One News – Page 2659 – One News

One News

Notifiki

Wara snin ta’ rimi ta’ żibel, ix-xogħol f’Tal-Muxi għaddej kif suppost

L-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermat li x-xogħlijiet li għaddejjin madwar iż-żona tal-barriera Ta’ Muxi f’Għawdex qed jitwettqu bi qbil ma’ dikjarazzjoni tal-metodu ta’ restawr approvati għas-sit kollu.

Lura fl-2010, l-Awtorità kienet ħarġet avviż ta’ infurzar wara li parti kbira miz-zona intliet  bl-rimi illegali ta’ skart. Matul l-aħħar sentejn, l- Awtorità għamlet pressjoni fuq is-sidien tal-art, biex ireġġgħu l-post lura għall-istat oriġinali tiegħu, kif wieħed jista’ jinnotaħ minn ritratti tal-1993.

Fil-fatt, sal-lum, ħafna mill-materjal ta’ skart tneħħa mis-sit u ġie mqiegħed f’barriera qrib. Numru kbir ta’ ħitan tas-sejjieħ li kienu ġew imwaqqa’ matul ir-rimi tal-materjal ġew ristrutturati skont kif jitlob metodu approvat, bl-użu ta’ prattiċi tradizzjonali. Uħud miz-zioni restawrati diġà bdew jintużw għall-għanijiet agrarji.

Aqra aktar

Il-Kurja tinsisti li l-Gvern iwettaq studju propost minnha

Fi stqarrija l-Kurja ilmentat li fid-diskors tal-baġit, ma kien hemm ebda referenza għal studju li ppropniet hi.

Kienet proponiet li jsir studju nazzjonali dwar il-propjetà. Il-proposta kienet stiednet lill-Gvern “biex jalloka fondi għal studju dwar id-domanda u l-provvista tal-propjetà f’Malta u l-ambjent ekonomiku u fiskali li jaffettwa il-propjetà”.

Il-Kurja, permezz tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, qalet li qed “terġa’ tistieden lill-Gvern biex jiffinanzja studju ta’ dan it-tip u l-aġġornamenti tiegħu”. Qalet li “l-approvazzjoni ta’ ċerti proposti ta’ żvilupp u t-tfassil ta’ ċerti policies ta’ ippjanar jitfgħu dubju dwar jekk dawn humiex qed iħarsu lejn il-perspettiva wiesgħa, jiġifieri l-ġid komuni, jew inkella humiex qed jagħtu iktar importanza lil interessi settorjali dejqa ħafna”.

Aqra aktar

It-tkabbir fit-turiżmu f’Malta huwa ikbar minn dak globali u dak tal-Mediterran

L-organizazzjoni dinjija għat-turiżmu tan-Nazzjonijiet Maqgħuda ħabret li kien hemm kważi biljun turist internazzjonali fl-ewwel disa’ xhur tas-sena.

Żieda ta’ madwar 40% fuq ir-riżultati fl-istess perjodu s-sena li għaddiet, f’xhieda li s-settur turistiku madwar id-dinja qed ikompli jirkupra.

Li jispikka f’dawn ir-riżultati huwa kif it-tkabbir f’Malta huwa ikbar minn dak globali u reġjuni oħra madwarna. Malta tiżboq bil-kbir it-tkabbir internazzjonali fit-turiżmu skont dan it-tagħrif.

Aqra aktar

Il-President f’laqgħat dwar tfal li għaddew minn ħafna…

 

Waqt iż-żjara uffiċjali li bħalissa qed tagħmel ġewwa r-Renju Unit, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, iltaqgħet mal-Kap Eżekuttiv ta’ ‘War Child’ Rob Williams u mal-Kap Eżekuttiv ta’ ‘Save the Children’ Kevin Watkins.

‘War Child’ hija għaqda mhux governattiva li twaqqfet fir-Renju Unit fl-1993 u li tipprovdi għajnuna lil tfal f’żoni milquta minn kunflitti u dak li jħallu warajhom il-kunflitti. It-twaqqif ta’ ‘War Child’ fir-Renju Unitwassal biex jinfetħu fergħat fil-Kanada u fl-Olanda.

‘Save the Children’, hija organizzazzjoni mhux governattiva internazzjonali li tippromwovi d-drittijiet tat-tfal.‘Save the Children’ ġiet stabbilita fir-Renju Unit fl-1919 biex ittejjeb il-ħajjiet tat-tfal permezz ta’ edukazzjoni aħjar, kura tas-saħħa u opportunitajiet ekonomiċi, kif ukoll tipprovdi servizzi ta’ emerġenza waqt diżastri naturali, gwerer u kunflitti.

Aqra aktar

Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri ħabbru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 f’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Belt Valletta. Il-festival ser ikun miftuħ għall-pubbliku mid-9 sat-13 ta’ Novembru filgħodu u filgħaxija.

Matul il-ġranet tal-ġimgħa filgħodu il-festival ser ikun iddedikat għal qarrejja żgħar u studenti. Ġew imħejjija għadd ta’ attivitajiet għalihom li jinkludu attivitajiet ta’ drama u avventura. Ser ikun hemm attivitajiet oħra maħsuba għat-tfal filgħaxija ukoll.

Il-programm tal-festival iħaddan fih ukoll għadd ta’ konferenzi fuq suġġetti varji, tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, laqgħat ma’ kittieba u wirja fuq l-artiġġjanat tal-ktieb. Bħas-soltu ser ikun hemm fost il-mistiedna speċjali tal-festival kittieba ta’ fama internazzjonali li ser jieħdu sehem kemm fil-konferenzi kif ukoll f’attivitajiet iddedikati lilhom u lix-xogħol tagħhom.
Aqra aktar

Ħa jsiru bus shelters tant mistennija għal Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ

 Fil-Parlament l-Onorevoli Silvio Schembri staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi jistax jara li tittieħed azzjoni sabiex isiru tined fuq l-istages mill-Belt għal-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

Il-Ministru wieġeb li fil-preżent, qed jiġu ppreparati l-applikazzjonijiet sabiex jiġu sottomessi lill-Awtorita’ tal-Ippjanar bil-għan li jigu installati Bus Shelter Canopies fiż-żoni B u C tal-Bus Terminus ġewwa il-Belt Valletta.

Fost oħrajn, dawn iż-żoni jinkludu l-Bus Bays wżati mir-rotot ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

Marks & Spencer se jagħlqu madwar 60 ħanut fil-ħames snin li ġejjin

Il-kumpanija Marks & Spencer ħabbret li se tagħlaq madwar 60 ħanut matul il-ħames snin li ġejjin, fi sforz biex in-negozju jirpilja.

Il-kap Steve Rowe, li beda l-karriera tiegħu bħala ħaddiem ta’ nhar ta’ Sibt f’maħżen tal-istess ditta fis-snin tmenin, kien diġa’ wissa li kien se jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet iebsa.

Il-bidliet ifissru li 30 ħanut se jagħlaq kompletament fir-Renju Unit u 45 ħanut ieħor se jiċkien jew jinbidel fl-istruttura tiegħu. Fost oħrajn il-kumpanija qed tipprova tagħmel qliegħ mid-ditta tal-ikel “Simply”.

Aqra aktar

“Cocaine addict…miskin it-tifel ta’ Tumas!” – skopri kif biddel ħajtu ta’ taħt fuq

“Dipendenti fuq il-kokajina…it-tifel ta’ Tumas…min jaf kemm nies xtaqu jarawni nfalli!”

Hekk kiteb dwaru nnifsu Franco Fenech, illum-il ġurnata jgħix ħajja kompletment differenti u ħieles mill-vizzju tad-droga.

Għalkemm kliemu dwaru nnifsu huwa ikkulurit ferm, ma jiddejjaqx jikteb minn fejn ġej: “I’ve been to many, many rehabs, snorted tonnes of coke and did things I’m ashamed of”…iżda llum-il ġurnata jgħid “I’m taking over the world!”

Skopra x’kellu xi jgħid waqt il-programm Pjazza.

Aqra aktar

Anzjan jittajjar minn xarabank

Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet ittajjret persuna fi Triq Sarria, il-Furjana.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari, rriżulta li raġel ta’ 61 sena, residenti Birkirkara kien safa mtajjar minn xarabank, misjuqa minn xufier ta’ 24 sena residenti Bormla.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

PASS EQREB għad-dritt tal-avukat waqt l-arrest

Fil-Parlament id-dritt tal avukat waqt l-arrrest għadda unanimament mit-tieni qari u anke minn stadju ta’ kumitat.

Permezz tiegħu, persuna arrestata jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest u persuna suspettata tkun informata dwar ir-raġuni għalfejn se tkun interrogata, filwaqt li tikkomunika fil-privat mal-avukat tal-għażla tagħha, anke qabel l-interrogazzjoni mill-Pulizija. L-avukat ikun preżenti waqt l-interrogazzjoni, u jista’ wkoll jagħmel il-mistoqsijiet wara l-interogazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend