One News – Page 2664 – One News

One News

Notifiki

Ikollu jpatti talli qabbad flare f’Ta’ Qali waqt il-logħba Belt-Ħamrun

Jesmark Farrugia, żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Marsa tressaq il-Qorti akkużat li qabbad flare fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali waqt il-partita tas-Sibt ta’ bejn il-Belt u l-Ħamrun.

Wara li għamel dan, deher jaħrab minn fejn kien, fejn saħansitra wara rreżista l-arrest tal-Pulizija.

Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh, u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom garanzija personali t’għaxart’elef ewro, u li jkun id-dar bejn il-ħdax ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu.

Huwa ġie prjojbit milli jattendi kwalunkwe partita ta’ futbol oħra.

Għawdxi meħlus

Raġel ta’ 36 sena minn Għajnsielem ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-Qorti t’Għawdex wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh.
Huwa tressaq il-Qorti akkużat li fid-29 t’Ottubru u fix-xhur ta’ qabel, hedded u beżża’ lil terzi persuni, fejn saħansitra ġie akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar liċenzjata.

In-nannu ntefa’ jimmudella

Dan in-nannu ta’ tmenin sena kisser kull idea fissa ta’ immudellar u tfaċċa’ fuq il-catwalk, b’mod li ħalla lil kulħadd imbellaħ.

Wang Deshun ta’ 80 sena huwa artist u attur li riċentement u kontra kull norma, qed jikseb fama kbira bħala mudell fiċ-Ċina. Huwa ipparteċipa fiċ-China Fashion Week u qed ikun imlaqqam “China’s hottest grandpa”, kemm minħabba l-kariżma li għandu u kemm minħabba li huwa fiżikament tajjeb.

“Kollox għandu x’jaqsam mal-istat mentali. L-età ma tidħolx fiha” stqarr Deshun, li għadu jaħdem tliet sigħat kuljum.

Aqra aktar

Awstraljana tinħataf f’Kabul

Mara Awstraljana inħatfet minn erba rġiel armati fl-Afganistan, wara li qattgħat lejl barra ma’ sħabha. Il-mara, li taħdem ma’ aġenzija li toffri l-għajnuna fl-Afganistan, sabet ruħha mdawwar bl-irġiel li jingħad li kellhom snieter AK-47. Dawn ġiegħluha tidħol f’karozza u saqu ‘l bogħod biha. Għalkemm hija Awstrljana, il-mara għandha nazzjonalità doppja u hija wkoll Afgana.

Ġurnalist li jgħix ftit bogħod minn fejn inħatfet il-mara qal li qed ikun hemm bosta rapporti ta’ persuni barranin li jinħatfu, b’min jaħtafhom jitlob il-flus.

L-Ambaxxata Awstraljana f’Kabul qed taħdem kemm tiflaħ biex tikseb informazzjoni dwar il-mara, filwaqt li kompliet twissi biex Awstraljani ma jersqux lejn Kabul minħabba l-biża’ ta’ ħtif.

Din is-sena inħatfu żewġ Awstraljani oħra.

Farage iwissi: jew Brexit, jew jaf ikun hemm vjolenza fit-toroq

Nigel Farage wissa li jista’ jkun hemm vjolenza fit-toroq Ingliżi jekk Brexit ma jseħħx.

Huwa kien qed jiddibatti ma’ Gina Miller fuq il-mezzi tax-xandir Ingliżi. Miller, li qed tmexxi l-battalja legali kontra Brexit, insistiet li l-mexxej tal-Ukip messu jkun l-ikbar ‘fan’ tagħha għax il-każ li ressqet quddiem il-Qorti Suprema wassal biex il-poter reġa mar lura għand il-Parlament.

Iżda Faraga weġibha billi qal li jaf ikun hemm min jinżel fit-toroq f’rabja jekk ma jkunux implimentati x-xewqat ta’ dak li l-poplu ivvota għalih. “Liema parti mill-kelma ‘itlaq’ ma tifhimx?” saqsiha, meta fl-isfond hemm il-possibiltà legali li l-pjan li tixtieq twettaq Theresa May ikun imxekkel.

 

Jissospendi ruħu sakemm issir investigazzjoni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ġie infurmat mill-Kap tas-Segretarjat tiegħu, is-Sur Jesmond Zammit, li kien qed jissospendi lilu nniffsu mix-xogħol sakemm issir investigazzjoni mmexxija mill-eks Brigadier Carmel Vassallo dwar rapport li deher dalgħodu fil-MaltaToday.

Is-Sur Zammit qed jiċħad li intervjena f’ dan il-kaz, iżda peress li huwa l-coach tat-team tal-football li miegħu jilgħab il-persuna konċernata, huwa ħass li għandu jissospendi ruħu sakemm titlesta l-investigazzjoni sabiex ma jintefa l-ebda dell fuq il-ħidma tad-dekasteru li għalih s-Segretarju Parlamentari huwa responsabbli.

Aktar minn 16,000 parteċipant, aktar minn €200,000 miġbura

Fit-tmien edizzjon tal-Fun Run tal-President ħadu sehem ‘l fuq minn 16,000 persuna li huwa numru rekord meta mqabbel mas-sena l-oħra.
Inġabru xjen inqas minn €200,000 b’risq il-Malta Community Chest Fund, li ser jiġu preżentati fl-edizzjoni li jmiss tal-Istrina.
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u l-Ministru Chris CardonaCardona f’ isem il-Gvern Malti preżenta €15,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti.

Maħtur bord ta’ investigazzjoni interna wara allegazzjoni dwar il-ħelsien ta’ persuna mill-kustodja tal-Pulizija

Il-Gvern ħa nota ta’ artiklu li deher illum fil-MaltaToday li allega li uffiċjal mhux imsemmi tal-Gvern intervjena biex tinħeles persuna mill-kustodja tal-Pulizija.

Il-Pulizija qed jiċħdu li dan kien il-każ u qed isostnu li ġiet segwita il-proċedura fil-każ imsemmi.

Madanakollu, biex tiġi assigurata kontabbiltà u trasparenza, ġie maħtur bord ta’ investigazzjoni interna, magħmul mill-eks Brigadier Carmel Vassallo biex jinvestiga l-każ, b’ mod partikolari jekk ġietx segwita l-proċedura u l-liġi, jekk il-proċeduri f’każijiet ta’ allegata vjolenza domestika humiex adegwati, u jekk kienx hemm xi forma ta’ intervent estern f’dan il-każ.

Il-bord ta’ inkjesta għandu jirrapporta fi żmien tliet ġimgħat.

 

 

Il-Prim Ministru fl-Istati Uniti 

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed imexxi delegazzjoni fl-Istati Uniti fejn se jkollu diskussjonijiet ma’ diversi kumpaniji u decisionmakers f’ setturi importanti.

Iż-żjara se tiffoka fuq il-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji.

Id-delegazzjoni tinkludi lill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, iċ-Chairman tal-MFSA Joseph Bannister, u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali Sandro Demarco.

 

Kap tal-Oppożizzjoni inkonstenti u mhux kredibbli lanqas fuq il-paga minima

Il-Kap tal-Oppożizzjoni biddel il-pożizzjoni tiegħu fuq il-minimum wage diversi drabi.

Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil kiteb manifest elettorali  wara l-ieħor mingħajr qatt ma semma żieda fil-minimum wage. Aparti minn hekk , fl-aħħar baġit li preżenta Gvern Nazzjonalista meta Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-PN, il-minimum wage kienet ser tiġi intaxxata.

Issa f’temp ta’ ftit jiem wara li ġie preżentat il-baġit filli f’mistoqsijiet wara konferenza tal-aħbarijiet qal li l-minimum wage m’għandhiex tiżdied iżda għandna naraw li ħaddiema ta’ minimum wage javanżaw f’xogħol aħjar u filli malli ra r-reazzjoni tan-nies, biddel il-pożizzjoni u qal li jrid li l-minimum wage tiżdied.

Aqra aktar

Send this to a friend