One News – Page 30 – One News

One News

Notifiki

Ragel u mara arrestati wara allegat bejgħ tad-droga minn garaxx fil-Marsa

Raġel u mara ġew arrestati fuq akkużi relatati ma’ pussess ta’ oġġetti relatati mal-abbuż tad-droga proprja tard ilbieraħ filgħaxija.

Kien wara jiem ta’ osservazzjoni fuq garaxx fi Triq Prince Albert, il-Marsa, il-pulizija bdiet sorveljanza fuq sid il-garaxx, raġel ta’ 30 sena mill-Marsa, minn fejn allegatament kien qiegħed ibigħ id-droga.

Aqra aktar

Għoxrin sena ta’ storja tal-Partit Laburista fil-festival tal-ktieb

L-Istorja tal-Partit Laburista huwa volum ġdid dwar għoxrin sena, bejn l-1940 u l-1960, li wasslu għall-ewwel Gvern Laburista f’Malta u l-bidu tal-ġlieda għall-Indipendenza mill-Gvern Brittaniku fis-snin ħamsin.

Dan il-ktieb minn serje, hu riċerkat u miktub minn Francis Galea fejn se jkun imniedi waqt l-edizzjoni virtwali tal-Festival tal-Ktieb bejn il-11-15 ta’ Novembru.

Aqra aktar

Il-President George Vella bi żjara fl-Uffiċċju tal-Ombudsman

Il-President ta’ Malta George Vella appella biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati sabiex, fejn hu possibbli, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman jiġu implimentati. Waqt żjara li għamel lill-Uffiċċju tal-Ombudsman fil-Belt Valletta, huwa wissa li, jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ma jiġux rispettati mill-awtoritajiet u mid-dipartimenti li jiġu kkritikati minnu jew li jiġi rrakkomandat lilhom li jibdlu d-deċiżjonijiet tagħhom, dan iwassal biex tibda tisfaxxa s-saħħa ta’ dan l-Uffiċċju tant importanti għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt.Aqra aktar

Send this to a friend