One News – Page 2893 – One News

One News

Notifiki

Din x’inhi?

Bosta persuni tellgħu ritratti tas-sħab illejla, għaliex innutaw donnha linja nieżla minn sħab ikbar. Dawk li tellgħu r-ritratti kienu fil-Mellieħa, fil-ħin meta nnotaw din ix-xena mhux tas-soltu.

X’taħsbu li hi?

Aqra aktar

Żieda ta’ €680 miljun f’investiment dirett barrani tul din l-amministrazzjoni

 

Matul l-2015 Malta kellha investiment dirett barrani, esklużi movimenti fis-settur finanzjarju, ta’ madwar €363 miljun. B’kuntrast, fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti, kien hemm tnaqqis ta’ investiment dirett barrani ta’ €84 miljun.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul din l-amministrazzjoni l-valur ta’ investiment dirett barrani, esklużi movimenti fis-settur finanzjarju, tela’ għal  €3.2 biljun, żieda ta’ €680 miljun jew 27%. Kważi nofs din iż-żieda kienet fil-qasam tal-manifattura. Fost is-setturi tas-servizzi ġew irreġistrati żidiet tajbin fl-akkomodazzjoni, fl-informatika u l-komunikazzjoni, kif ukoll fit-trasport.

Aqra aktar

Maratona b’risq il-Fondazzjoni Nazareth

Il-Fondazjoni Nazareth se torganizza maratona televiżiva nhar it-18 ta’ Settembru fuq l-istazzjonijiet kollha.

Ġimgħa qabel, nhar it-tlieta ta’ Settembru, se ssir maratona oħra fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuga, mill-11:00am sal-11:00pm.  Se jsiru wirjiet tal-karozzi Ford, tittella’ fiera ta’ divertiment u jkun hemm attrazjonijiet varji.

Fondazzjoni Nazareth tnediet nhar it-8 ta’ Settembru 1995 minn Fr. Angelo Seychell, bħala organizzazzjoni għall-persuni bi bżonnijiet speċjali. Hija tipprovdi djar għal dawk li m’għandhom l-ebda familja jew ma jkunux jistgħu jgħixu mal-familja tagħhom, għal xi raġuni jew oħra. Id-dar hija mmexxija minn bord tad-Diretturi taħt id-direzzjoni tal-President u l-Amministratur tiegħu.

Karozza tieħu n-nar fil-Mellieħa

Karozza ħadet in-nar fit-triq prinċipali tal-Mellieħa. Konsegwenza t’hekk, in-nirien infirxu fuq karozza oħra li kienet ipparkajata fil-viċin.

Il-Pulizija qalet li sid il-karozza waqaf jixtri u ma kienx fil-karozza meta żviluppaw nirien mill-magna tal-karozza.   Għal xi ħin, it-triq kienet magħluqa u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post.

Ritratt: The Malta DashCam Survivor -MDCS

“Se jimla vojt fl-istruttura finanzjarja u ekonomika tal-pajjiż”

Pajjiżna ngħata l-awtorizazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea li jiftaħ bank tal-iżvilupp nazzjonali. Bank li se jagħmel l-aċċess għall-finanzi iktar faċli għall-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u għall-investimenti t’infrastruttura.

One News ħa r-reazzjoni tad-deputat Prim Ministru Louis Grech, li filwaqt li fakkar li din hija wegħda elettorali oħra imwettqa, stqarr li l-bank tal-iżvilupp huwa pass fundamentali għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Kellu droga moħbija f’karozza li nxtrat mir-Renju Unit

Joseph Rodney Grima ta’ 23 sena minn Għajnsielem, Għawdex wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ importazzjoni u pussess ta’ 15-il kilo droga kokaina.

Droga li nstabet moħbija f’karozza li nxtrat mir-Renju Unit u li nġiebet f’pajjiżna bil-vapur minn Sqallija nhar it-Tnejn li għadda. Minkejja t-talba għall-ħelsien mill-arrest, l-ispettur Jonathan Cassar argumenta li dan huwa każ gravi ħafna li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin u li hemm żewġ xhieda li għad iridu jixhdu.

Xhieda li allegatament irmunkaw il-karozza li fiha nstabet id-droga. Min-naħa tiegħu, l-Maġistrat Antonio Micallef Trigona qal li jiddejjaq iżomm persuna arrestata għalxejn u ddeferixxa d-deċiżjoni fuq it-talba għall-Ġimgħa filgħodu. Intant, il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi tal-imputat.

Se jmorru jgħinu fl-Italja

USARK9 tal-SOS Malta se jħalli pajjiżna għall-Italja biex jassisti fl-operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ wara t-terremot li seħħ f’Umbria.
It-tim mistenni jasal l-Italja għada biex jagħti l-għajnuna meħtieġa. Fi stqarrija, SOS Malta qalu li jinsabu grati għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni li qed tkun offruta f’din il-missjoni ta’ emerġenza li se tkun l-ewwel waħda tax-xorta tagħha wara li kien stabbilit dan il-Unit fl-2015.
Intant, SOS Malta tinsab f’kuntatt dirett mal-uffiċju internazzjonali Malti biex isegwi dak kollu li jkun għaddej.

BIL-FILMAT: Mitfi l-interconnector bejn Malta u l-Italja bħala prekawzjoni, kawża ta’ nirien

Membri tal-protezzjoni ċivili flimkien mal-Inġiniera tal-Enemalta għaddejjien b’ħidma biex jiżguraw li jintfew nirien fil-mina tad-distribuzzjoni tal-eletrikku li tinsab bejn l-Imsida u l-Kappara.

Għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, mar id-dawl f’Tas-Sliema u bdiet idoqq il-fire alarm fil-mina.Wara ħidma bejn il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Enemalta sabu nirien fil-mina tal-Kappara. 
In-nirien kienu 600 metru minn tarf il-mina. 

Kawża ta’ dan in-nar diversi lokalitajiet fil-madwar kienu mingħajr provista tal-eletrikku. Ħafna lokalitajiet ġew lura għan-normal wara kwarta, iżda oħrajn damu iktar, fl-interess tas-sigurtà. Lokalitajiet milquta jinkludu tas-Sliema, San Ġwann, u l-Gżira.

Il-membri tal-protezzjoni civili nqasmu f’teams u qed jinżlu wieħed wieħed biex jikkontrolaw in-nirien. Jidher li set cables tal-interconnector huma maħruqin.  Kull team fil-mina qed ikun magħmul minn żewġ ħaddiema tal-Enemalta u tliet membri tal-protezzjoni ċivili, li qed idumu fil-mina għal 35 minuta qabel jinbidel il-grupp.
Minħabba li l-interconnector huwa mitfi, inxtegħel l-gass turbine tal-powerstation tal-Marsa, u nxtelgħet il-Powerstation kollha ta’ Delimara. 
Iċ-chairman tal-Enemalta Fredrick Azzopardi qal li b’rabta ma’ dawn in-nirien, se ssir investigazzjoni u mhux ezkluża inkjesta maġisterjali.

Intant fi stqarrija, l-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma avżat li minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku, konsumaturi fil-Gżira, tas-Sliema, Pembroke, San Ġwann u fiż-żoni tal-madwar, jistgħu ikollhom pressa tal-ilma baxxa jew sospensjoni totali tal-provista tal-ilma. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma żiedet tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq.

Aqra aktar

Send this to a friend