One News – Page 2847 – One News

One News

Notifiki

Knisja fil-qalba tal-Ħamrun tingħata l-grad ta’ Santwarju

Il-Knisja antika magħrufa bħala tas-Samra fil-qalba tal-Ħamrun għadha kif ġiet elevata għal grad pretiġjuż ta’ Santwarju b’digriet tal-Arċisqof ta’ Malta Mons.Charles J. Scicluna wara rikors tal-Kappillan tal-Paroċċa San Gejtanu Dun Walter Cauchi fuq suġġeriment tar-Rettur preżenti Dun Andrew Borg.
Aqra aktar

Xarabank tibqa’ dieħla f’ċint fil-Mellieħa

Xarabank baqgħat dieħla ġo ċint, b’riżultat fit-triq li mill-Għadira twassal għaċ-Ċirkewwa.

Fil-karozza tal-linja kien hemm biss ix-xufier, li sofra biss minn xokk qawwi.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u l-Pulizija, li kienu lesti għal kull eventwalità. B’xorti tajba l-inċident ma kienx wieħed serju, ħlief għad-danni li sofriet il-karozza tal-linja.

 

Tifel fil-periklu tal-mewt – kien f’jacuzzi f’Għawdex

Tifel ta’ għaxar snin mix-Xagħra Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà meta kien f’jacuzzi fid-dar tiegħu stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, fi Triq Marsalforn, ix-Xagħra.

Fuq il-post issjeħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda minn hemm hekk ser jiġi trasferit ġewwa l-Isptar Mater Dei.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

MANOEL ISLAND: is-sindku jirringrazzjahom talli qabdu u daħlu; segwi l-filmat ta’ dak il-mument

Is-Sindku tal-Gżira esprima sodisfazzjon fuq Facebook wara li l-Kamp Emerġenza Ambjent iddeċidew li jiftħu l-aċċess għal Manoel Island.

Ir-resident tal-Gżira ilhom għal dawn l-aħħar sittax-il sena mċaħħda minn Manoel Island u l-baħar tal-madwar, minħabba xogħlijiet li suppost qed isiru fiż-żona, iżda li s’issa għadu kollox wieqaf. Għalhekk, il-Kunsill Lokali daħħal protest ġudizjarju quddiem il-qrati.

Aqra aktar

Jappellaw biex jinstab il-mobile ta’ Tara Malou, it-tfajla li mietet f’inċident xahrejn ilu

Fil-lejl ta’ bejn it-tmintax u d-dsatax ta’ Lulju tilfet ħajjitha Tara Malou Licari – żagħżugħa Maltija ta’ 17-il sena li kienet tgħix id-Danimakra.

Xahrejn wara, omma appellat biex jinstab il-mobile phone tagħha. Kemm dan il-mobile kif ukoll beritta tal-baseball ma nstabux wara l-inċident. Fil-mobile kien hemm il-karta ta’ identità ta’ Tara. Il-familja qed tappella biex dan jitħalla fl-għassa tal-Pulizija ta’ tas-Sliema, anke b’mod anonimu, u lesti jagħtu iPhone 6s/7 bħala kumpens.

Tara hija l-iżgħar vittma ta’ inċident tat-traffiku din is-sena. Hija kienet passiġġiera fuq quddiem tal-karozza misjuqa minn ħuha ta’ 23 sena. Fuq wara, passiġġier kien hemm ħabib tagħhom, żagħżugħ Daniż ta’ 18-il sena li kien jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Aqra aktar

Jiftħu kumpanija f’Mejju u jinżlu jnaddfu l-bajjiet f’Settembru

Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għandu għalfejn jgħid grazzi, wara li l-bajjiet ta’ Buġibba tnaddfu b’mod eċċellenti minn volontiera ta’  kumpanija li bdiet topera hawn Malta ftit tax-xhur ilu.

Is-Sibt filgħodu impjegati ngħaqdu mad-Direttorat tat-Tindif u wettqu inizjattiva ta’ tindif f’Buġibba. Gold Lion Holding, li toffri servizz marbut mal-proprjetà, kostruzzjoni u żvilupp, temmen li għandha tagħti lura lill-kommunita lokali filwaqt li tieħu ħsieb l-ambjent.

Qalet dan Timi Orosz, li hija d-direttur tal-marketing tal-kumpanija li fetħet f’Malta f’Mejju li għadda.

Aqra aktar

Send this to a friend