One News – Page 2661 – One News

One News

Notifiki

Klassijiet u ħrejjef fil-Kwartieri Laburisti

Il-Karattri tas-serje popolari Klassi Għalina se jmorru fuq avventura ġdida fil-kwartieri ġenerali laburista. Id-dramm Għax Hekk li fi tmiem il-ġimgħa li ġej se jittella’ fit-teatru taċ-ċentru nazzjonali laburista għandu taħlita perfetta ta’ doża politika, sitwazzjonijiet fittizji, u diskors tipiku Malti li jagħmel lill-dawk il-karattri relatabbli ferm.
Aqra aktar

It-triq ‘l quddiem fis-settur turistiku

Fil-parlament dalgħodu l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis tkellem dwar l-Air Malta u qal li l-Gvern jemmen li għandha bżonn sieħeb strateġiku, iżda ma jeskludix l-investiment lokali ladarba din tkun b’saħħitha finanzjarjament. Sostna madanakollu li jekk joffri isħma fiha bħalissa meta hija midjuna, jkun qed jikser il-liġi.

Il-Ministru Zammit Lewis faħħar il-ftehim biex f’Malta jiġu 10,000 turist Ċiniż, hekk kif imħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ fil-Parlament. Qal ukoll li l-Gvern irid li wara li r-Renju Unit jitlaq mill-UE, jibqa’ jagħti lit-turisti Ingliżi l-istess kundizzjonijiet li jgawdu llum, u dan jagħmlu permezz ta’ ftehim bi-laterali.

Aqra aktar

Dwiefer enormi, daqna sal-irkoppa u bla dawl għal 20 sena – miżmum mill-ġenituri u misjub bi żball

Raġel Brażiljan ta’ 36 sena inħeles ilbieraħ wara li allegatament kien qed jinżamm maqful minn missieru u ommu tar-rispett, fil-kantina tad-dar tagħhom, għal mill-inqas 20 sena.

Il-Pulizija sabet lil Armando de Andrade purament b’kumbinazzjoni, waqt li kienet qed tfittex fid-djar għal membri ta’ gang fid-droga.

Armando, li sparixxa meta kellu 16-il sena, instab marbut ma’ sodda fil ċkejkna, f’kamra bla twieqi f’dar f’São Paulo. Huwa nstab fi stat ta’ malnutrizzjoni, bi dwiefer deskritti “enormi” u daqna li kibret sal-irkoppa. Qatta’ żewġ deċennji mingħajr dawl, b-art mimlija ippurgar.

Il-kap tal-Pulizija, Celso Marchiori, li qed jinvestiga l-każ, qal il-mument pulizija sabuh, qam bilwieqfa, u ma lissinx kelma li hi kelma. Ittieħed dritt l-isptar fejn qed jinżamm għall-kura, iżda ħadu ma qal xejn.

Aqra aktar

L-MHRA tilqa’ suq turistiku ġdid miċ-Ċina

L-MHRA (Malta Hotels and Restaurants Association) tinsab sodisfatta dwar iż-żewġ memorandum of understandings li tħabbru lbieraħ mill-Prim Ministru Joseph Muscat, mal-Bank of China u mal-Beijing Caissa International Travel Services li se jkunu qed jattirraw lejn pajjiżna 10,000 turisti Ċiniż sal-2018, li jitilgħu sa 50,000 sal-2020.
Aqra aktar

Send this to a friend