħu jneħħu l-istruttura l-antika wara li ġarbet ħsarat estensivi.

Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali. Min-naħa tagħhom is-sidien għamlu inkjesta separata biex jiġi stabbilit x’wassal biex il-gallarija ċċedi għal isfel.

Tal-linja b’differenza!

Fiċ-Ċina jitnieda ‘Transit Elevated Bus’ (TEB) mudell innovattiv ta’ transport pubbliku. Din l-invenzjoni Ċiniża tippreżenta struttura fejn il-passiġġieri jitpoġġew bilqiegħda f’kompartament li jgħaddi minn fuq vetturi oħra. Dan it-tip ta’ il-mudell għandu l-għan li jitulizza aħjar it-triq.

Fi kliem id-disinjaturi, it-TEB għandu potenjzali li jġorr 1,200 passiġġier f’daqqa. L-ispejjeż ta’ din l-infrastruttura mistennija jlaħħqu l-20% tal-ispejjeż involuti biex tinbena subway. Il-proġett pilota mistenni jibda f’nofs din is-sena.Aqra aktar

Żewġ Libjani mfittxija b’rabta ma’ qtil ta’ Kolumbjan

Zyad Mohammed Drebeka u Ahmed Rasem Franko, żewġ persuni ta’ nazzjonalità Libjana ta’ 23 u 29 sena rispettivament, qegħdin jiġu mfittxija mill-Pulizija b’konnessjoni mal-mewt ta’ Kolumbjan wara argument li seħħ nhar il-Ħamis, 19 ta’ Mejju, f’stabbiliment f’Paceville.

Kull mingħandu tagħrif jista’ jikkuntattja l-Pulizija fuq 119/21224001 jew 22942435.

Galoppin ta’ Simon ħati mill-ġdid

Carmel Mangion, magħruf bħala ż-Żubina, ngħata sentenza ta’ erba’ xhur priġunerija flikien ma’ multa ta’ €5,000.

L-istess Żubina  kien fost dawk fil-folla li dawwret lil Simon Busuttil quddiem il-Qorti meta ġurnalisti tagħna sfaw imsawta. Huwa wkoll bniedem li fl-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista jidher jieħu ritratti u saħansitra jintlaqa’ bil-kbir mill-membri tal-grupp parlamentari.

Iż-Żubina kien akkużat li sellef b’mod illegali lil ċartu Marvin Mckay u li hedded li se juża l-vjolenza kontrih, jew inkella kontra l-propjetà tiegħu.

Aqra aktar

Aġġornat: Żewġ karozzi tal-linja u taksi involuti f’inċident tat-traffiku

12.45: F’dan il-każ weġġgħu erba’ persuni – xufier ta’ karozza tal-linja ta’ 68 sena mill-Imsida u tliet passiġġiera nisa; Koreana ta’ 34 sena, u żewġ Amerikani ta’ 59 u 60 sena.

It-taksi kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 25 sena minn Ħaż-Żabbar u l-karozza tal-linja l-oħra kienet misjuqa minn Taljan ta’ 43 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija, il-Malta Public Transport qalet li qed tikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet.

Aktar qabel: Fi Triq it-Torri tas-Sliema seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi tal-linja u taksi. Infurmati li ttieħdu żewġ persuni l-isptar. It-triq tinsab magħluqa u l-Pulizija qed tiddevvja t-traffiku.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Send this to a friend