One News – Page 2895 – One News

One News

Notifiki

Aktar minn 5,000 tifel u tifla flimkien fl-isport

Aktar minn 5,000 tifel u tifla u magħhom anke adulti, ingħaqdu biex jagħmlu l-isport u jipparteċipaw fil-programm On The Move. Dan f’erbatax-il ċentru madwar Malta u f’ċentru ieħor li jibda mill-ġimgħa d-dieħla f’Għawdex.

Din hija attività sportiva tax-Xitwa, li fis-snin li għaddew kienet tissejjaħ Skola Sport.

Illum ingħata bidu għal dan il-programm li jibqa’ sejjer sa Mejju li ġej. Dwaru, one.com.mt tkellem ma’ Mark Cutajar, il-kap eżekuttiv ta’ Sport Malta.

Aqra aktar

Tliet kappillani u arċipriet

Il-Kurja ħabbret tliet kappillani u arċipriet ġdid.

Dun Lino Azzopardi nħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Luċija, l-Imtarfa. Din il-parroċċa tiġbor fiha madwar 2,300 persuna f’730 familja.

Dun Denis Schembri hwua kappillan ġdid tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Manikata, liema parroċċa tal-Manikata tiġbor fiha madwar 720 persuna f’200 familja.
Aqra aktar

Dettalji ġodda dwar il-każ tat-tarbija li tpoġġiet għall-bejgħ fuq ebay

Il-Pulizija Ġermaniża fil-belt ta’ Duisburg qed tinvestiga l-każ ta’ tarbija ta’ 40 jum li tpoġġiet fuq is-sit elettroniku eBay għall-bejgħ, għall-prezz ta’ €5,000.

Skont Fox News, il-ġenituri ta’ din it-tarbija kienu deskritti biss bħala ‘refuġjati’ mill-Pulizija. Dawn ittieħdu għall-interrogazzjoni fuq suspett ta’ traffikar ta’ persuni.

Fl-appartament tagħhom sabu evidenza li r-ritratti tat-tifla tpoġġew fuq ebay minn dak l-appartament stess. Iżda ma kienux biss il-ġenituri li kellhom aċċess għal din il-konnessjoni, imma magħhom kien hemm membri oħra tal-familja.

Aqra aktar

Nazzjon wieħed, qalb waħda tħabbat

It-tmien edizzjoni tal-Fun Run tal-President se ssir fis-sitta ta’ Novembru li ġej b’risq il-Malta Community Chest Fund. Dettalji dwar din il-festa ta’ solidarjeta’ u inklużjoni, ingħataw fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop li din is-sena se jkun qed jospita l-Istrina.

Għal din is-sena, l-fun run se tinvolvi ġirja li tibda mir-Rabat u tliet mixjiet li lkoll se jwasslu għal destinazzjoni waħda aħħarija, dik tal-Pjazza ta’ San Ġorġ fil-Belt Valletta. Waħda mir-rottot tat-tliet mixjiet tibda mill-Universita’ ta’ Malta u din se tkun ir-rotta li se tagħmel il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca.

Aqra aktar

“Nippreferi nara tanker”

Waqt il-programm One Week, l-opinjonista u dekan tal-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà Andrew Azzopardi stqarr li jemmen li l-pubbiku għandu jpoġġi l-affarijiet fuq bilanċ u ma jdaħħalx partiġjaniżmu politiku fi kwistjonijiet bħal m’hu l-proġett tal-eneriġija u t-tanker tal-gass fil-port ta’ Marsaxlokk.

Jemmen li wieħed għandu jpoġġi l-affarijiet fuq bilanċ, u jsib li l-ħsara li ssir minħabba l-użu tal-aktar żejt li jniġġeż hija ferm ikbar mill-inkonvenjent li wieħed jara t-tanker fil-port.

“Nippreferi nara t-tanker milli jkolli chances ta’ ħsara fis-saħħa tiegħi” sostna Azzopardi.

Aqra aktar

Separazzjoni, ferħ u tama

Anias u Jadon Mc Donald, li għandhom sena u xahar, fl-aħħar huma separati.

Għalkemm it-tobba qatgħu qalbhom u kienu se jwaqqfu l-operazzjoni nofs triq, wara għoxirn siegħa din l-operazzjoni rnexxiet.

Aqra aktar

Birdlife se tamministra l-park tas-Salini – investiment ta’ seba’ miljuni

Birdlife se tibda tamministra l-Park tas-Salini.

Ftit tal-ħin ilu kien iffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife, li se tkun mitluba tipprovdi pjan komprensiv biex ir-riserva ma tintużax biss għall-konservazzjoni iżda ssir destinazzjoni popolari mal-Maltin u t-turisti.

Il-Ministru Joe Mizzi qal li l-proġett, iffinanzjat mill-Unjoni Eworpea, ilaħħaq seba’ miljun ewro.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-preżenza wkoll tal-Ministru Jose Herrera, intqal li l-qbil jista’ jkun meqjus storiku għall-Birdlife, hekk kif is-Salini se jkun l-akbar progett ta’ riserva naturali li se jieħdu ħsieb. Il-ftehim isegwi tnejn oħra simli fl-Għadira u s-Simar.

Aqra aktar

Lauren Aquilina tabbanduna l-fama biex tkun kuntenta

Suċċess enormi meta kienet għadha l-iskola. Ta’ 21 sena, diġa’ b’kuntratt ma’ Universal Music u Island Records. Iżda l-kuntentizza ma tiġix biss bil-fama.

Il-kantanta ta’ dixxendenza Maltija Lauren Aquilina ħabbret li l-album li jġib isimha stess mhux biss se jkun l-ewwel, iżda wkoll l-aħħar. Dan minħabba l-istat ta’ saħħa mentali tagħha u l-impatt tal-karriera fuq il-kuntentizza tagħha. Aquilina twieldet fi Bristol lil ġenituri Maltin, Lauren affaxxinat lil ħafna b’leħen uniku u lirika qawwija.

Aqra aktar

L-‘upgrade’ wara 20 sena

Tlett ijiem qabel il-Ministru Scicluna jippreżenta l-bagit għas-sena d-dieħla, pajjiżna ħa l-aħbar sabiħa li wara għoxrin sena Standard & Poor’s żiedet ir-rating ta’ pajjiżna.

Fl-aħħar snin kienu diversi r-rapporti ta’ din l-aġenzija li nnotaw titjib pożittiv, iżda kien proprju issa li ħasset li għandha ttella’ livell tar-rating ta’ Malta. Minn triple B+ għal A-.

Aqra aktar

Żewġ nisa oħra jgħidu li Trump attakkahom sesswalment

Żewġ nisa oħra ppreżentaw ruħhom b’akkużi li n-nominat Repubblikan għall-elezzjonijiet presidenzjali Donald Trump attakkahom sesswalment.

Kristin Anderson qalet lill-Washington Post li messha taħt id-dublett fi club fi New York fl-1990. Illum Anderson għandha 46, iżda dak iż-żmien kienet taħdem bħala waitress u tipprova tikseb suċċess bħala mudella.

Aqra aktar

Send this to a friend