One News – Page 2663 – One News

One News

Notifiki

Librerija rinovata fl-iskola Primarja taż-Żejtun

Mart il-Prim Ministru u chairperson ta’ Marigold Foundation Michelle Muscat inawgurat librerija rinovata fl-iskola Primarja taż-Żejtun.

Il-librerija Ġużeppi Pulis Montebello tista’ tintuza mill-pubbliku taż-Żejtun u naturalment mistennija tattira aktar lill-istudenti. Hija mgħammra b’kotba ta’ kull ġeneru, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

F’isem Marigold, is-sinjura Muscat ippreżentat donazzjoni biex biha jkun jistgħu jinxtraw kotba.

U f’attività ħelwa, qrat storja lit-tfal tal-iskola ta’ Żejtun.

Għajnuna teknoloġika lill-Malta Red Cross

Il-Malta Red Cross hija organiżżazzjoni tas-salvataġġ immexxija minn madwar 25 persuna u megħjuna minn madwar 35 voluntier. Waħda mill-problemi ewlenin kienet il-fatt li l-proċessi kollha kienu qed isiru b’teknoloġija qadima u l-organiżżazzjoni qatt ma kellha sistema ċentraliżżata ta’ email. Fl-istess waqt, ma kien hemm l-ebda uniformità fil-mod kif l-impjegati u l-voluntiera kienu jikkomunikaw bejniethom tant li kienu jużaw emails differenti u servizzi li ġie li ma kienux ikunu kompatibbli.

Eyetech Ltd, bl-għajnuna ta’ Microsoft Malta, issa għadhom kemm installaw software biex b’hekk, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha tista’ tkun aċċessibbli minn kullimkien u f’kull ħin. Barra minhekk, kemm l-istaff u l-voluntiera bdew jużaw applikazzjoni diġitali li permezz tagħha, kullħadd jista’ jieħu notamenti, jikteb ideat u jaqsam dawn l-ideat ma’ ħaddieħor b’kwalunkwe device.

Aqra aktar

It-tarbija li twieldet darbtejn

Tarbija minn Lewisville, Texas, twieldet darbtejn. Dan għax ħarġuha minn ġuf ommha għal għoxrin minuta, f’intervent li salvalha ħajjitha.

Meta kellha 16-il ġimgħa tqala, l-omm Margaret Hawkins Boemer skopriet li bintha, Lynlee Hope, kellha tumur fl-ispina ta’ daharha. Dan it-tumur (sacrococcygeal teratoma) kien qed iżomm id-demm milli jilħaq il-fetu, u b’hekk kien kbir ir-riskju li Lynlee issofri minn attakk tal-qalb fatali.

Meta kirurgi fetħu ġuf l-omm, it-tarbija kienet tiżen biss 0.53 ta’ kilogramma. It-tumur u t-trabija kienu kważi l-istess daqs. L-omm diġa’ kienet qed tistenna tewmin, iżda waħda mit-trabi mietet fi stadju bikri. Qabel għamlet l-intervent fuq Lynlee, ingħatat il-parir li ttemm it-tqala kompletament.

Aqra aktar

Jekk issiefer ħafna lejn l-Ingilterra…

…għandek aħbarijiet tajba.

L-ajruport ta’ Heathrow se jikber fid-daqs. Dan wara li l-espansjoni ġiet apporvata minn kumitat ta’ Ministri fil-parlament Ingliż. Din hija deċiżjoni li Downing Street għad trid tikkonferma uffiċjalment, u s-Segretarju għat-Trasport Chris Grayling mistenni jagħmel stqarrija aktar tard illum.

Studju li sar is-sena li għaddiet irrakkomanda li tinbena t-tielet runway f’Heathrow, pero qed ikun ikkunsidrat runwat f’Gatwick minflok, jew inkella li tkun estiża runway diġa eżistenti f’Heathrow.

L-inqas numru ta’ nies jirreġistraw fl-aħħar 37 sena, fix-xahar ta’ Settembru

F’Settembru, in-numru ta’ persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad naqas għal 3,207. Dan kien l-inqas ammont ta’ nies jirreġistraw f’dan ix-xahar mill-1979 ’l hawn, iġifieri 37 sena ilu. Imqabbel ma’ sena ilu, il-qgħad naqas b’1,717 persuna, filwaqt li meta mqabbel ma’ Marzu 2013, in-numru ta’ nies jirreġistraw huwa ta’ 4,143 anqas. Dan ifisser li issa n-numru ta’ nies jirreġistraw huwa inqas min-nofs ta’ dak li kien fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura.

Dan kien innotat fi stqarrija maħruġa mill-Gvern ta’ Malta, fejn intqal li taħt din l-amministrazzjoni, kull jumejn seba’ persuni li kienu qiegħda sabu xogħol. B’kuntrast, bħala medja matul il-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, kull jumejn persuna aktar kienet tispiċċa tirreġistra. Fiż-żmien meta Simon Busuttil kien il-viċi kap tal-partit fil-gvern, in-numru ta’ nies jirreġistraw kien żdied b’aktar minn erba’ persuni kull jumejn.

Aqra aktar

L-ogħla ammont ta’ speċjalisti żgħażagħ fl-ICT fost l-UE kollha!

Fl-2015 Malta kellha l-ogħla ammont ta’ speċjalisti fis-settur tal-ICT taħt il-35 sena fl-Unjoni Ewropea kollha.

Skont l-Eurostat, madwar speċjalist wieħed minn tlieta (36%) kellu inqas minn 35-il sena madwar l-Ewropa.

58% tal-ispeċjalisti Maltin fl-ICT kellhom inqas minn din l-età – l-ogħla rata ta’ żgħażagħ esperti. Segwegna l-Litwanja (55% tal-espeti fl-ICT kien żgħażagħ), il-Bulgaria (54.6%), il-Latvia (52.2%), l-Estonia (52%) u r-Rumania (51.4%).

B’kuntrast, persuni li għandhom 35-il sena jew inqas kien jammontaw għal inqas minn nofs l-ispeċjalisti fl-ICT fl-Italja, id-Danimarka, l-Iżvezja, il-Finlandja, l-Olanda, l-Irlanda u l-Lussemburgu.

 

€50 multa jekk issuq u tpejjep fil-karozza bit-tfal – €50 anke jekk ma tkunx qed issuq

Dalgħodu ġiet imnedija kampanja kontra t-tipjip fil-karozza, bit-tema “You smoke…they smoke”. Din kienet miżura mħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla. 
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li f’Novembru se jkun ippublikat avviż legali li ma jippermettix lil adulti jpejjpu fil-preżenza ta’ minuri – tfal ta’ taħt is-sittax-il sena. Jekk jiġri dan, wieħed jeħel multa ta’ €50.
Jekk mintix ix-xufier iżda tpejjep fil-karozza, jeħel €50 multa ix-xufier, u inti teħel €50 oħra.

Infermiera Maltin imħarrġa f’Boston minn Vitals Global Healthcare

Infermiera Maltin bħalissa jinsabu Boston fejn qed jirċievu taħriġ speċjalizzat fi Newton Wellesley Hospital u Spaulding Rehabilitation Centre. Dawn jinkludu iċ-chief nursing managers mill-isptarijiet Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, flimkien ma’ erba’ infermiera oħra.

 Dan f’konferma li l-private public partnership bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare fl-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex huma ta’ ġid kbir għall-pazjent Malti u Għawdxi, għall-ħaddiema li jaħdmu fl-isptarijiet u għas-settur tas-saħħa fih innifsu.

Matul il-ħin tagħhom f’Bostin, l-infermiera qed isiru aktar familjari ma prattiċi użati f’networks kbar barra minn Malta, b’attenzjoni kbira għall-evalwazzjoni għall-kwalità offruta. Qed jitħarrġu wkoll fuq kif jikkomjnikaw ma’ pazjenti u carers, kif jiżguraw li jkun biżżejjed ħaddiema għal kull pazjent, kif jiżguraw il-kwalità u kif iżommu bil-miktub il-livell ta’ sigurtà li l-pazjent ikun jinsab fih. Qed jitgħallmu wkoll kif jidentifikaw il-bżonn ta’ aktar taħriġ fost il-kollegi.

Aqra aktar

Għexieren mejta wara attakk f’akkademja tal-Pulizija fil-Pakistan

Minn tal-inqas 58 gwardjan inqatlu fil-Pakistan wara li tliet militanti armati b’bombi attakkaw akkademja tal-Pulizija fil-belt ta’ Quetta.

Kien biss wara operazzjoni ta’ salvataġġ li damet għaddejja sigħat, li l-irġiel li wettqu l-attakk inqatlu. Dan wara li żammew numru t’ostaġġi.

Ħadd għadu ma refa r-responsabbiltà għal dan l-attakk, għalkemm attakki simili fil-belt inkwistjoni twettqu minn separatisti u militanti Iżlamiċi.

 

 

GĦAXRA ARRESTATI

Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni bejn ilbieraħ u illum membri mill-Iskawdra ta’ Kontra id-Droga arrestat għaxar persuni – tliet nisa u seba’ irġiel li l-eta’ tagħhom tvarja bejn it-18 u l-35 sena.

Minn tfitxijiet li saru ġew elevati iktar minn 200 gramma raża tal-kannabis, madwar 100 gramma ħaxixa, madwar 70 pillola allegtament ecstasy, iktar minn 30 gramma kokaina u madwar € 2000 fi flus kontanti kif ukoll affarijiet oħra użati fit-traffikar tal-istess sustanzi illegali bħal imwieżen elettroniċi

Aqra aktar

Send this to a friend