One News – Page 2667 – One News

One News

Notifiki

AĠĠORNAT: ĦAMES FRANĊIŻI MEJTA – jaqa’ ajruplan fil-limiti ta’ Ħal Kirkop

Fis-07.20, ajruplan militari tal-Lussemburgu tat-tip Fairchild Metroliner, li telaq minn Malta waqa’ ftit tal-ħin wara għaliex kellu problemi fit-tluq.

Fi stqarrija tal-Gvern Malti kien ikkonfermat li l-mejta b’rabta mal-inċident tal-ajruplan Fairchild Metroliner Mark III huma ħames Franċiżi u ntqal li nstabu l-fdalijiet ta’ kollha kemm huma.

Il-midja Franċiża, France 24, qed tgħid li tlieta mill-vittmi kienu qed jaħdmu f’isem il-Ministeru tad-difiża Franċiża filwaqt li żewġ persuni oħra kienu ħaddiema ta’ kuntrattur privat.

L-ajruplan huwa rreġistrat l-Istati Uniti u mikri lill-kumpanija fil-Lussemburgu. Jirriżulta li dan huwa parti minn operazzjoni Franċiża li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ħames xhur bil-għan li tinvestiga rotot ta’ traffikar illegali, primarjament traffikar tal-bnedmin u tad-droga. It-titjira kienet irreġistrata mal-Malta Air Traffic Services bħala waħda lokali u kellha tkun lura Malta fi ftit sigħat mingħajr ma tinżel f’pajjiżi oħra.

Dan l-ajruplan mhux l-ewwel darba li telaq minn pajjiżna.

L-ajruplan kellu jitlaq minn Malta fis-07:00

Aqra aktar

“Jien, flok Simon, ngħidlu: ‘isma, għandek tissospendi ruħek!'”

Il-programm One Week ta’ nhar il-Ġimgħa iddiskuta ż-żewġ każi li ddominaw l-aħbarijiet kemm lokali u internazzjonali, dak ta’ Tonio Fenech u dak ta’ Beppe Fenech Adami.

Waqt il-programm, l-opinjonista Simon Mercieca, wieħed mill-awturi tar-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista qal li Beppe Fenech Adami kellu jkun sospiż sakemm issir l-investigazzjoni dwar allegat ħasil ta’ flus.

Segwi x’qal hawn:

Aqra aktar

Kif issolvi problema b’mod kreattiv? Bl-arti!

Għal ħames sena konsekuttiva ttellgħet l-edizzjoni ta’ Divergent Thinkers, esebizzjoni li fiha żgħażagħ juru kif tista tissolva problema b’mod kreattiv.

Ir-rebbieħ ta’ din is-sena se jkun qed jingħata l-opportunità li jesponi t-talenti tiegħu f’residenza tal-arti fil-Ġappun.

Segwi aktar f’dan il-filmat.

Aqra aktar

“Baġit li se jagħtini l-indipendenza li tlift” – KLIEM AMPUTEE

Pauline Cassar hija amputee li erbatax-il sena ilu ħadet l-aħbar li kellha l-marda tal-meningite. Marda li wasslet biex tilfet saqajha t-tnejn u s-swaba’ ta’ idejha.

Fil-baġit 2017, għall-ewwel darba, dawn il-persuni li jkunu tilfu xi parti minn ġisimhom se jkunu qed jingħataw pensjoni b’dizabilità.

Miżura li Pauline Cassar kienet ilha tistenna. Tista’ tisma’ l-intervista hawn.

Aqra aktar

Iqumu dubji dwar dak li qal Tonio Fenech

Minn żmien għal żmien qed ikomplu joħorġu iżjed dettalji dwar il-każ tal-Falcon funds, fond li bħala direttur fih hemm l-eks ministru nazzjonalista Tonio Fenech.

Dokumenti ppublikati mill-gazzetta Kullħadd jitfgħu dubji dwar dak li qal Tonio Fenech lill-ġurnalista Żvediża.

Aqra aktar

Riskji estremi ta’ darba kull 100,000 sena

  • RAPPORTI TEKNIĊI JĠIBU FIX-XEJN IL-BIŻA’ DWAR IT-TANKER TAL-GASS
  • IKKONFERMAT BĦALA SORS TA’ ENERĠIJA SIGUR

Rapporti minn kumpaniji rinomati fid-dinja bħal Marin (Istitut tar-Riċerka Marittima fl-Olanda) u l-SGS (kumpanija multi-Nazzjonali li tagħmel xogħol ta’ verifika u testijiet, ibbażata fl-Isvizzera) jikkonfermaw fir-rapporti tagħhom li t-tanker f’Marsaxlokk, li se jkun qed jisuplixxi l-gass lill-power station il-ġdida, huwa sigur.

Dawn ir-rapporti kienu sottomessi lill-Awtorità tal-Ambjent mill-operatur sabiex b’mod sussegwenti jinħarġu l-permessi kollha neċessarji b’rabta ma’ dan il-proġett kif dejjem intqal sa mill-bidu nett.

Fir-rapporti estensivi tagħhom li jistħarrġu diversi istanzi u jaraw x’inhuma l-possibilitajiet ta’ riskji li jistgħu jeżistu minħabba l-LNG tanker, iqisu li hemm ċans biss ta’ darba kull 100,000 sena f’xenarji estremi, li jkunu milquta l-viċinanzi ta’ fejn ikun sorġut it-tanker. Dan kollu jifqa’ għal kollox il-bużżieqa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Simon Busutti li ilha għal dawn l-aħħar tliet snin tipprova tnissel biża’ fost ir-residenti ta’ Marsaxlokk b’mod partikolari.

Aqra aktar

Kompla jikkonferma li jrid li Malta tibqa’ bil-heavy fuel oil

Li kieku r-roħs seta’ jsir bl-interconnector biss,  il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma kienx jgħid li r-roħs huwa impossibli qabel l-elezzjoni.

Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru, fejn kien innotat li l-kap tal Oppożizzjoni llum kompla jikkonferma li jrid li pajjiżna jibqa’ bil-heavy fuel oil u li jrid li l-powerstation tal-Marsa u ċ-ċumnija l-antika ta’ Delimara jibqgħu joperaw.

Minkejja t-tfixkil kollu li ilha tipprova tagħmel sa mill-bidu nett l-Oppożizzjoni, il-gvern ħadem biex f’pajjiżna jkollna l-qalba għall-gass, li se ġġib arja iktar nadifa u li permezz tagħha, ir-roħs fil-kontijiet ser jibqa’ sostenibbli.

Aqra aktar

Il-Ħalowijn ta’ Sajmin

Ma kellix aptit. Kelli aptit ġurnata fil-kwiet, wara ġimgħa iesba. Imma kif jgħid il-Malti, l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Ta’ lanqas hekk kont nismagħha tgħid lil nannti Alla jaħfirla u jagħtiha l-glorja tal-ġenna. U Alla jħares mhux qegħdha l-ġenna, tgawdi l-eternità, bil-flus li ħalliet biex isiru quddies għal ruħha. Kos hux? Nitħassar lil dawk li ma jħallux flus għat-talb ta’ ruħhom, għax imsieken kollha jinħarqu qegħdin.

Qomt mgħattan. Mhux wara lejl Paċevil ta! Dak ilu żmien li nqata’ mill-kalendarju tiegħi issa. Kelli ġimgħa bla nifs, mis-Sibt filgħodu bdejt inħoss qisu tagħrix, lanqas ħaqq il-larinġ li nagħsar u nixrob kuljum u moħħi kien mifqugħ bi ftit ħsibijiet u deċiżjonijiet li rrid nieħu ma ndumx. Hemm int, mgħattan.

Aqra aktar

“Irkibt fuq rollercoaster twila u eċitanti għall-aħħar” – SORU TA’ 22 SENA

Meta nirreferu għal xi soru tal-Orsolini, ħafna drabi ħsibijietna jmorru għal dawk li jieħdu ħsieb lit-tfal, iżda Roseanne Pace, soru ta’ 22 sena, tgħid li ħajjet Orsolina tmur lil’hinn mit-tfal.

“L-ewwelnett, aħna persuni kkonsagrati lil Alla. Allura l-ewwel u qabel kollox hemm it-talb personali, it-talb fil-komunità, il-quddies ta’ kuljum, u l-ħajja komunitarja. Frott l-għaqda ta’ bejnietna, matul il-ġurnata naħdmu flimkien f’oqsma differenti u nitolbu f’bosta mumenti. Imbagħad nagħtu s-servizz tagħna billi nieħdu ħsieb lil dawn it-tfal fdati lilna.”

Sr. Roseanne gradwat is-sena l-oħra bħala infermiera, għaldaqstant qed tisfrutta dak li tgħallmet ma’ dawk ta’ madwarha.

Aqra aktar

Rebħa storika u rekord għat-Team Nazzjonali Malti tar-Rugby

It-tim nazzjonali Malti kellu bidu impressjonanti ghal Kampjonati Ewropej, fl-istadju ta’ kwalifikazzjoni, meta għeleb lill Andorra bl-iskor kbir ta’ 63-15. Dan huwa skor rekord għal pajjiżna f’din id-dixxipplina.

Kienet wirja tajba ta’ l-intenzjonijiet Maltin taħt il-kowc Damian Neill fil-Conference South. Fir-ritratt esklussiv għal One News, il-plejers jidhru jiċċelebraw, u bir-raġun!

 James Kirk kien l-aqwa plejer ghal Malta, hu ghamel xejn anqas minn tliet tries. James Morris kien sostitut tajjeb għal James O’Brien u skorja xejn anqas minn 18-il punti, f’partita bla preċedent.

Aqra aktar

Send this to a friend