One News – Page 2662 – One News

One News

Notifiki

Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri ħabbru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 f’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Belt Valletta. Il-festival ser ikun miftuħ għall-pubbliku mid-9 sat-13 ta’ Novembru filgħodu u filgħaxija.

Matul il-ġranet tal-ġimgħa filgħodu il-festival ser ikun iddedikat għal qarrejja żgħar u studenti. Ġew imħejjija għadd ta’ attivitajiet għalihom li jinkludu attivitajiet ta’ drama u avventura. Ser ikun hemm attivitajiet oħra maħsuba għat-tfal filgħaxija ukoll.

Il-programm tal-festival iħaddan fih ukoll għadd ta’ konferenzi fuq suġġetti varji, tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, laqgħat ma’ kittieba u wirja fuq l-artiġġjanat tal-ktieb. Bħas-soltu ser ikun hemm fost il-mistiedna speċjali tal-festival kittieba ta’ fama internazzjonali li ser jieħdu sehem kemm fil-konferenzi kif ukoll f’attivitajiet iddedikati lilhom u lix-xogħol tagħhom.
Aqra aktar

Ħa jsiru bus shelters tant mistennija għal Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ

 Fil-Parlament l-Onorevoli Silvio Schembri staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi jistax jara li tittieħed azzjoni sabiex isiru tined fuq l-istages mill-Belt għal-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

Il-Ministru wieġeb li fil-preżent, qed jiġu ppreparati l-applikazzjonijiet sabiex jiġu sottomessi lill-Awtorita’ tal-Ippjanar bil-għan li jigu installati Bus Shelter Canopies fiż-żoni B u C tal-Bus Terminus ġewwa il-Belt Valletta.

Fost oħrajn, dawn iż-żoni jinkludu l-Bus Bays wżati mir-rotot ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

Marks & Spencer se jagħlqu madwar 60 ħanut fil-ħames snin li ġejjin

Il-kumpanija Marks & Spencer ħabbret li se tagħlaq madwar 60 ħanut matul il-ħames snin li ġejjin, fi sforz biex in-negozju jirpilja.

Il-kap Steve Rowe, li beda l-karriera tiegħu bħala ħaddiem ta’ nhar ta’ Sibt f’maħżen tal-istess ditta fis-snin tmenin, kien diġa’ wissa li kien se jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet iebsa.

Il-bidliet ifissru li 30 ħanut se jagħlaq kompletament fir-Renju Unit u 45 ħanut ieħor se jiċkien jew jinbidel fl-istruttura tiegħu. Fost oħrajn il-kumpanija qed tipprova tagħmel qliegħ mid-ditta tal-ikel “Simply”.

Aqra aktar

“Cocaine addict…miskin it-tifel ta’ Tumas!” – skopri kif biddel ħajtu ta’ taħt fuq

“Dipendenti fuq il-kokajina…it-tifel ta’ Tumas…min jaf kemm nies xtaqu jarawni nfalli!”

Hekk kiteb dwaru nnifsu Franco Fenech, illum-il ġurnata jgħix ħajja kompletment differenti u ħieles mill-vizzju tad-droga.

Għalkemm kliemu dwaru nnifsu huwa ikkulurit ferm, ma jiddejjaqx jikteb minn fejn ġej: “I’ve been to many, many rehabs, snorted tonnes of coke and did things I’m ashamed of”…iżda llum-il ġurnata jgħid “I’m taking over the world!”

Skopra x’kellu xi jgħid waqt il-programm Pjazza.

Aqra aktar

Anzjan jittajjar minn xarabank

Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet ittajjret persuna fi Triq Sarria, il-Furjana.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari, rriżulta li raġel ta’ 61 sena, residenti Birkirkara kien safa mtajjar minn xarabank, misjuqa minn xufier ta’ 24 sena residenti Bormla.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

PASS EQREB għad-dritt tal-avukat waqt l-arrest

Fil-Parlament id-dritt tal avukat waqt l-arrrest għadda unanimament mit-tieni qari u anke minn stadju ta’ kumitat.

Permezz tiegħu, persuna arrestata jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest u persuna suspettata tkun informata dwar ir-raġuni għalfejn se tkun interrogata, filwaqt li tikkomunika fil-privat mal-avukat tal-għażla tagħha, anke qabel l-interrogazzjoni mill-Pulizija. L-avukat ikun preżenti waqt l-interrogazzjoni, u jista’ wkoll jagħmel il-mistoqsijiet wara l-interogazzjoni.

Aqra aktar

“IL-KRITIKA DARET”: issa m’għadhomx jikkritikaw l-IIP innifsu

  • Ir-rapport annwali tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment (IIP) se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjin.

Il-Ministru Owen Bonnici assigura lill-membru parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi li dan se jkun fih kif kull ċenteżmu li daħal mill-programm ġie mqassam, fid-diversi fondi skont kif kien tħabbar meta ġie varat il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Il-maġġoranza tas-somma miġbura – €310 miljun sal-aħħar ta’ Settembru – marru fin-National Social and Development Fund waqt li persentagg marru fil-Fond Konsolidat.

Qabel, id-deputat kap tal-oppożizzjoni Mario de Marco talab lill-Ministru jikkonferma jekk bil-flus li daħlu sax imqar proġett wieħed. Il-Ministru qal li llum kulħadd qed jieħu l-affarijiet for granted għax permezz ta’ dan il-programm – l-uniku wieħed li għandu l-barka tal-Kummissjoni Ewropea – Malta kienet qed tibbenefika.

Aqra aktar

Diskussjoni dwar l-elezzjoni Amerikana fir-Rabat

Wara tant xhur ta’ kandidati, propoganda, elezzjonijiet u battuti wasalna fil-milja tal-elezzjoni Presidenzjali Amerikana, elezzjoni kkulurita li żgur mhux forsi, minkejja l-kontroversji kollha li ġabet magħha, ser tkun waħda li tibqa’ tissemma’ fis-snin li ġejjin.

Aqra aktar

ELEZZJONI US: It-tiġrija sal-Barkun

L-aħħar botti u risposti fil-kampanja għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana, qabel għada, il-poplu Amerikan jiddeċiedi min għandu jkun is-suċċessur ta’ Barack Obama: jekk hux Hillary Clinton jew Donald Trump.
Aqra aktar

Send this to a friend