One News – Page 2660 – One News

One News

Notifiki

Ġieli waqaft ġirja tixtri u kif ħriġt sibt ċitazzjoni? – il-Gvern b’inizjattiva favurik

Ġieli ġratlek li waqaft b’ħarba tixtri xi ħaġa, u kif ħriġt mill-ħanut sibt ċitazzjoni  mal-karozza? Issa l-Gvern nieda sistema ta’ biljetti ta’ twissija – karta safra jekk nużaw il-metafora tal-futbol –  dan għax il-Gvern irid li s-sistema ta’ infurzar toffri opportunità lil dak li jkun biex jirregola lilu nnifsu.

“Irridu nżommu d-dixxiplina anke fit-twissija. Għalhekk smajna t-talba tan-nies u issa għandna programm ta’ biljetti ta’ twissija li se jibdew jinħarġu minn għada stess. Dan il-biljett ta’ twissija jista’ jingħata fuq  Silencer difettuż, dawl ma jaħdimx, parkeġġ illegali, fanal imkisser, liċenzja mhux mwaħħla u vettura mhux kundizzjoni tajba għat-triq.”

Aqra aktar

“Simon Busuttil għadu jaħseb li l-flus li aċċetta huma flus maħmuġa?”

Jekk ir-risposta hija iva, allura Simon Busuttil huwa espost għal ksur ta’ money laundering act. Ir-resistenza ta’ Simon Busuttil milli jwieġeb il-mistoqsijiet qed tqajjem aktar dubbji f’dan il-każ bla preċedent.

Dawn kienu punti li qajmu l-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Membru Parlamentari Luciano Busuttil.

Luciano Busuttil qal li l-Partit Laburista ilu għal dawn l-aħħar jiem jistaqsi żewġ mistoqsijiet li fuqhom hemm bżonn tweġiba.

  1. Se jippubblika l-invoices foloz li għandu?
  2. Huwa zgur li m’hemm ħadd aktar li qed iħallaslu l-pagi ta’ ħaddiema oħra fil-PN?

Luciano Busuttil qal li r-resistenza ta’ Simon Busuttil milli jwieġeb il-mistoqsijiet qed tqajjem aktar dubbji f’dan il-każ bla preċedent. Żied jgħid li dan huwa każ ċar li fih il-Partit Nazzjonalista nqabad. Każ ċar fejn Simon Busuttil inqabad. Każ li juri kemm Busuttil hu falz.

Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali tal-Għarb jitlob miżuri legali biex titħares it-Tieqa ta’ Wied il-Mielaħ

Wara li ġġarrfet it-tieqa tad-Dwejra, il-Kunsill Lokali Għarb talab li jittieħdu dawk il-miżuri legali neċessarji biex it-Tieqa ta’ Wied il-Mielah tkun protetta minn hsara li tista’ tkun kawżata minn influss abnormali ta’ viżitaturi, dan però mingħajr ma jiġu mtellfa attivitajiet ohra importanti li soltu jseħħu f’dawn l-inħawi.

Il-Kunsill huwa tal-parir li:

(i)                  Isir studju estensiv sabiex ikun magħruf l-istat u x’mizuri iridu jittiehdu jekk dan jinhass neċessarju sabiex tkun protetta u preservata t-tieqa.

(ii)                Isir analizi u mmanigjar tat-traffiku.

(iii)               Issir sorveljanza mill-pulizija u l-awtoritajiet sabiex ma jsirx abbuż ta’ attivitajiet li jagħmlu l-hsara u ddegradaw l-ambjent tal-madwar

(iv)              Jittiehdu mizuri sabiex ikun magħruf il-periklu u jsiru tabelli ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward.

(v)                Ikunu mehuda dawk il-mizuri sabiex ma ssirx ebda’ attivita’ u ma jithallewx nies jew vetturi li jissoktaw fuq il-blat tat-tieqa.

Il-Kunsill Lokali fakkar li investa somom kbar ta’ fondi kemm lokali kif ukoll mill-Unjoni Ewropea sabiex Wied il-Mielaħ jitranġa fl-istat li jinsab fih illum.

Aqra aktar

L-AQWA FL-EWROPA… Malta bl-ikbar rata ta’ tkabbir fl-impjiegi

Fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet Malta kellha l-ikbar rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea. Ikkonfermat dan il-Eurostat li uriet kif Malta kellha tkabbir ta’ 1.9% meta mqabbel r-raba’ kwart imqabbel mal-kwart ta’ qabel.

Iżda, ir-riżultat jispikka l-iktar meta mqabbel mas-sena ta’ qabel għaliex hawn Malta kellha rata ta’ tkabbir ta’ 5.1%, ukoll l-ikbar fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt il-medja Ewropea kienet ta’ tkabbir ta’ 1% u dik fiż-Żona Ewro kienet 1.1%.

Aqra aktar

Ħajja ġdida lill-appartamenti tal-Gvern; uħud kienu ilhom 40 sena jistennew manutenzjoni

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia żar xogħol ta’ manuntenzjoni u rinovar li qed isir fi bokka residenzjali tal-Gvern f’ San Ġiljan. Hawn kien ilu ma jsir restawr għal aktar minn 40 sena.

Hawn osserva li għaddew erba’ snin minn mindu dan il-Gvern ingħata l-fiduċja u l-opportunità biex jaħdem għall-pajjiż.

Il-Ministru stqarr: “Għamilna hafna affarijiet għall-ewwel darba, diversi sfidi li nbidlu f’opportunitajiet. Kienu erba snin ta’ riformi u li wasslu għal-bidla għall-ahjar. Riformi li wħud minnhom affettawaw direttament lil kull familja Maltija u Ghawdxija fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Dawn kienu sensiela ta’ bidliet li irnexxielna niksbu grazzi għall- ottimiżmu u grazzi għax-xogħol”.

Qal li l-Awtorità tad-Djar, magħtul dawn l-aħħar erba’ snin ħadmet sabiex isiru numru ta’ xogħolijiet fuq binjiet eżistenti u li kellhom bżonn xogħol ta’ manutenzjoni. Dan ix-xogħol sar fil-lokalitajiet tal-Isla, Raħal Ġdid, San Pawl il-Baħar, il-Ħamrun, Ta’ Giorni u Pembroke.

Dawn sewew madwar miljun u erba’ mitt elf ewro u l-ħsieb hu li jsir xogħol simili fil-Mellieħa, Ħal Lija u Ħ’Attard.

Aqra aktar

“It-triq ‘l quddiem hija l-għaqda” – Joseph Muscat

Kienu ftit il-mumenti fl-istorja ta’ art twelidna fejn konna fdati bit-tmexxija tal-futur t’ Organizazzjonijiet bil-wisq ikbar minna. Malta tinsab s’ sitwazzjoni bla preċedent fejn qed tmexxi tnejn mill-ikbar organizazzjonijiet fid-dinja- l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth.

Għalhekk il-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt ikla bejn kummissarji għoljagħamel l-intenzjoni tiegħu ċara, dik li jinbotta l-idea li f’ dawn iż-żminijiet t’ inċertezza minnħabba Brexit, ikun ir-Renju Unit stess li joħloq għaqda iktar b’ saħħitha bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth.

Fi kliem il-Prim Ministru: “whilst the European Union  and the Commonwealth are very distinct bodies they nevertheless have much to offer to each other in terms of economic opportunities. There is a potential to forge together a powerful voice in international trade.”

Aqra aktar

Anzjan Ħamruniż midrub gravi – trakk taż-żibel jirriversja fuqu ħdejn Putirjal

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta u ħamsa seħħ inċident stradali fi Vjal Nelson, il-Belt Valletta (Putirjal).

Minn investigazzjoni preliminari illi saret irriżulta li raġel ta’ 61 sena residenti l-Ħamrun safa’ milqut minn vettura tat-tip Dennis Eagle (scammell) misjuqa minn raġel ta’ 59 sena residenti l-Imtarfa, li dak il-ħin kien qiegħed jirriversja.

Aqra aktar

Muscat fdat iktar fost l-etajiet kollha

Analiżi tal-istħarriġ tal-Maltatoday skont l-etajiet turi li  l-Prim Ministru jgawdi iktar fiduċja fost l-etajiet kollha.

L-istarriġ inqasam fi tliet kategoriji ta’ età differenti u f’kull waħda Simon Busuttil qiegħed wara Joseph Muscat. Iż-żgħażagħ huma l-iktar li qalu li huma indeċiżi jew li m’humiex se jivvotaw, però fost dawk li għandhom opinjoni ċara l-Prim Ministru jgawdi l-fiduċja ta’ 30.6% filwaqt li Simon Busuttil 26.4%.

Hemm baħar jaqsam meta wieħed jikkonsidra l-etajiet bejn 34 u 54 sena. Fejn il-Prim Ministru huwa fdat minn 40.3% taċ-ċittadini u Simon Busuttil 28.3% biss. Filwaqt li fost dawk fl-età minn 55 sena ‘l fuq Joseph Muscat huwa fdat minn 43.2% u Simon Busuttil 38.4%.

Dan iwassal biex b’mod globali l-Prim Ministru jikseb il-fiduċja ta’ 40.2%. Seba’ fil-mija iktar minn Simon Busuttil li jibqa’ jikseb riżultati agħar milli  Lawrence Gonzi kien jikseb sena qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali fl-eqqel tal-kriżi politika.

Aqra aktar

Xahar u nofs wara se jsir il-funeral ta’ vittma ta’ karozza bomba

L-investigaturi ta’ qtil b’karozza bomba fid-29 ta’ Jannar ta’ din is-sena rrilaxxaw il-katavru biex il-funeral se jkun qed isir nhar is-Sibt li ġej. Victor Calleja, magħruf bħala ċ-Chippy, se jkun jista’ jindifen wara li l-katavru tiegħu kien analizzat b’reqqa mill-esperti forensiċi bħala parti mill-investigazzjoni.

Calleja, Ħamruniż, kien il-vittma tal-ewwel qtil tas-sena. Qtil li seħħ fi sbieħ l-aħħar Ħadd ta’ Jannar bil-bomba titpoġġa fuq quddiem tal-karozza tiegħu u tħallih mingħajr ħajja fuq il-post.

Send this to a friend