One News – Page 2934 – One News

One News

Awguri Eliżabetta!

Minkejja li propju llum jagħlaq 95 sena l-Prinċep Philip,l-familja rjali qed tiċċelebra għeluq id-90 sena tar-Reġina Eliżabetta II!

Il-familja rjali, kif ukoll ħafna politiċi u dinjitarji, llum attendew ċerimonja fil-Katidral ta’ San Pawl sabiex jonoraw għeluq id- 90 sena tar-Reġina. Dan l-avveniment beda ċ- ċelebrazzjonijiet li jonoraw lir-reġina, ġewwa l-Ingilterra. Il-Gran Duka ta’ Edinburgh akkumpanja lir-Reġina Elizabetta II waqt din iċ-ċerimonja. Il-prinċep Charles u martu Camilla, id- Dukessa ta’ Cornwall, kienu prezenti wkoll.

F’dawn l-avvenimenti bla dubju jispikka l-ilbies lussuz tal-familja rjali. Ir-reġina Elizabetta għazlet ilbies isfar filwaqt li rajna lid-Dukessa Camilla u d-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton bi ħwejjeġ ċelesti.

camille

kate

Avukat Taljan li f’Malta donnu sab il-ġenna

“Messi ġejt hawn ħafna qabel” – jirrakkonta Taljan ta’ 40 sena li sab ruħu hawn Malta.

Domenico Pagano gradwat fil-liġi u jirrakkonta li ddeċieda jagħlaq negozju li fetaħ u jiġi f’pajjiżna jaħdem fil-qasam ta’ kontra l-ħasil ta’ flus.

Aqra aktar

Towst kollha kuluri li żżidlek il-kuntentizza

‘X’ħin kiltu ħassni kuntenta.’

‘Differenti – sħabi bdew jgħiru naqra xħin għedtilhom.’

Din kienet ir-reazzjoni ta’ wħud li kielu towst partikolari f’Hong Kong u li ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta. Towst tal-qawsalla – hekk qed isejħulu! Dan għax huwa ikkulurit permezz tal-ġobon li jintuża – ġobon togħma ta’ ħabaq, tadam u saħansitra lavanda, li jtiħ lewn differenti.

Aqra aktar

Il-president tal-piloti mwissi

L-Air Malta sejħet allegazzjonijiet li għamel il-President tal-ALPA Dominic Azzopardi “totalment infondati u li huma maħsuba biss biex jħammġu r-reputazzjoni tal-Bord tad-Diretturi, il-Management u l-impjegati leali tal-Air Malta.”

Il-kummenti ta’ Azzopardi saru waqt laqgħa li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kellu ma rappreżentanti tal-ħaddiema tal-Air Malta. Laqgħa li għaliha attendew membri tal-unions tal-piloti, l-inġiniera l-cabin crew kif ukoll membri tal-General Workers’ Union.Aqra aktar

Agrikoltura u annimali: l-MCAST itella’ wirja

Iċ-ċentru agrarju u tax-xjenza tal-annimali tal-MCAST se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku matul tmiem il-ġimgħa.

Dawk li se jattendu żgur li se jibqgħu impressjonati bil-proġetti li ħejjew l-istudenti, l-annimali, frott u ħxejjex lokali. Ta’ kull sena l-istudenti jimpenjaw ruħhom fi proġetti li jvarjaw minn sistemi agrarji, tagħmir tal-annimali kif ukoll sistemi awtomatiċi biex jitimaw l-annimali.

Aqra aktar

Bajjiet f’Għawdex bil-bandiera wkoll

Il-bajjiet ta Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien ingħataw l-unru tal-bnadar ta’ kwalità. Dan fil-preżenza tal-Ministri Għal Għawdex u tat-Turiżmu  li ħabbru ftehim finanzjarju bejn l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Ministeru għall-Għawdex biex inkomplu jitjieb l-immanniġġjar tal-bajjiet fil-kuntest li nkomplu ntejbu wkoll il-prodott kostali tal-gzejjer tagħna.

Aqra aktar

Dalwaqt tibda edizzjoni storika… għall-ewwel darba b’24 pajjiż

Ninsabu fuq l-għatba tal-ħmistax-il edizzjoni tal-kampjonat tal-Euro, it-tielet wieħed li se jkun qed isir fi Franza.

F’xahar sħiħ se jintlagħbu total ta’ wieħed u ħamsin logħba f’għaxar grawnds differenti, bil-finali ssir fl-għaxra ta’ Lulju f’Stade de France, l-istess grawnd li se jospita l-logħba tal-ftuħ bejn Franza u r-Rumanija.

Aqra aktar

Send this to a friend