One News – Page 2665 – One News

One News

Notifiki

Ġuri: Id-difiża titfa’ dubji fuq ix-xhieda

Fl-awla ippreseduta mill-Imħallef Antonio Mizzi daħal fl-aħħar stadju tiegħu l-ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Vittorio Cassone.

Cassone kien inqatel kiesaħ u biered waqt serqa 23 sena ilu u isem l-akkużat ma jistax jixxandar għaliex allegatament meta seħħ il-qtil huwa kien għadu tifel.
Aqra aktar

Id-drittijiet tiegħek jekk weħilt fl-ajruport

Fid-dawl tal-inċident li seħħ dalgħodu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn ajruplan iġġarraf u ħalla ħames Franċiżi mejta. L-Awtoritá tal-Kompetizzjoni u l-affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fakkret id-drittijiet tal-passiġġieri li esperjenzaw dewmien fit-titjiriet tagħhom hekk kif għal ftit sigħat, ma telqet l-ebda titjira mill-Ajruport ta’ Malta.
Aqra aktar

Sewwieq ta’ mutur involut f’inċident

Għall-ħabta ta’ 14.30pm, seħħ inċident fi Triq Wied il-Għajn. F’dan l-inċident kien involut sewwieq ta’ mutur li għandu 39 sena, residenti Marsaskala u sewwieq ta’ Peugeout 207 misjuqa minn raġel ta’ 28, residenti Ħaż-Żabbar.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhux magħrufa.

Aqra aktar

Jirriversja fuq Pulizija u jaħrab

Għall-ħabta tal-ħdax u nofs tal-Ħadd filgħaxija, waqt li l-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit kienu qegħdin jagħmlu road checks fi Triq it-Tlett Ibliet, Bormla, twaqqfet vettura tat-tip Skoda Felicia Combi, iżda għal xi raġuni x-xufier irriversja fuq il-Pulizija u reġa’ saq ‘il quddiem b’veloċita` qawwija sabiex jaħrab.
Aqra aktar

BIR-RITRATTI: X’fadal mill-ajruplan…

Ritratti: DOI

Aqra iktar: AĠĠORNAT: ĦAMES FRANĊIŻI MEJTA jaqa ajruplan fil-limiti ta Ħal Kirkop

Send this to a friend