One News – Page 29 – One News

One News

Notifiki

Michael Emmanuel ma kienx fi stat ta’ ġenn

Il-Qorti tal-appell ikkonfermat li Michael Emmanuel mill-Kosta tal-Avorju, li jinsab mixli li fega lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius, f’Settembru ta’ sentejn ilu f’Raħal Ġdid, fehem u kien konxju ta’ dak li qiegħed jagħmel. Aqra aktar

Ħmistax-il proġett sottomess għall-proġett ‘Give Back Award’ ta’ Aġenzija Żgħażagħ

Ix-xogħol tal-ħaddiema maż-żgħażagħ hu versatili u jsir f’ambjenti differenti. Minħabba s-sitwazzjoni kurrenti tal-imxija tal-COVID-19, ħafna setturi u nies ġew affettwati b’diversi modi. Għal dan l-għan, Aġenzija Żgħażagħ nediet il-proġett Give Back Award biex tistieden liż-żgħażagħ, b’mod individwali jew fi gruppi, ħalli jissottomettu ideat ta’ proġetti li jippromwovu s-solidarjetà f’dan iż-żmien bla preċedent li ninsabu fih. Aqra aktar

Tibda l-ħidma fuq qafas legali tax-xogħol, li jkopri l-flessibbiltà tal-ekonomija gig

Malta bdiet ħidma sabiex il-bżonnijiet tad-dinja tax-xogħol tal-lum u t’għada jkollhom qafas legali ġdid li jnaqqas l-abbużi.

Dan intqal mill-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela waqt li kien f’laqgħa virtwali ma’ rappreżentati ta’ professjonisti minn oqsma differenti. Aqra aktar

Sa nofs Ġunju l-Kummissjoni Venezja se tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-proposti tal-Gvern

Fi ftit tal-jiem oħra, il-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa se tagħti l-opinjoni tagħha għall-proposti ppubblikati tal-Gvern dwar kunċetti leġislattivi u riformi estensivi u bla preċedent li huma pjanati li jitwettqu, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġudikatura.

Qal dan fuq ix-xandir nazzjonali, il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis. Aqra aktar

Xogħlijiet f’Mater Dei biex pajjiżna jkollu sala għal mard infettiv ta’ riskju għoli

Fit-taqsima tal-mard infettiv tal-Isptar Mater Dei ssuktaw xogħlijiet strutturali biex tinbena sala speċjalizzata fejn se jkunu trattati pazjenti b’ każijiet rari ta’ infezzjoni li jkunu ta’ riskju ferm għoli li jinxtered fil-komunità. Aqra aktar

Send this to a friend